Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema 9 — Regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti li qed jintużaw fit-tħaddim ta’ Skema 9?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji ta' eliġibilità ta’ Skema 9 huma dawn: 1. benefiċjarji tal-FEAD (Fund for European Aid to the Most Deprived) li għandhom żewġt itfal jew aktar bejn it-3 u s-16-il sena (dawn jiddependu biss fuq benefiċċji mhux kontributorji), jew 2. familji ta’ tifel wieħed jew tifla waħda li jiddependu fuq benefiċċji mhux kontributorji, jew 3. familji b'żewġt itfal jew aktar li kull sena jaqilgħu paga minima nazzjonali jew inqas, jew 4. familji li jibbenefikaw mill-benefiċċju mogħti mill-AWAS

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti – Bord — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord f’ħdan l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ bullying — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bullying li fihom iddaħħlet il-pulizija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din it-tip ta’ statistika qatt ma nżammet mis-Servizz ta’ kontra l-Ibbuljar peress li tali statistika mhux meħtieġa għax-xogħol li jsir mill-membri tas-Servizz mal-persuni nvoluti fil-każ.

Servizz kontra l-Ibbuljar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tirregola s-Servizz kontra l-Ibbuljar u meta ġiet riveduta l-aħħar darba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li it-tim ta’ kontra l-Ibbuljar isegwi SOP li ġiet riveduta f’Settembru tal-2023.

Aggressjoni lejn l-għalliema — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet t’aggressjoni lejn l-għalliema fi ħdan l-istituzzjonijiet edukattivi mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Football Nurseries-– minorenni reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal reġistrati f’football nurseries f’Malta u Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma jeżisti l-ebda reġistru tal-atleti. Infurmat li l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport għaddej bi proċess sabiex tali reġistru jiġi krejat, iżda dan ir-reġistru mhux ser ikun qed jirrifletti kemm ikun hemm tfal reġistrati f’football nurseries.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Atleti ta’ livell nazzjonali — Skemi jew għajnuniet

Question

Jista’ l-Ministu jgħid xi skemi jew għajnuniet hemm ipprovduti jew ippjanati rigward atleti ta’ livell nazzjonali li jattendu xi istituzzjoni postsekondarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kuntratt tat-trasport għas-skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li jmiss għat-trasport tal-iskola hux ser jinbidel jew hux ser jiġi estiż kif inhu? Jekk ser jinbidel, jista’ jgħid x'inhuma t-tibdiliet li ser iseħħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kuntratt ikun skont il-Public Procurement Regulations.

Mellieħa — Żona tal-Għoljiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18228 u jgħid jekk is-sit li jinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (preċiżament bejn Triq is-Sagħtar u Triq il-Miġbħa) u li issa l-Gvern iddeċieda li jippermetti bini ta’ numru ta’ appartamenti, kienx is-sit identifikat li fuqu kienu ser isiru l-klassijiet temporanji f'containers sakemm tinbena/jew issir l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda sit għadu ma ġie identifikat għall-użu ta’ klassijiet mobbli temporanji u dan se jsir wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba kkonċernati. Qed inħarsu li kull spazju li jintuża ikun tal-Gvern u mhux tal-privat.

Każ ta’ għalliem — Kopja tal-Warrant

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18495, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-warrant tal-għalliem li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliem li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, għandu l-warrant neċessarju.

Studenti tal-Kinder u Primarja / Għalliema / LSEs / KGAs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Kinder u tal-primarja, maqsuma separatament, għal kull skola, kemm dawk tal-Gvern, tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti, fl-aħħar ta' April 2024 u kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalità barranija? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' għalliema f'kull skola primarja kif ukoll in-numru ta' LSEs u KGAs f'kull skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SportMalta — Director of Human Resources

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’din l-aħħar sena sa meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, SportMalta ħarġitx internal call għall-post ta' 'Director of Human Resources'? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid: i. Kemm kien hemm applikanti għal dan il-post? ii. Xi kwalifiki kellu kull applikant? u iii. Lil min ingħata dan il-post?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ma ħarġet l-ebda call għall-post ta' 'Director of Human Resources’.

SportMalta – ħaddiema seconded

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm ħaddiema ma’ SportMalta li huma seconded u x’kariga għandhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li 2 ħaddiema ġew seconded. Informazzjoni rigward karigi mhux ser tiġi ppubblikata minħabba s-sigurta u l-privatezza tal-individwi.

Sptar APH

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar tal-Annimali APH hux ser ikun parti minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, dan kif ser jaħdem mal-Ministeru li hu nkarigat mill-annimali u l-ħarsien tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19445.

Għawdex — Kampus Universitarju - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' studenti li kien hemm fil-Kampus Universitarju t'Għawdex matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena akkademika 2014/2015 sa din is-sena akkademika, kien hemm total ta’ 668 student.

Għawdex — Kampus Universitarju - Fondi għall-estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qegħdin jintużaw il-fondi li kienu allokati għall-estensjoni tal-Kampus Universitarju f’Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi jiġu allokati lill-Università u hija l-Università stess li talloka dawn il-fondi skont il-ħtieġa.