Jista' l-Ministru jelenka kemm għandu dħul u liema items ta' dħul għandu l-gvern fil-budget 2012 li mistennija jiġu minn one off payments lilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-gvern kif imbassar fl-Estimi Finanzjarji għall-2012 huwa mistenni li jirriżulta mill-operat normali tad-dipartimenti u entitajiet tiegħu, li jinkludi wkoll l-ġbir sħiħ ta’ taxxi u licenzji dovuti.
Jista' l-Ministru jagħti lista u dettalji (inkluż min ġie awarded kull kuntratt) tal-kuntratti u tenders kollha li ġew approvati u mogħtija li jaqbżu l-€5 miljun din is-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża kapitali fuq is-sistema ta' Reverse Osmosis f'pajjiżna mill-1987 sal-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża kapitali fuq is-sistema ta’ reverse osmosis f’pajjiżna mill-1987 sa 31 ta’ Diċembru 2010 kienet ta’ € 98.4 miljun.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29786, ninsab infurmat li l-problema ġiet rizolta temporanjament u għal żmien qasir ħafna tant li dan l-aħħar il-problema ippersistiet u iggravat u r-residenti ta l-istess triq qed jispiċċaw bid-drenaġġ fi djarhom minħabba li s-sistema pubblika hi bblukkata. Jista' l-Ministru jassigura li tinstab soluzzjoni permanenti għal din il-problema anke minħabba l-fatt li sitwazzjoni bħal din toffri riskji tas-saħħa għan-nies li jgħixu fl-istess inħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-problema reġgħet inqalet minħabba blockage. Il-blockage ġie imneħħi biex id-drenaġġ ikun jista’ jgħaddi mis-sistema. Irriżulta li l-blockage kien jikkonsisti f’ ramel u konkos. Ta’ min jgħid li mhux suppost li jintremew dawn il-materjali fis-sistema tad-drenaġġ.
interconnector li se jgħaqqad lil Malta mal-Ewropa
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-interconnector li se jgħaqqad Malta mal-grid tal-elettriku Ewropew se jgħaddi AC (alternating current) minflok elettriku DC (direct current) kif normalment ikunu interconnectors tat-tip li se jkun stallat? Jista' jgħid min ta l-parir lill-Korporazzjoni Enemalta jew lill-gvern sabiex l-interconnector bejn Malta u Sqallija jkun AC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
power station il-ġdida — rotta li minnha se jgħaddi l-iskart tossiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rotta mħabbra li minnu se jgħaddi l-iskart tossiku li mistenni jkun prodott mill-power station il-ġdida, liema rotta kienet tinkludi l-passaġġ minn xi sebat ibliet jew irħula, hijiex issa konfermata? Jista' jikkonferma li l-ħsieb originali kien li dan l-iskart kellu jinġarr bil-baħar għall- post fejn jinħażen viċin il-Freeport? Jista' jgħid għaliex inbidlu l-pjanijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li r-rotta ppubblikata hija suġġett għal approvazzjoni mill-MEPA, u hija parti mill-proċess tal-IPPC. Il-pjan li jinġarr skart minn Delimara għall-Freeport bil-baħar hija waħda mill-possibilitajiet li qed tigi kkunsidrata.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747 u 29693, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat il-wire li hemm imdendel mar-residenza tal-koppja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għax kull meta jkun għaddej xi trakk ikun hemm il-periklu li jinġibed?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-wire li saret referenza għalih mhux responsabbilta’ ta’ l-Enemalta.
Jista' l-Ministru jara jekk xi rappreżentant tal-ARMS Ltd jistax jikkuntattja mara separata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li rċeviet kont ta' €1,445 wara li kienet ilha ma tirċevih xi sena biex jara jekk hemmx xi żball fil-kont peress li din tgħix b'€330 fix-xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-koppja li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha ma tirċevih minn Mejju li għadda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tal-GO jirranġaw linja ta' telefown tal-individwu li d-dettlaji tiegħu qed jingħataw separatament, li għandu l-mard fil-familja u wara li rranġaw it-telefown f'dik it-triq dan l-anzjan spiċċa bla linja?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 14305.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-clearance mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni/resurfacing tat-toroq residenzjali? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn it-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Periti tad-Dipartiment tat-Taxxi — każijiet ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każijiet ta' proprjetà mibjugħa li nħass il-bżonn li jintbgħat perit tad-Dipartiment tat-Taxxi biex jagħmel operazzjoni wara li tali proprjetà tkun inbiegħet/ inxtrat matul l-ewwel sitt xhur tal-aħħar sena? Kemm kienu l-każijiet fejn wara l-inspection tal-perit żdied il-valur tal-proprjetà?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-periti tad-Dipartiment għamlu 1935 spezzjoni fuq proprjeta’ trasferita u f’615 każ minnhom inħareġ kont fuq valur għola mill-kuntratt.
Jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha ma tirċievi l-kont minn Marzu? Jista' jara li jinħarġu dawn il-kontijiet biex ma jkunx hemm akkumulazzjoni u ma jintilfux il-vouchers għax ikunu skadew?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ARMS Ltd, minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jiddaħħal it-three-phase fil-flat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li diġà jgħixu n-nies fih u li jinsab bla dawl fil-komun u l-lift ma jaħdmix?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-elettriku saret fit-8 ta’ Novembru 2011. Din qiegħda tiġi pproċessata flimkien ma’ xogħlijiet oħra simili u huwa maħsub li s-servizz jingħata fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-kontijiet tad-dawl u ilma jaslu tard, u l-konsumatur jiskadilu l-voucher dan jitilfu jew hemm mezz ieħor biex jiġġedded biex dan ma jitlifux? Jista' jgħid x'għandhom jagħmlu l-konsumaturi f'din il-problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċedura titlob li l-ewwel jinħareġ il-kont u wara l-voucher mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ibbażat fuq l-istess kont.
Ftit huma l-każijiet fejn jinħarġu
vouchers
mingħajr ma dawn ikunu bbażati fuq kontijiet kurrenti, liema każijiet ikunu dawk fejn jinħarġu
vouchers
relatati ma’
kontijiet preċedenti.
Dan minħabba li dawn il-
vouchers
ikunu skadew. F’każijiet bħal dawn, il-konsumatur jista’ jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jippreżenta l-
voucher
skadut u dan jerġa jinħareġ b’data aktar aġġornata.
Jista' l-Ministru jara li jiddaħħal l-ilma lil koppja miżżewġa b'tarbija li d-dettalji dwarhom qed jintbagħu separatament, li qed jistenew is-servizz tal-ilma biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazjoni immsemmija saret nhar il-11 ta Novembru 2011.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma ma tara l-ebda problema biex din l-applikazzjoni tiġi proċessata fi żmien ta’ mhux iktar minn erba’ ġimgħat mid-data tal-applikazzjoni, kif stipulat fil-
Customer Charter
tal-Korporazzjoni.