Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM — Operazzjoni ta’ salvataġġ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-call logs bejn id-dgħajsa li fuqha kienu l-grupp ta' persuni salvati nhar il-Ġimgħa 23 ta' Frar 2024 u l-Forzi Armati ta' Malta? Jista' jgħid ukoll kemm-il darba talbu għall-għajnuna dawk abbord id-dgħajsa qabel il-Forzi Armati ta' Malta bdew l-operazzjoni ta' salvataġġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif diġà spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16754 dawk abbord id-dgħajsa qatt m’għamlu talba lill-AFM għall-għajnuna. Il-AFM irċeviet biss telefonata minn terzi persuni fejn infurmaw li kien hemm dgħajsa bi grupp ta’ nies fuqha li kienet qiegħda tinnaviga lejn xtutna direzzjoni Fish Farms Żonqor.

AFM — Operazzjoni ta’ salvataġġ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema patrol boats kienu involuti fis-salvataġġ li seħħ fit-23 ta' Frar 2024? Jista' jgħid ukoll jekk intużawx RHIBs waqt is-salvataġġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab nfurmat, li l-Patrol boats li kienu involuti fis-salvataġġ li seħħ fit-23 ta’ Frar 2024 qed jiġu elenkati hawn taħt: § Austal P22 § Austal P22 RHIB § RHIB P04 § SAR launch Melita 1

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Il-kuntratti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub. ENTITÀ CEO DATA TAL-ĦATRA IL-PERSUNA TAGĦMEL XI XOGĦOL IEĦOR BĦALA NEGOZJU JEW TIPPRATTIKA PROFESSJONI PRIVATAMENT Correctional Service Agency Mr Christopher Siegersma 24/01/2023 LE International Protection Agency Mr Malcolm Cutajar 05/01/2021 LE Local Enforcement System Agency (LESA) Mr Svetlick Flores 10/09/2023 LE Victim Support Agency Mr Brian Farrugia 18/01/2021 LEĊ Community Malta Agency Mr Joseph Mizzi 22/11/2021 LE Identità Mr Steve Agius 13/02/2024 Senior visiting lecturer fl-Università ta' Malta. Residency Malta Agency Mr Jonathan Cardona 26/01/2024 LE Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) Mr Clayton Xuereb 25/05/2023 LE Detention Services Agency Mr Kyle Mifsud 09/02/2023 LE Jobsplus Ms Alexia Vella 24/03/2020 LE

Korp tal-Pulizija – rendikont ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15032 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2023 in-numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mija u ħamsa u ghoxrin (2125), matul l-istess sena kien hemm sitta u disgħin (96) membru li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm mitt (100) uffiċċjal li żdiedu mall-kumplament tal-Korp. Uffiċċjali li spiccaw mill-korp fis-sena 2023 Total Laħqu l-eta ta’ rtirar imma mhux 25 servizz 3 Mewt 2 Trasferiti il-Protezzjoni Ċivili 10 Raġunijiet mediċi 1 RPC Re-Instated 1 Riżenji 40 Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena servizz jew aktar) 39 Total 96 Fl-istess sena, infurmat ukoll li n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri eżekuttivi, kien ta’ mija u disa’ u sebgħin (179), tletin aktar mis-sena ta’ qabel. Dan ippermetta li numru minn dawn il-pulizija mall-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mall-Korp fis sena 2023, kien ta’ elfejn, tlett mija u erbgħa (2304).

Korp tal-Pulizija – rendikont ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 15033 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2022 in-numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mija u ħmistax (2115), matul l-istess sena kien hemm mija u tlieta u għoxrin (123) membru li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm disgħin (90) uffiċċjal li żdiedu mall-kumplament tal-Korp. Uffiċċjali li spiccaw mill-korp fis-sena 2022 Total Laħqu l-età ta’ rtirar imma mhux 25 servizz 3 Mewt 2 Mkeċċija 2 RPC terminu ta’ kuntratt 37 Raġunijiet Mediċi 6 Riżenji 33 Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena servizz jew aktar) 40 Total 123 Fl-istess sena, infurmat ukoll li n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri eżekuttivi, kien ta’ mija u disa’ u erbgħin (149). Dan ippermetta li numru minn dawn il-pulizija mal-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mall-Korp fis-sena 2022, kien ta’ elfejn, mitejn u erba’ u sittin (2264).

Korp tal-Pulizija – rendikont ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15034 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2021 in-numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mija u ħamsa u ħamsin (2155), matul l-istess sena kien hemm mitejn u wieħed u tletin (231) membru li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm mija u tnejn u erbgħin (142) uffiċċjali li żdiedu mall-kumplament tal-Korp. Ufficcjali li spiccaw mill-korp fis-sena 2021 Total Laħqu l-eta ta’ rtirar imma mhux 25 servizz 8 Mkeċċija 2 RPC terminu ta’ kuntratt 9 Raġunijiet mediċi 3 Ri¿enji 32 Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena jew aktar) 177 Total 231 Fl-istess sena, infurmat ukoll li n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri e¿ekuttivi, kien ta’ mija u erbgħa u ħamsin (154), ¿ieda ta’ tmienja u ħamsin mis-sitta u disgħin (96) tas-sena 2020. Dan ippermetta li numru minn dawn il-pulizija mall-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mall-Korp fis-sena 2021, kien ta’ elfejn, tlett mija u disgħa (2309).

Korp tal-Pulizija – rendikont ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15035 u jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqqu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi filwaqt illi fl-aħħar tas-sena 2020 in numru ta’ pulizija mal-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, mitejn u tlieta u ebgħin (2243), matul l-istess sena kien hemm mija u ħames (105) membri li spiċċaw għal raġunijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, waqt li kien hemm sebgħa u sittin (67) uffiċċjali li żdiedu mall-kumplament tal-Korp. Uffiċċjali li spiċċaw mill-korp fis-sena 2020 Total Laħqu l-età ta’ rtirar imma mhux 25 servizz 1 Mewt 7 RPC terminu ta’ kuntratt 19 Raġunijiet mediċi 6 RPC li ġew re-instated full time 3 Ri¿enji 25 Irtirar bil-pensjoni (wara 25 sena jew aktar) 44 Total 105 Fl-istess sena, n-numru ta’ mpjegati ċivili fil-korp, li ħafna minnhom ġew assenjati doveri li qabel kienu jsiru minn uffiċċjali tal-pulizija li jħaddnu poteri eżekuttivi, kien ta’ sitta u disgħin (96). Dan ippermetta biex numru minn dawn il-pulizija mall-Korp, setgħu jkomplu x-xogħol operattiv tagħhom. B’hekk it-total ta’ mpjegati mal-Korp fis sena 2020, kien ta’ elfejn, tlett mija u disgħa u tletin (2339).

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – massimu ta’ priġunieri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15044, jista' l-Ministru jaqsam l-ammont ta' 817 persuna residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, skont id-diviżjonijiet tal-binja f'Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

M'huwiex suġġerit li din l-informazzjoni tkun pubblikata minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jista jkun provdut informazzjoni b'mod privat.

Forzi Armati ta’ Malta – salvataġġ fuq il-baħar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15046, jista' l-Ministru jindika f'numri u jaqsam l-ammont ta' 494 persuna li ġew salvati mill-baħar mill-Forzi Armati ta' Malta fis-sena 2023, skont in-nazzjonalità tal-persuni msemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta wettqet mija’ tnejn u għoxrin (122) każ ta’ salvataġġ fuq il-baħar, b’total ta 494 persuna (461 adulti u 33 minuri) li ġew salvati u mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti. In-Nazzjonalitajiet ivarjaw minn ċittadini Maltin, Ewropej u ċittadini minn pajjiżi terzi.

Forzi Armati ta’ Malta — Membri li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi dawk li rriżenjaw qabel l-gheluq tal-età tal-irtirar huwa hekk kif ġej: Sena: 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 Total: 18 14 18 16 29 37 70 50 24 15 33

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Membri li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija hekk kif gej: Sena Persuni 2021 1 2022 1

Persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu irġiel u dan kollettivament u skont il-lokalità rispettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li kienu qed jaħdmu fuq bażi ta’ part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom jew part-time bħalha xogħol sekondarju, fl-aħħar ta' Settembru 2023 skont il-lokalita’ residenzjali tagħhom, qed tidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Dawn huma kemm persuni Maltin u dawk mhux Maltin. Settembru 2023 Part-time bħala xogħol ewlieni Part-time bħalha xogħol sekondarju Total Nisa Rġiel Total Nisa Rġiel Total Nisa Rġiel Total Jgħixu barra minn Malta 14 8 22 14 8 22 Birkirkara 894 740 1,634 680 1,194 1,874 1,574 1,934 3,508 Birzebbuga 392 353 745 285 579 864 677 932 1,609 Bormla 126 131 257 102 183 285 228 314 542 Għajnsielem 126 110 236 100 233 333 226 343 569 H' Attard 504 428 932 490 751 1,241 994 1,179 2,173 Had-Dingli 158 128 286 142 285 427 300 413 713 Hal Balzan 186 170 356 146 244 390 332 414 746 Hal Gharghur 146 96 242 111 233 344 257 329 586 Hal Ghaxaq 205 167 372 198 310 508 403 477 880 Hal Kirkop 95 67 162 76 171 247 171 238 409 Hal Lija 152 130 282 91 173 264 243 303 546 Hal Luqa 205 165 370 188 332 520 393 497 890 Hal Qormi 560 464 1,024 415 899 1,314 975 1,363 2,338 Hal Safi 88 69 157 78 156 234 166 225 391 Hal Tarxien 329 241 570 302 502 804 631 743 1,374 Haz-Zabbar 602 447 1,049 486 933 1,419 1,088 1,380 2,468 Haz-Zebbug 500 347 847 368 750 1,118 868 1,097 1,965 Il-Belt Valletta 176 195 371 102 284 386 278 479 757 Il-Birgu 75 69 144 32 98 130 107 167 274 Il-Fgura 479 351 830 395 664 1,059 874 1,015 1,889 Il-Fontana 30 32 62 27 77 104 57 109 166 Il-Furjana 67 68 135 36 79 115 103 147 250 Il-Gudja 92 91 183 133 212 345 225 303 528 Il-Gzira 328 320 648 191 379 570 519 699 1,218 Il-Hamrun 285 258 543 237 414 651 522 672 1,194 Il-Kalkara 103 65 168 113 178 291 216 243 459 Il-Marsa 141 173 314 83 221 304 224 394 618 Il-Mellieha 575 446 1,021 427 651 1,078 1,002 1,097 2,099 Il-Mosta 970 657 1,627 819 1,340 2,159 1,789 1,997 3,786 Il-Munxar, Għawdex 61 48 109 44 119 163 105 167 272 Il-Qala 97 70 167 65 134 199 162 204 366 Il-Qrendi 114 71 185 86 175 261 200 246 446 In-Nadur 180 147 327 118 269 387 298 416 714 In-Naxxar 693 483 1,176 586 933 1,519 1,279 1,416 2,695 Ir-Rabat, Għawdex 221 215 436 249 530 779 470 745 1,215 Ir-Rabat, Malta 452 407 859 373 722 1,095 825 1,129 1,954 Is-Siggiewi 384 253 637 332 621 953 716 874 1,590 Is-Swieqi 552 489 1,041 391 611 1,002 943 1,100 2,043 Ix-Xaghra, Għawdex 173 136 309 148 369 517 321 505 826 Ix-Xewkija 95 97 192 79 272 351 174 369 543 Ix-Xghajra 81 54 135 62 108 170 143 162 305 Iz-Zebbug, Għawdex 140 116 256 68 199 267 208 315 523 Iz-Zejtun 388 308 696 343 657 1,000 731 965 1,696 Iz-Zurrieq 388 316 704 392 712 1,104 780 1,028 1,808 L-Għarb 59 59 118 42 118 160 101 177 278 L-Għasri 18 17 35 19 40 59 37 57 94 L-Iklin 148 118 266 145 203 348 293 321 614 L-Imdina 14 13 27 6 8 14 20 21 41 L-Imgarr, Malta 220 148 368 178 314 492 398 462 860 L-Imqabba 142 91 233 125 220 345 267 311 578 L-Imsida 438 387 825 333 584 917 771 971 1,742 L-Imtarfa 135 79 214 98 134 232 233 213 446 L-Isla 74 67 141 47 105 152 121 172 293 Marsaskala 615 483 1,098 503 787 1,290 1,118 1,270 2,388 Marsaxlokk 184 107 291 107 242 349 291 349 640 Pembroke 220 128 348 146 225 371 366 353 719 Rahal Gdid 249 209 458 209 377 586 458 586 1,044 San Giljan 495 392 887 276 455 731 771 847 1,618 San Gwann 583 481 1,064 433 665 1,098 1,016 1,146 2,162 San Lawrenz 24 25 49 23 63 86 47 88 135 San Pawl Il-Bahar 1,032 918 1,950 681 1,259 1,940 1,713 2,177 3,890 Santa Lucija, Malta 96 70 166 63 129 192 159 199 358 Santa Venera 312 238 550 223 440 663 535 678 1,213 Ta' Kerċem 62 53 115 59 180 239 121 233 354 Ta' Sannat 74 58 132 78 151 229 152 209 361 Ta' Xbiex 82 69 151 37 77 114 119 146 265 Tal-Pieta 146 133 279 115 227 342 261 360 621 Tas-Sliema 745 598 1,343 387 653 1,040 1,132 1,251 2,383 TOTAL 18,789 15,137 33,926 14,522 26,612 41,134 33,311 41,749 75,060

Individwi ’l fuq minn 60 sena li jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi ’l fuq minn 60 sena li kienu jaħdmu, matul l-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ persuni minn 60 sena ’l fuq li kienu għadhom jaħdmu sal-aħħar ta’ Settembru 2023 L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Settembru 2023. fuq bażi full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni kien ta’ 27,715.

Individwi ’l fuq minn 70 sena li jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi ’l fuq minn 70 sena li kienu jaħdmu, matul l-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li kienu għadhom jaħdmu sal-aħħar ta’ Settembru 2023 fuq bażi full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni kien ta’ 7,014.

Korp tal-Pulizija — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16666, jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija kuntrattata għal kull wieħed mill-kuntratti ta' karozzi tal-kiri li għandu fis-seħħ il-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi is-seba’ vetturi li għadhom mikrija għal użu tal-Pulizija, huma: erbgħa mingħand AutoRentals – tnejn min Burmarrad Commercials u waħda minn Topcar services.

LESA — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16665, jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija kuntrattata għal kull wieħed mill-kuntratti ta' karozzi tal-kiri li għandha fis-seħħ il-LESA?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija hekk kif gej: Tender Title Contract Date Service Provider Expiry Date Contract Amount Exclusive VAT Amount of Vehicles MJCL/MPU/124/2018 - Tender for the Leasing of Six Low-Emission Automatic Vehicles by Local Enforcement Systems Agency – LESA 26/12/2018 Alpine Rent a Car 26/12/2023 + possible extension till 26/12/2024 (Eur 12 per day) 6 SPD2/2021/042 Tender for the Leasing of Twenty four Cars by the Local Enforcement System Agency 06/04/2022 Princess Operations Ltd. 06/04/2025 + possible extension till 06/04/2026 (Autom. – Eur 5/day) (Manual (Eur 4/day) 26 (additional 2 vehicles through repetitive % modification clause)

Leġiżlazzjoni sussidjarja 549.37 — persuni akkużati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15010, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mal-Pulizija b'rabta ma' ksur tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.37 - Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent? Jekk kien il-każ, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati flimkien mal-akkużi u l-lok ta' fejn seħħ il-każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din hija informazzjoni li jkollu l-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Korp tal-Pulizija – Membri li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Korp tal-Pulizija, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni hija hek kif ġej: Sena Persuni 2013 6 2014 7 2015 16 2016 22 2017 18 2018 18 2019 13 2020 25 2021 32 2022 33

Persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li ġew salvati mill-AFM – Ċertifikati ta’ ġrieħi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu ċ-ċertifikati tal-grieħi li ġarrbu t-tmien persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei wara li ġew salvati mill-AFM?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li kull persuna ġiet rilaxxata mill-isptar.