Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa rikorrenti vvutat għal pagi ta' persons of trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il remote workspace nfetaħ s'issa, kemm kienet in-nefqa sabiex jitlestew dawn il-work spaces u fejn jinsabu dawn il-work spaces? Jista' jgħid kemm sar użu ta' dawn il-work spaces sal-aħħar ta' Ottubru 2021 u jekk l-amministrazzjoni hijiex kuntenta bl-użu li sar s'issa minnhom? Xi pjanijiet hemm għal aktar remote work spaces?
Remote work Space — aċċess tal-pubbliku għas-servizzi pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jassigura lill-Kamra li l-eżistenza ta' remote work spaces mhix ser tnaqqas l-aċċess tal-pubbliku għas-servizzi pubbliċi u x'qed isir sabiex tali aċċess għall-uffiċji pubbliċi jiġi ssalvagwardjat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull inizjattiva u kull miżura li tittieħed fis-Servizz Pubbliku la tmiss is-servizz u l-livell tiegħu u lanqas l-aċċess tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-press conference li għamel wara l-Budget 2022? Liema kumpanija ngħatat dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol għadda lil din il-kumpanija wara tender jew b’direct order? Kemm-il kuntratti ġew mogħtija din il-kumpanija mill-Gvern u entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2013 s’issa u kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li peress li kien hemm aktar minn kumpanija waħda li ngħatat ix-xogħol, nitlob lill l-Onor Interpellant jgħid għall-liema waħda qed jirreferi.
Pakkett finanzjarju tal-ħaddiema taċ-Ċivil li jaħdmu fuq il-Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma u jispjega jekk jarax diskriminazzjoni fil-pakkett finanzjarju tal-ħaddiema taċ-Ċivil li jaħdmu fuq il-Fondi Ewropej li għandhom klawżola marbuta fis-sejħa tal-applikazzjonijiet u kuntratt ma' telf ta’ disturbance allowance għal dawk li jagħmlu użu mit-telework jew reduced hours? (sejħa tal-applikazzjonijiet kif maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern 10 ta’ November 2017 numru 18,898 u tal-24 ta’ Settembru 2021 numru 20,706)? Jista’ l-Prim Ministru jiċċara kif din il-klawżola fis-sejħa tal-applikazzjonijiet u konsegwentament fil-kuntratti tista’ titqies bħala pass favur miżuri favur il-familja u l-bilanċ bejn fil-familja u x-xogħol? (sejħa tal-applikazzjonijiet kif maħruġa fil-gazzetta tal-Gvern 10 ta’ November 2017 numru 18,898 u 24 ta’ Settembru 2021 numru 20,706)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-policy ġdida dwar ir-remote working li ippublika s-Servizz Pubbliku: https://publicservice.gov.mt/en/Documents/Public%20Service%20Management%20Code/PSMC%20Manuals/Manual_on_Work-Life_Balance_Measures.pdf, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq l-Mejda tal-Kamra.
Din l- policy tindirizza każijiet bħal ma qed isemmi l-Onor Interpellant.
Ħaddiema li jaħdmu bit-telework jew reduced hours – disturbance allowance
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li d-disturbance allowance ngħatat lill-uffiċjali pubbliċi kollha, anke lil dawk li l-kuntratt tagħhom jistipola li mhumiex eleġibbli għal din l-allowance jekk jagħmlu użu mit-telework jew reduced hours meta Direttiva numru 13 kienet fis-seħħ fl-2021?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li jekk wieħed jara sew id direttiva, l-Onor Interpellant jinnota li filwaqt li Direttiva 13 tagħti parir, Direttiva 13.3 kienet direzzjoni tassattiva u dik tagħmel id- differenza kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jikkjarifika jekk impjegati taċ-Ċivil li japplikaw għar-remote working hux ser ikunu jistgħu jagħmlu xi ġranet mill-uffiċċju, simili tal-prassi kurrenti fejn jidħol it-teleworking?
Jista’ l-Prim Ministru jelabora kif il-policy il-ġdida tar-remote working ser tkun qiegħda tiġi mħaddna fi ħdan il-miżura favur il-familja u l-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol meta fil-preżent impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru mhux qegħdin jirċievu d-disturbance allowance għax jagħmlu użu mit-telework u/jew reduced hours?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentament hemm jaħdmu ħaddiema Għawdxin f'Għawdex f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentament dawn il-ħaddiema ma' liema dipartiment, awtorità, aġenzija u entità qed jaħdmu u xi grad huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ħaddiema fuq kuntratt definit – użu mit-telework jew bir-reduced hours
Question
Jista’ l-Prim Ministru jiċċara kemm hemm impjegati fuq kuntratt definit li jaħdmu fl-ambitu tal-Fondi Ewropej li jagħmlu użu mit-telework jew li qegħdin fuq reduced hours?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li hemm 28 impjegat fl-ambitu tal-Fondi Ewropej li jagħmlu u¿u mit-telework jew/u qegħdin fuq reduced hours.
Wara li nhar il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021, il-Prim Ministru kien qal li fi ftit jiem oħra kien se jippreżenta liġi “Anti-SLAPP” fil-Parlament ta’ Malta, jista’ għaldaqstant il-Prim Ministru jgħid meta se titressaq din il-liġi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà ddikjarajt pubblikament, fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma fuq it-tfassil ta’ leġi¿lazzjoni “Anti-SLAPP” bil-għan li pajji¿na jkompli jsaħħaħ il-protezzjoni lill-ġurnalisti.
Dan il-proċess, li qed isir b’konsultazzjoni mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, mal-familja Caruana Galizia u istituzzjonijiet internazzjonali, jinsab fi stadju avvanzat u se jwassal biex il-liġi titressaq fil-Parlament mill-iktar fis.
Tajjeb jingħad li dan il-pass se jkun segwit minn riforma iktar wiesgħa fis-settur li se tkun rakkomandata minn rappre¿entanti tal-ġurnalisti u esperti oħrajn. Permezz ta’ dan ix-xogħol bla preċedent, il-Gvern se jkun f’po¿izzjoni li jkompli jwettaq bidliet favur it-tisħiħ tal-professjoni li amministrazzjonijiet preċedenti qatt ma wettqu.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Budget għas-sena 2022 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol indirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 11 ta' Ottubru 2021? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija konferenza tal-aħbarijiet?
Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2021-2027 – skemi ta’ Għajnuna
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt il-Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2021-2027 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li għall-programm ta’ finanzjament Ewropew għal 2021-2027, Għawdex se jkun qed jibbenefika minn 10% tal-fondi allokati fil-Programm ta’ Koe¿joni u dak tal-Agrikoltura li jammonta għal aktar minn €112 miljun . Barra dan, Għawdex se jkun qed jibbenefika ukoll minn allokazzjoni oħra marbuta ma’ żvilupp sostenibbli urban li jammonta għal €60 miljun. Tajjeb li wieħed ifakkar li fil-programm 2014-2020, Għawdex qed jibbenefika minn €110 miljun.
Għawdex — Proġetti ta’ Cruise Liner Terminal u Yacht Marina f’Għawdex
Question
Jista’ il-Prim Ministru jwiegeb il-mistoqsija Parlamentari 20344 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-proċess quddiem il-Privatisation Unit sabiex isiru Cruise Liner Terminal u Yacht Marina oħra f'Għawdex? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn iż-żewġ proġetti li kienu mwiegħda fil-programm elettorali tal-Partit Laburista tas-sena 2013?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li kien ġie konkluż il-proċess tal-Espressjoni ta’ Interess (EOI) rigward il-proġett għal Konċessjoni għad-Disinn, Bini u Operat ta’ Cruise Liner Terminal u Yacht Marina fil-gżira ta’ Għawdex, dan għadda għall-istadju ta’ Rikjesta għall-Proposti (RFP).
Sussegwentement, il-kumitat imwaqqaf mill-Privatisation Unit, kien evalwa s-sottomissjoni li rċieva u sottometta r-rapport bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-proponent li ġie magħżul qegħdin jipprogressaw.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kien l-artist li għamel l-official portrait ta’ Joseph Muscat li sar għall-Cabinet Room u kemm tħallas?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà hu magħruf pubblikament, il-pittura msemmija tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat hi xogħol l-artist Patrick Dalli u ngħatat b’donazzjoni lill-Istat biex tkun parti mill-kollezzjoni nazzjonali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar fuq xogħol tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2021.
Jista’ l-Prim Ministru jonora l-wegħda li kien għamel l-ex Prim Ministru Joseph Muscat f’Marzu 2015 (wara li qal li ħa l-parir mill-Avukat Ġenerali) u jippubblika l-lista ta’ ismijiet tal-politically exposed persons kollha li jissemmew fl-iSwiss Leaks, issa li huwa fatt maqbul minn kulħadd li n-nuqqas ta’ ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa mill-Gvern Malti wasslet għall-grey listing ta’ Malta?
Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21643 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Għas-snin 2013 sal-2018, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8288.
Għas-snin 2019 u 2020, ninsab infurmat hekk:
Sena
Servizz Pubbliku
Awtoritajiet, Aġenziji u Entitajiet Governattivi
li huma fid-dekasteru tal-Prim Ministru
2019
1307
6
2020
1379
5