Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjonjiet fuq supermarkets
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet qed isiru mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà f'supermarkets kbar biex ikun assigurat li l-operat u l-faċilitajiet li għandhom huma konformi mar-regolamenti u l-leġislazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà? Jista' jgħid kemm-il spezzjoni saret u fejn saru matul is-sena 2010? Jekk kienx hemm ksur ta' regolamenti? Jekk dawn il-postijiet tax-xogħol għandhomx uffiċjali appuntati għas-saħħa u sigurtà kif tipproponi l-liġi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħal ma jiġri għal kull settur industrijali ieħor, l-awtorità torganiżża wkoll spezzjonijiet f’supermarkets, kemm kbar u kif wkoll żgħar. Dawn l-ispezzjonijiet isiru kemm wara li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tkun irċiviet ilment kif ukoll bħala parti minn kampanja ta’ spezzjonar li tkun qed tindirizza qasam speċifiku - eżempju wieħed ta’ kampanji ta’ spezzjoni li saru matul l-2009 u l-2010 huwa dak tal-Manual Handling Campaign li ndirizzat l-irfiegħ u t-tqandil manwali, fejn kienu spezzjonati 52 supermarket u retail outlet ieħor, inklużi mini-markets. Barra din il-kampanja saru 14 il-spezzjoni matul l-2010, sitta wara lmenti li rċeviet l-OHSA, u tmienja ta’ rutina. Dawn l-ilmenti kienu jittrattaw xogħol bil-wieqfa minn kaxxiera, u każ ieħor relatat mal-użu ta’ trolleys (li kienu qed jitilgħu fuqhom il-ħaddiema, għalkemm it-trolleys mhux iddisinjati għalhekk) – dawn il-każijiet ġew riżolti wara l-intervent tal-OHSA. Fejn instabu nuqqasijiet żgħar, inħarġu rakkomandazzjonijiet, waqt li nuqqasijiet iktar serji jkunu ttrattati skont l- Enforcement Policy tal-awtorità.
L-Awtorita’ tara wkoll li ċertifikazzjoni ta’ apparat, magni, u impjanti stallati f’
supermarkets
u li huwa meħtieġ li jsir skont il-liġi, isir kif suppost.
Kemm l-Att Prinċipali kif ukoll l-Avviż Legali 36 tal-2003 jippermettu li f’ postijiet tax-xogħol ma jkunx hemm rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta, basta l-ħaddiema kollha jkunu kkonsultati dwar materji ta’ saħħa u sigurta’.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24005 u jgħid fil-preżent kemm hawn djar tal-anzjani joperaw? Liema huma? Fejn huma? Liema huma tal-Gvern? Liema huma tal-privat ? Liema huma bil-public private partnership?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — għajnuna psikoloġika lill-ġenituri ta' tfal li jitwieldu b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi forma t'għajnuna psikoloġika fl-Isptar Mater Dei għall-ġenituri ta' tfal li jitwieldu b'xi forma ta' diżabilità speċjalment fil-mumenti u l-ġranet segwenti tat-twelid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-isptar Mater Dei joffri s-servizzi ta’ Bereavement Midwife lill-ġenituri li jkollhom tarbija li titwieled b’xi forma ta’ diżabilità, jew li tmutilhom it-tarbija ftit wara li titwieled jew li titweldilhom tarbija mejta. Fl-Isptar Mater Dei hemm sistema fejn is-swali tal-maternità, ġinekologija u Neonatal and Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) jirreferu dawn il-każi lill-Bereavement Midwife biex din iżżur lill-ġenituri fis-swali. Il-Bereavement Midwife tkompli ssegwi lil dawn il-ġenituri sakemm ikun hemm bżonn, f’xi każi anke għal xhur sħaħ. Skont il-gravità tal-każ, il-Bereavement Midwife ġieli tirreferi xi każijiet lil Psikologu jew Psikjatra. Ġieli jkun hemm ukoll każijiet li l-ġenituri jiġu riferuti lil Psikologu jew Psikjatra direttament mill-konsulenti jew tobba.
Għajnuna lill-persuni wara operazzjoni ta' amputazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip t'għajnuna psikoloġika tingħata persuna li tgħaddi minn operazzjoni ta' amputazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f’każ ta’ pazjent li jgħaddi minn operazzjoni ta’ amputazzjoni tingħata għajnuna psikoloġika kemm qabel kif ukoll wara l-intervent kirurġiku.
Meta tittieħed deċizjoni klinika li hemm bżonn isir dan l-intervent, il-psikologu, f'ħidma koordinata mal-membri l-oħra tat-tim multidixxipliarju, jipprepara lill-pazjent billi jgħinu jasal għal deciżjoni, jgħinu jifhem l-implikazzjonijiet ta’ dan l-intervent sew fuq ħajtu, fuq il-
lifestyle
tiegħu, fuq il-familja, eċċ. Tingħata ukoll għajnuna psikoloġika wara l-intervent meta l-pazjent ikun f’sitwazzjoni vulnerabbli, fejn is-support psikoloġiku huwa importanti biex jgħin lill-individwu jaċċetta s-sitwazzjoni tiegħu għal dawn iċ-ċirkostanzi. F’kull stadju isir ukoll xogħol mal-membri tal-familja, għaliex ħafna drabi dawn ukoll ikollhom bżonn ta’ support psikoloġiku.
It-talba għall-għajnuna psikoloġika issir min-naħa tal-konsulent u din tiġi riferuta lid-Dipartiment tal-Psikoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei, fejn teżisti sistema ta'
Accepting Psychologist
u il-każijiet jitqassmu skont il-lista tal-Psikologi li joffru servizz gewwa Mater Dei.
Meta l-każ ikun urġenti ħafna tista’ tiġi nvoluta l-i
Staff
Support Nurse
li għandha
training
fil-psikoterapija.
Direttur f'dipartiment tal-Gvern — konsulent ta' azjenda privata
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li persuna f'kariga ta' Direttur f'dipartiment tal-Gvern ikollha rwol ta' konsulent ta' azjenda privata li topera fl-istess qasam?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellat sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15917 u jgħid kemm daħlu anzjani f'
a) Zammit Clapp
b) Karen Grech
ċ) Djar tal-Anzjani
d) Residenza San Vinċenz de Paule
matul l-2009? X'kienet il-lokalità tar-residenza tagħhom f'kull każ? Kemm minnhom iddaħħlu mill-Isptar Mater Dei f'kull każ?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal matul is-sena 2010 ukoll?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentarui tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar il-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mas-Segretarju Parlamentari tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità? X'kariga u x'paga għandhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fis-Segretarjat Parlamentari tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità bil-karigi u s-salarji rispettivi, huwa hekk:
Numru ta’ Ħaddiema
Grad
Skala ta’ Salarju
1
Head of Secretariat
4
1
Private Secretariat
5
2
Secretariat Officer
10
3
Member of Secretariat Pool
13
1
Secretariat Messenger
14
2
Personal Driver / Security Officer
15
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — printers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħlasijiet ta' tender
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-ċifra li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissupplixxu s-servizzi u provvisti abbażi ta’ tenders hija kif tidher hawn taħt:
Department
Total
Government Pharmaceutical Services
€14,248,344
Mt. Carmel Hospital
€200,371
Rehabilitation KGH
€35,820
Mater Dei Hospital
€4,001,835
Elderly Department
€392,435
Sir Paul Boffa Hospital
€26,668
Foundation for Medical Services
€253,811
Primary Health Care
€65,857
Total
€19,225,141
Jista' l-Ministru jistudja l-possibilità li f'dawk il-lokalitajiet li s'issa għad m'għandhomx dar għall-anzjani tal-gvern, iżda fejn il-gvern qed jikkollabora ma xi dar tal-anzjani privata, ma dawn l-istess djar ikun hemm diskussjoniijiet biex hawn ukoll ikunu jistgħu jinfetħu night shelters għal xi anzjani li joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kunċett tan-night shelter huwa pjuttost ġdid għall-Malta. L-ewwel night shelter infetaħ mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità b’kollaborazzjoni mal-Knisja fl-Istitut tas-Sorijiet Missjunarji ta’ Ġesu Nazzarenu ġewwa ż-Żejtun. Issa nfetaħ it-tieni night shelter ġewwa Dar il-Madonna tal-Mellieħa b’kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat u l-kunsill lokali.
Id-dipartiment qed jippromwovi l-kunċett tan-night shelter f’kull diskussjoni mal-privat fejn ikunu qed jiġu diskussi servizzi u djar ġodda għall-anzjani.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — laptops
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ma xtarax laptops matul is-sena 2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn infermiera u qwiebel irreġistrati f'Malta għal kull 10,000 persuna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta’ infermiera u qwiebel irreġistrati għal kull 10,000 persuna huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Sena
Infermiera
Qwiebel
2006
135.65
8.53
2007
138.97
8.94
2008
142.91
8.87
2009
144.51
6.71
2010 (maħduma fuq il-popolazzjoni ta’ 2009)
155.21
6.92
Casa Arkati u Villa Messina — rata ta' ħlas tal-pazjenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23228, jista' l-Ministru jgħid x'rati ta' ħlas qed jitħallsu kuljum, pazjent pazjent, fuq it-18-il pazjent li ttieħdu Casa Arkati u Villa Messina, skont il-livell tad-dipendenza ta' kull pazjent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ residenti li hemm bħalissa ġewwa Casa Arkati u Villa Messina u r-rata ta’ ħlas għal kull resident huwa kif jidher hawn taħt:
Ġewwa Casa Arkati hemm disa’ (9) residenti b’livell għoli ta’ dipendenza. Hemm ukoll żewġ (2) residenti li għandhom livell ta’ dipendenza medja.
Ġewwa Villa Messina hemm tlett (3) residenti b’livell għoli ta’ dipendenza. Hemm ukoll żewġ (2) residenti b’livell ta’ dipendeza medja.
Kien hemm ukoll tlett (3) residenti li ġew trasferiti għal Villa Messina/Casa Arkati wara li ġew rilokati ġewwa Karen Grech u San Vinċenz.
Billi kull darba li aħna nikru sodod mill-privat aħna nippruvaw ninnegozjaw il-prezz ma nħossx li għandi nagħmel dawn iċ-ċifri pubbliċi. Biss m’hemm ebda oġġezzjoni li l-Onor. Interpellant jingħata din l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita. Konvint li l-Onor. Interpellant jifhem li la darba din l-informazzjoni issir pubblika ma’ nkunux nistgħu ninegozjaw prezzijiet ta’ aktar sodod li nikru minn żmien għall-żmien fil-privat.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw seperatament, peress li kienet applikat għaż-Żejtun Home imma wara żmien li għamlet fl-Isptar San Luqa, il-gvern flimkien mal-famlija kienu bagħtuha s-Central fil-Mosta sakemm ikun hemm post iż-Żejtun?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant trid turi x-xewqa tagħha li tiġi trasferita mis-Central Home għaż-Żejtun Home billi tikteb lid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità. Safejn ikun possibli nippruvaw nikkuntentaw kull talba ta’ dan iti-tip skont il-postijiet vakanti li jkun hemm.
Jikkonferma l-Ministru li biex isir appuntament mal-outpatients tal-Ortopedija l-pazjent/a irid imur l-isptar stess u ma jistax isir jew jingħata appuntament minn fuq it-telefon? Jikkonferma li dan qed jiġri ukoll anke meta l-pazjent/a jkollhom imorru għar-riżultat u allura l-appuntament ikun setgħa ngħata dakinhar stess tal-ewwel viżta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li appuntamenti għall-ewwel vista jistgħu isiru billi l-pazjent:
· Jmur personalment jew jibgħat lil xi qraba bit-
Ticket of Referral
fil-
Main Reception
tal-Isptar;
· Jibgħat it-
Ticket of Referral
bil-posta lill-
Main Reception
tal-isptar jew lid-Dipartiment tal-
Outpatients
tal-Ortopedija, jew inkella bil-
fax
lid-Dipartiment tal-
Customer Care
tal-isptar fuq in-numru 25454185, jew tintbagħat
scan
tat-
Ticket of Referral
permezz ta’
e-mail
fuq mdh@gov.mt
· Fil-każ ta’ appuntament mal-
Outpatients
tal-Ortopedija, il-pazjent irid jew imur l-isptar stess jew inkella jista’ jċempel lid-Dipartiment tal-
Outpatients
tal-Ortopedija, jagħti ismu u n-numru tal-identita’ u l-appuntament jintbagħat lill-pazjent bil-posta. L-appuntament ma jingħatax minn fuq it-telefon għal raġunijiet ta’
data protection
, peress li l-istaff ma jkunux jistgħu jivverifkaw l-identita’ ta’ min ikun qiegħed iċempel.
L-appuntament għall-ewwel vista ma jistgħux jingħataw bit-telefon għax it-
Ticket of Referral
irid jiġi
vetted
mill-konsulent tal-Ortopedija qabel ma jingħata l-appuntament.
Appuntament ghal
routine follow-up
jingħata lill-pazjent fl-istess ġurnata li jmur għall-ewwel vista. Fejn il-pazjent ikollu bżonn ta aktar investigazzjonijiet, l-appuntament għall-
Outpatients
jingħata wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet mitluba mill-konsulent.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema jaraw is-servizz tat-telecareta' koppja anzjana, li mhux qed jaħdem u li għalihom huwa ta' bżonn kbir, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li marru l-ħaddiema biex jarawh dan is-servizz xorta mhux qed jaħdem?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru tat-telefon li qiegħed jikkwota l-Onor. Interpellant mhuwiex mgħammar bis-servizz tat-Telecare.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23858 u jgħid x'inhi r-raġuni li apparat tat-telemetrija li nxtara snin ilu u li jinsab fl-isptar mhux qed jintuża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-apparat magħruf bħala 24 Hour Telemetry EEG System ġie stallat fin-Neuromedical Ward tal-Isptar Mater Dei f’Settembru 2009. Dan l-apparat iservi sabiex ir-riżultati li joħorġu mill-EEG Monitors ikunu jistgħu jiġu trasmessi b’mod elettroniku minn ħdejn is-sodda tal-pazjent u għalhekk jinqraw u jiġu interpretati mill-esperti b'mod effetiv ukoll jekk dawn l-esperti ma jkunux fiżikament viċin il-pazjent. S’issa dan l-apparat għadu ma jistax jintuża għall-iskop li għalih huwa ddiżinjat għaliex għad hemm diffikultajiet tekniċi sabiex jitqabbad mas-sistema tal-informatika tal-isptar. Diġa sar ħafna xogħol biex dawn id-diffikultajiet jingħelbu u soluzjoni għalihom dalwaqt tiġi implimentata. Madankollu dan l-apparat ġie nstallat u qiegħed jintuża bħala magna għaliha (stand alone) fin-Neuromedical Ward.