Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm tfal ta' l-iskola ta' bejn 14 u 16-il sena jkunu diġa' jpejpu jew jieħdu xi tip ta' sustanza oħra, bħal drogi llegali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li rapporti ta’ teħid jew suspetti ta’ teħid ta’ drogi fl-iskejjel kien hemm 50 f’din is-sena skolastika. Dawn jinkludu skejjel ta’ l-istat, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti. L-eta’ tvarja bejn 14 u 16-il sena. F’dawn il-każijiet saret ħidma mis-Substance Abuse Policy Team fi ħdan is-Safe School Programme.
Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni, li għalkemm dawn l-istudenti ġew riferuti mill-iskejjel, dan ma għandu bl-ebda mod jiġi nterpretat li dawn l-istudenti abbużaw mid-droga fl-iskola.
Infurmata wkoll li m’hemmx statistika dwar kemm hawn studenti bejn 14 u s-16-il sena li jpejpu.
Tista' l-Ministru tispjega x'passi ħa, jekk ħa, id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni wara l-mistoqsija fl-eżami tal-livell avvanzat tal-Kimika, nstab li ma kenitx tinħadem, liema eżami jsir mill-Universita' ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tlabt lill-Universita’ tagħtini rapport dettaljat dwar dan il-każ, inkluż x’passi ser jittieħdu biex l-ebda kandidat ma jkun żvantaġġjat u x’miżuri għandhom jittieħdu biex żbalji bħal dawn ma jirrepetux ruħhom, sakemm hu umanament possibli.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport. Jidher li l-passi li ttieħdu huma suffiċjenti fic-ċirkustanzi.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' assenteiżmu mill-iskejjel ta' l-istat? X'inhi l-eta' tat-tfal li ma jattendux skola u minn liema postijiet ġejjin? Għal liema raġuni jsir dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tispjega l-pjan tal-Gvern dwar l-problema ta' l-illetteriżmu fit-tfal Maltin? Kemm hija kkalkolata din ir-rata ta' tfal li joħorġu mill-iskola illitterati, u minn liema inħawi dawn it-tfal ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-problema ta’ l-illiteriżmu hija waħda kumplessa b’mod speċjali minħabba l-fatt li din tista’ titkejjel b’mod u b’miżuri differenti.
Id-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni matul iż-żmien ħa diversi inizjattivi kemm partikolari kif ukoll fil-proċess kollu tat-tagħlim.
Kull għalliem, indipendentement mis-suġġett li jgħallem, huwa fid-dmir li jara li t-tfal jitgħallmu jitkellmu, jiktbu u jaqraw.
Fl-istess ħin insibu programmi speċifiċi fosthom:
Programmi għat-tfal bid-disleksja
Edukazzjoni Kumplimentarja
Programmi fuq Ħiliet Bażiċi
Klassijiet speċjali ta’ Litteriżmu fis-Sekondarji eċċ..
Għalliema ta’ Litteriżmu (
Literacy Tutors
tal-
Literacy Unit)
Din is-sena ġie mwaqqaf Kumitat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kwalita’ biex ifassal Politika Nazzjonali u Strategiji Nazzjonali dwar il-kisba ta’ Ħiliet Bażiċi fil- litteriżmu, numeriżmu, u fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-kommunikazzjoni biex jaqbdu minn kmieni t-tfal li juru diffikultajiet f’dawn il-ħiliet bażiċi.
Il-pjan tad-Direttorat tal-Kwalita’ fl-Edukazzjoni huwa li jkompli jsaħħaħ il-litteriżmu permezz ta’ metidoloġiji ta’ tagħlim fil-kuntesti tas-suġġetti kollha li nsibu fil-kurrikulu.
Rigward l-aħħar Ċensiment li sar f’Novembru ta’ 2005, ir-riżulat indika li l-perċentaġġ ta’ l-illitteriżmu fost l-istudenti ta’ bejn l-10 u d-19-ilsena kien ta’ 1,7%. Dawn huma riflessi hekk: mill-inħawi tan-Nofsinhar tal-Port hemm 0,4%, l-inħawi tat-Tramuntana tal-Port 0,6%, tax-Xlokk 0,2%, tal-Punent 0,2%, Tramuntana 0,2%0, u Għawdex u Kemmuna 0,1%. Dawn, minn total ta’ popolazzjoni ta’ 56,634 student.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri mis-sejħa għall-applikazzjoni tal-care workers li saret aktar kmieni din is-sena mill-ministeru responsabbli għax-xogħol, fl-edukazzjoni ta' persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sejħa għall-applikazzjoni tal-care workers giet irtirata mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) minħabba li issa hemm struttura ġdida fid-Direttorati Edukattivi.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 151 u tgħid x'nuqqasijiet ta' għalliema hemm fi skejjel sekondarji u Junior Lyceums u f'liema suġġetti? X'qed isir biex jintlew dawn il-vakanzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums hemm għalliem wieħed biss nieqes.
Fl-iskola
St.Francis of Assisi
l-għalliem tal
- Graphical Communication
ħareġ b’
sick leave
fit- tul.Qed jiġu kkuntatjati għalliema /studenti biex timtela’din il-vakanza.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 150 u tgħid kemm hemm tfal fi skejjel primarji li qed jistennew li jingħataw facilitator biex ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħalissa hemm 14-il student li qed jistennew li jingħataw Learning Support Assistant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fil-preżent fl-Universita'? L-istudenti barranin minn liema pajjiż ġejjin? L-istudenti Maltin minn liema lokalita' ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ studenti fl-Universita’ hu ta’9546. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija, it-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett tal-bini ta' campus ġdid għall-MCAST? Meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni u meta hemm il-ħsieb li dan jitlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Proġett tal-bini tal-campus ġdid għall-MCAST qiegħed fil-fażi ta’ disinn preliminary u applikazzjoni tal-MEPA għall-outline permit. It-tenders tat-Traffic Impact Statement għandhom jiġu mogħtija dalwaqt. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jibda meta l-applikazzjoni tal-MEPA tiġi approvata. Għadu kmieni biex wieħed jgħid meta dan il-proġett ser jitlesta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28897 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 592, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni li hija nieqsa mit-tweġiba mogħtija dakinhar dwar il-laboratorji tax-Xjenza u l-Lingwi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fis- sena 2007, fl-iskejjel ta’ l-istat nbnew 9 laboratorji fil-Kulleġġ Sant’Injazju Sekondarja Subien, Qormi. Dawn il-laboratorji huma parti mill-iskola l-ġdida. L-armar ta’ dawn il-laboratorji ġew jiswew Ewro 133,788 ( Lm 57,420)
Tista' l-Ministru tgħid meta se jkunu pubblikati r-regoli dwar id-doping?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-KMS lesta it-tenders sabiex l-Antidoping Regulations jigu tradotti għall- Malti fil-fatt inħarġu mill-KMS u ngħalqu f’April. Bħalissa qegħdin fil-proċess ta’aġġidukazzjoni.
Ladarba dan il-progett ikun konkluż jingħata t-tender sabiex issir it-traduzzjoni għall- Malti tal-Antidoping Regultations u wara dan jittieħdu l-passi legali u administrattivi sabiex jiġu ppublikati.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28888 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar l-Universita' ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fis-sena 2006 kull min applika, ġie mogħti performance bonus f’xi livell jew ieħor.
L-Universita’ tagħmel minn kollox biex il-letturi u l-amministraturi jkollhom post diċenti minn fejn joperaw.
B’ħarsitha lejn il-futur, l-Universita’ ssottomettiet rikjesti għall-fondi li jiġu mill-programmi ERDF u ESF għall-valur ta’ madwar 30 miljun Ewro. Dawn il-proġetti jinkludu:
· Il-bini ta’ Ċentru Servizzi ta’ l-IT;
· Il-bini ta’ estensjoni tal-
Junior College
· Il-bini l-ġdid għall-Fakulta’ ta’ l-ICT
· L-aqwa fost it-tagħmir għall-Laboratorju fix-Xjenzi u l-Inġinerija
Barra minn hekk l-Universita’ applikat għal proġett ieħor biex testendi l-użu ta’ l-electronic journals. Dan l-aħħar is-siegħat tal-ftuħ tal-Libreriji ġew estiżi biex l-istudenti kemm ta’filgħodu u kif ukoll dawk ta’ filgħaxija ikollhom aċċess aħjar.
Tista' l-Ministru twieġeb għall-mistoqsija parlamentari 28889 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar l-Universita' ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Universita’ qed tuża lill-Association of Commonwealth Universities fir-rigward tal-promozzjonijiet ta’ l-akkademiċi.
Infurmata wkoll li fl-2004 kien hemm numru ta’ applikazzjonijiet għall-promozzjonijiet u l-Universita’ ma rċeviet l-ebda ‘
peer assessment
’ mill-ACU qabel Settembru 2006. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Universita’ ħadmet biex tipproċessa l-applikazzjonijiet ta’ kandidati hekk kif il-‘
peer assessment
’ tagħhom bdew jaslu. Fil-fatt 30 applikazzjoni għal
Associate Professor
u 7 għal
Professor
ġew ipproċessati u l-applikanti ġew notifikati bir-riżultat.
Ma neskludix il-possibilta’ li, wara diskussjonijiet mal-Unions, arranġamenti oħra jistgħu jsiru.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28890 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar sejħa għall-post fl-Universita' ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Universita’ ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fis-27 ta’ Ġunju 2007 u kien hemm seba’ applikanti. Ħames applikanti kienu shortlisted u wara li saru l-invtervisti il- Bord ta’ l-Għażla għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill li ltaqa’fis-27 ta’ Settembru 2007.
Il- persuna magħżula ma aċċettatx il-ħatra u l-Universita’ kellha terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' dawn l-aħħar 5 snin dwar kemm tfal jitolbu permess biex ma jibqgħux imorru skola ħalli jmorru jaħdmu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi oħrajn li ma jmorrux skola minħabba xi raġuni oħra? Xi tkun din ir-raġuni u min jieħu r-responsabilta' għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Numru ta’ tfal li talbu għal permess biex jiġu eżentati qabel ma spiċċaw il-kors skolastiku
Sena Skolastika
Nru li talbu eżenzjoni biex jaħdmu
2003/04
116
2004/05
83
2005/06
85
2006/07
78
2007/08-21/05/08
50
Il-maġġor parti ta’ tfal li ma jmorrux skola jkunu koperti b’ċertifikat mediku. Hemm oħrajn li ma jmorrux l-iskola minħabba problemi fil-familja /soċjali.
Ir-responsabilita’ li tfal ta’ eta skolastika jattendu l-iskola hija tal-ġenituri. (Education Act Chapter 327-Duties of parents5.).
Jista' l-Ministru jara li jingħata facilitator lil tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u għandu bżonn urġenti ta' dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStatement Moderating Panel irċieva l-applikkazzjoni għan-nom tat-tifel, fil-21 ta’ Mejju 2008. L-iskola applikat hekk kif kellha kopja tad-dokument tal-psikologu, fid- 19 ta’ Mejju 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġa’ hemm fl-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul Jannar ġew imjegati 41 persuna fuq bażi full time u 107 fuq bażi part-time, casual, supply jew on call.
Matul Frar ġew impjegati 21 persuna full- time u 72 fuq bażi part-time li jinkludu ħaddiema casual, supply, on call jew biex jgħallmu evening courses.
Matul Marzu ma ġewx impjegati persuni full-time, iżda 27 persuna fuq bażi part-time li jinkludu casual, supply jew biex jgħallmu evening courses.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li applikaw għall-"A" level u "O" level din is-sena fil-lingwi? Tista' tagħti rendikont ta' dawn l-istudenti, lingwa, lingwa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ studenti li applikaw għall-‘A’ level u l’O’ level din is-sena fil-lingwi huwa ta’ 1,425 fl-‘A’ level u 16,662 fl-‘O’ level.
In numru ta’ studenti f’kull lingwa huwa kif muri hawn taħt:
‘A’ Level
‘O’ Level
Ingliz
596
5,918
Malti
403
5,294
Taljan
243
2,574
Franciż
111
1,951
Germaniż
33
565
Spanjol
29
330
Russu
8
19
Għarbi
0
11
Latin
1
0
Grieg
1
0
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema li jgħallmu l-lingwi fl-iskejjel sekondarji ta' l-istat, kif ukoll tinnumerahom kategorikament lingwa lingwa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Lingwa Numru
Taljan 132
Malti 171
Ingliż 253
Spanjol 24
Franċiż 73
Ġermaniż 41
Russu 2
Għarbi 5