Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gradwati li qed jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' gradwati li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f'Jannar 2008/2009 u 2010? Jista' jgħid fiex huma gradwati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid — proġett ta' Pace Grasso

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-proġett ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid? Jista' jikkonferma jekk il-proġett propost għadux fis-seħħ li jsir ħwienet, flats u proġetti oħra? Veru li issa se tinbena skola? Jista' jgħid jekk hux se tispiċċa l-iskola sekondarja? X'se jsir mill-Iskola Sekondarja Ġuże D'Amato ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sit indikat se tinbena skola sekondarja. L-iskola preżenti ta’ Ġuże D’Amato se tiġi phased out .

Skola primarja tal-Fgura — traffiku ħdejn skola

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jittieħdu miżuri minħabba d-diżordni sħiħa fit-traffiku fil-ħinijiet tal-ftuħ u l-ħruġ mill-Iskola Primarja tal-Fgura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Kitba, minn fejn jidħlu u joħorġu t-tfal, tingħalaq bil- bollards u jkun hemm pulizija u warden biex traffiku ma jidħolx.

Skola Primarja tal-Fgura

Question

Tista' l-Ministru tgħid l-istudenti bniet tal-aħħar sena tal-iskola Primarja tal-Fgura f'liema skola sekondarja se jmorru fis-sena skolastika li jmiss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-bniet li qegħdin fl-aħħar sena fl-iskola tal-Primarja tal-Fgura f’Settembru 2011 ser jattendu fil-Liċeo tal-Bniet (Margaret Mortimer) f’Sta. Luċia.

Università ta' Malta — ċitazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid min għandu l-permess li jikklempja u jagħti ċitazzjonijiet ġewwa l-Università ta' Malta f'Tal-Qroqq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università għandha kuntratt ma’ kumpanija privata tas-sigurtà, li fost id-dmirijiet tagħha għandha l-kontroll tat-traffiku fl-Università.

Università ta' Malta — clamping

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema żona jista' jsir il-clamping ġewwa l-bini tal-Università ta' Malta tal-Qroqq u minn min huwa awtorizzat? Tista' tgħid jekk jeżistix xi body fejn xi ħadd li jkun jemmen li ġie clamped mingħajr ma kellu tort jista' jappella mid-deċiżjoni li jkun ħa min ikklempjalu l-karozza tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- clamping isir fuq il-Campus kollu tal-Università tal-Qroqq. Il- clamping hu awtorizzat mill-Kunsill tal-Università b’regolamenti li ġew fis-seħħ fl-1 ta’Frar 2002. F’każ li persuna ma taqbilx mad-deċiżjoni l-appell isir b’ittra indirizzata lid-Direttur Tal-Finanzi ta’ l-Università.

Pensjoni tad-diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-pensjoni tad-diżabilità hi marbuta ma' 60% tal-paga minima nazzjonali u għala tintilef jew titnaqqas fil-każ li persuna b'diżabilità issib ix-xogħol u jkollha diżabilità permanenti jew intellettwali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ‘l-pensjoni tad-diżabilità oriġinarjament kienet tingħata lill-dawk il-persuni li ma jkunux jistgħu iżżommu lilhom infushom f’impieg jew xogħol għal rashom full-time minħabba d-diżabilità li jkollhom, peress li ħafna drabi dawn ma kienux joħorġu minn djarhom. Ir-rata ta’ 60% tal-paga minima nazzjonali kienet stabbilita għaliex din il-pensjoni titħallas lill-persuna waħedha u mhux lill-familja, bħal għajnuniet oħra, jiġifieri l-familja tista tkun qed tircievi għajnuna jew benefiċċju ieħor u xorta l-persuna b’diżabilità tibqa’ tikkwalifika għal din il-pensjoni. Din il-pensjoni titnaqqas biss jekk il-benifiċċjarju jkollu dħul aktar mill-ammont tal-paga minima nazzjonali meta wieħed jgħodd id-dħul (minn eż. impieg part time , interessi jew dħul ieħor) u r-rata ta’ pensjoni li jkun intitolat għaliha.

Persuni b'diżabilità f'ażjendi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn ażjendi li għandhom iktar minn 50 impjegat li jimpjegaw 2% persuni b'diżabilità? X'inhu jagħmel il-gvern fil-konfront ta' dawk li qegħdin jiksru il-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn 56 post tax-xogħol li jħaddmu 'l fuq minn 50 persuna u li jimpjegaw 2% jew aktar persuni b’diżabilità. Bħalma diġà intqal b’risposta għall-mistoqsija parlamentari W154 l-ispirtu tal-Kap 210 huwa wieħed edukattiv u mhux punittiv. Għalhekk hija l-politika tal-Gvern li min iħaddem jimpjega persuni b’diżabilità b’konvinzjoni li dawn se jkunu ħaddiema produttivi u mhux għax mhedded mill-penalitajiet kontemplati mil-liġi. Fir-rigward ta’ ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità, il-Gvern permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed jieħu atteġġjament fejn jipprova jikkonvinċi lil min iħaddem jimpjega persuni b’diżabilità permezz ta’ skemi ta’ esperjenza ta’ xogħol, skema ta sussidju fuq il-pagi mħallsa mifrux fuq tliet snin u re-imburżar tal-kontribuzzjoni tal-N.I., imħallsa mill- employer għall-ewwel tliet snin tal-impjieg.

Quality Assurance fit-Taqsima tal-Edukazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif qiegħed isir il-Quality Assurance fit-Taqsima tal-Edukazzjoni biex tiżgura li l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali qiegħed jintlaħaq mill-persuni b'diżabilità li huma kemm fil-mainstream kif ukoll fl-iskejjel speċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-dipartiment tal-kurrikulu fl-2007 kien ħareġ syllabus supplements sabiex jgħinu studenti b’diżabilità. Il-Quality Assurance qed tintlaħaq billi: a. L-Uffiċjali Edukattivi jżuru l-iskejjel biex jevalwaw il-progress tal-istudenti. b. Fl-iskejjel sekondarji għandhom karti tal-eżami preparati fuq 3 livelli differenti. c. Taħriġ lill-għalliema u lill-uffiċjali edukattivi dwar l-inklużjoni u metodu ta’ tagħlim magħruf bħala differentiation . Id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità iwettaq wkoll evalwazzjoni u spezzjonar tal-iskejjel kif ukoll preparazzjoni tal-pjan edukattiv inkluż l-edukazzjoni ta’ persuni b’diżabilità.

Sptar Monte Carmeli, San Vinċenz de Paule u istituzzjonijiet oħra — persuni b'diżabilità intelletwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nies b'diżabilità intellettwali residenti fl-Isptarijiet Monte Carmeli, San Vinċenz de Paule u istituzzjonijiet oħra tal-Gvern? Tista' tagħti ukoll l-etajiet sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-ewwel part tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. L-informazzjoni dwar nies b’diżabilità intelletwali residenti f’residenzi tal-Aġenzija Sapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk iż-żieda fil-budget għall-MCAST fuq nefqa rikorrenti minn €14.6 miljun għal €14.9 miljun hijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ispejjeż dejjem jiżdiedu ta' dan il-kulleġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħal fis-snin l-imgħoddija, l-MCAST jibqa’ jagħmel l-aktar użu għaqli mill-fondi allokati għall-infieq rikorrenti.

Implimentazzjoni tar-riforma

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex in-nefqa fuq l-implimentazzjoni tar-riformi niżlet minn €90,000 għal €80,000f? Fuqiex hemm il-ħsieb li jintnefqu dawn il-flus?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa fuq it-twettieq tar-Riforma fl-Edukazzjoni mhix biss allokata taħt dan il-Line Vote. Huwa ppjanat li dawn il-flus jintefqu fuq spejjeż involuti f’appoġġ lill-iskejjel, training , kif ukoll fuq riżorsi li għandhom x’jaqsmu mat-twettiq tar-riforma.

Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti — vouchers

Question

Tista l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar it-talba għad-dħul ta' sistema ta' vouchers li saret mill-Assocjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti minħabba li huma nkwetati ħafna dwar il-vijabbilità tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-diskussjonijiet bejn il-gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti għandhom jitkomplew fil-futur qrib. Fl-aħħar Budget tħabbret il-miżura li se jiżdied l-ammont massimu tad-deduzzjoni f’taxxa li tingħata lill-ġenituri li uliedhom jattendu skejjel privati.

Skejjel tal-Knisja — arretrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid l-€43 miljun ivvutati għall-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2011 jinkludux l-arretrati ta' €8 miljun dovuti lilhom? Meta hemm il-ħsieb li jitħallsu dawn l-arretrati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-somma ta’ € 43 miljun ma tinkludix it-€ 8 miljuni arretrati. Dawn għandhom jinqatgħu fuq pjan maħsub darba li jkun hemm rikonċiljazzjoni finali.

MCAST u Università ta' Malta — kumplimentari fil-korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ta' koperazzjoni jeżistu bejn l-MCAST u l-Università ta' Malta biex ikunu kumplimentari fil-korsijiet u l-kwalifiki li joffru anki biex tiġi faċilitata l-mobilità tal-istudenti minn istituzzjoni għal oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti jistgħu jidħlu għall-korsijiet li joffri l-MCAST bis-saħħa tal-kwalifiki vokazzjonali kif ukoll b’dawk akkademiċi. L-istudenti li jattendu l-MCAST jistgħu jagħżlu li jitilgħu minn livell ta’ studju vokazzjonali għal ieħor ogħla minnu. Jekk ikunu studenti ġejjin minn barra l-kulleġġ, japplikaw għall-kors skond il-kwalifiki mitluba f’dawk li huma School Leaving Certificate, Matric jew Advanced Matric. Dan joffri aċċess faċli lill-istudenti, per eżempju, tal-Junior College, biex japplikaw għall-korsijiet tal-MCAST. L-istudenti li japplikaw minn barra bi kwalifiki purament akkademiċi jaf ikollhom bżonn xi ftit tal-għajnuna sakemm jintegraw fis-sistemi vokazzjonali li jħaddem l-MCAST. Din l-għajnuna tingħata regolarment. Il-korsijiet li joffri l-MCAST huma dawk li l-industrija stess titlob u allura dawk li l-aktar li jgawdi minnhom il-pajjiż. Dan iseħħ b’riżultat tal-kollaborazzjoni li teżisti bejn ir-rappreżentanti tal-industrija, l-i stakeholders u l-MCAST. Fil-waqt li l-MCAST jassigura li l-livelli milħuqa huma dawk internazzjonali u jirriflettu l-livelli stabbiliti mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, l-istudent jistenna trattament differenti fil-metodi ta’ tagħlim kif ukoll fil-metodi tal-assessjar, metodi li jixirqu lill-prattiċi speċifiċi tax-xogħol prattiku. Għalkemm il-prattiċi tal-MCAST m’humiex bħal dawk tal-Università, it-tagħlim li joffru ż-żewġ istituzzjonijiet jikkumplimentaw lil xulxin. Jibqgħu isiru l-isforzi meħtieġa biex fejn studenti tal-MCAST ikunu jixtiequ jissuktaw bl-istudju tagħhom fl-Università, dan il-passaġġ jiġi faċilitat aktar. L-Università ta’ Malta għandha provedimenti biex studenti li ma jkollhomx il- Matriculation Certificate iżda jkunu kisbu l-BTEC National Diploma jew il-BTEC Higher National Diploma jkunu jistgħu jidħlu f’korsijiet li jwasslu għall-Grad ta’ Bachelor jekk ikollhom ukoll ir-Rekwiżiti Speċjali għall-Kors li jkunu jixtiequ jidħlu fih u jkunu għaddew bi grad 5 jew aħjar fl-eżamijiet tas-SEC fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Studenti li jiksbu l-Higher Diploma in Hospitality and Tourism Management mogħtija mill-Institute of Tourism Studies jidħlu fit-tieni sena tal-kors li jwassal għall-Bachelor of Arts (Honours) fit-Tourism Studies.

aġenzija nazzjonali għall-assikurazzjoni ta' kwalità

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol biex titwaqqaf aġenzija nazzjonali għall-assikurazzjoni ta' kwalità u biex fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla f'pajjiżna jidħol il-proċess ta' assikurazzjoni ta' kwalità fuq il-linji tal-proċess ta' Bolonja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja l-ħidma biex jingħaqdu l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, liema entitajiet ilhom jaħdmu mill-qrib minn Jannar ta’ din is-sena. Fl-istess waqt u b’mod meqjus qed jitfassal il-qafas legali li permezz tiegħu wkoll se jippermetti biex isir assikurazzjoni ta’ kwalità għall-istituzzjonijiet fil-livell ogħla tal-edukazzjoni.

Università ta' Malta — skills għall-qasam ambjentali u tal-klima

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandhom l-Università ta' Malta u s-settur edukattiv kollu kemm hu biex f'pajjiżna jkollna l-iskills meħtieġa għall-ġejjieni fil-qasam ambjentali u tal-klima?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Hanover Street - slum clearance

Question

Peress li l-area ta' Hanover Street Bormla kienu vakanti numru ta' postijiet sabiex isir proġett ta' slum clearance, tista' l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol ta' twaqqigħ? Fiex se jkun jikkonsisti? Kemm se jdumu ma jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom qed isiru l-pjani neċessarji sabiex jinbeda l-proġett ta’ slum clearance f’Bormla.

Care orders

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20403, tista' l-Ministru tgħid fejn qegħdin jgħixu s-57 tifel u tifla li ħarġitilhom care order matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 21446.

Irranġar ta' Gallarija

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-familja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema familja għandha l-gallarija fi stat perikoluż, għadhiex tista' tapplika għall-iskema ta' sussidju li kienet tgħin lil kulmin xtaq jirranġa l-gallarija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-familja msemmija tista’ tapplika taħt Skema ‘A’ fejn l-Awtorità tad-Djar toffri assistenza lil persuni sidien ta’ darhom li jkollhom bżonn jagħmlu xogħlijiet ta’ rranġar u titjib fir-residenza privata tagħhom. Dawn ix-xogħlijiet ikopru ukoll tiswijiet neċessarji ta’ gallariji.