Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8005 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Stupru — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq stupru matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 ġew irrapurtati lill-Pulizija 9 każijiet ta' stupru, b'wieħed minnhom allegatament seħħ sentejn ilu. Infurmat ukoll illi ġew konklużi l-investigazzjonijiet f'sitta minn dawn ir-rapporti; żewġ persuni tressqu quddiem il-Qorti akkużati bi tnejn minn dawn il-każijiet; persuna oħra wkoll tressqet quddiem il-Qorti wara li rriżulta li wieħed minn dawn il-każijiet kien rapport falz; tnejn oħra wkoll tressqu l-Qorti fejn irriżulta li ma kienux każijiet ta' stupru, iżda ta' korruzzjoni ta' minorenni; u f'każ ieħor saret rinunzja.
Leg 11 PQ #8006 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vjolenza domestika — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq vjolenza domestika matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien hemm 123 persuna li tressqu l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika. Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu kien hemm 133 rapport dwar l-istess reat.
Leg 11 PQ #8007 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vjolenza fuq l-anzjani — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq vjolenza fuq l-anzjani matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, kien hemm persuna waħda li tressqet il-Qorti talli kkaġunat offiża gravi fuq persuni anzjani, filwaqt li ġew irrappurtati 2 każijiet lill-Pulizija.
Leg 11 PQ #8008 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

rimi ta' skart u vandaliżmu — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq rimi ta' skart u vandaliżmu matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 inbdew proċeduri kriminali kontra 1,195 persuna relatati ma' rimi ta' skart f'Malta u Għawdex filwaqt li 5 persuni tressqu l-Qorti fuq vandaliżmu. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu l-pulizija rċeviet 362 rapport relatat ma' rimi ta' skart u 28 rapport fuq vandaliżmu.

Armi fl-idejn

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk l-armi li semma li jistgħu jidħlu f'Malta humiex kollha għall-isport, jew hemmx minnhom maħsubin għall-użu tad-difiża personali? Hemm ħsieb li tiddaħħal liġi li tippermetti l-ġarr tal-armi tan-nar għad-difiża personali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-armi liċenzjati skont l-Att dwar l-Armi (Kap 480), huma ntiżi għal skopijiet sportivi, inkluż kaċċa jew ta' kollezzjoni. Mhux permess ġarr ta' armi tan-nar għal difiża personali, lanqas ma hu maħsub li tiddaħħal tali Liġi.

Qorti tal-Familja — Medjaturi

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm medjaturi jaħdmu fil-Qorti tal-Familja u jgħid meta sar l-ingaġġ relattiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 10 medjaturi jaħdmu fil-Qorti tal-Familja. Ninsab infurmat illi l-ingaġġ tagħhom sar kif ġej:- Numru ta' Medjaturi Data ta` Ingaġġ 4 fit-3 ta' Mejju 2004 1 fit-22 ta' Novembru 2004 1 fit-13 ta' Frar 2006 2 fis-16 ta' Novembru 2007 1 fil-11 ta' Marzu 2009 1 fit-12 ta' Mejju 2009

Kwalifiki meħtieġa għal medjaturi

Question

Jista` l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki meħtieġa biex persuna tinħatar medjatur fil-Qorti tal-Familja u x'taħriġ jingħata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalifiki neċessarji sabiex persuna tinħatar Medjatur fil-Qorti tal-Familja taħt l-Att Dwar il-Medjazzjoni, 2004 (Kap. 474), huma: · ikollha degree rikonoxxut mill-Universita’ ta’ Malta jew minn Universita’ rikonoxxuta jew kwalifiki oħra komparabbli u rikonoxxuti mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiki; · ikollha mhux anqas minn 5 snin esperjenza fil-kapaċita` professjonali li fiha tkun iggradwat; · tkun attendiet għal programm ta’ taħriġ fil-Medjazzjoni tal-Familja li jiġi organizzat miċ-Ċentru Tal-Medjazzjoni għal-Malta; · tkun għamlet prattika taħt supervizjoni fil-Medjazzjoni tal-Familja; · tkun obbligata tkompli tiżviluppa ruħha f’din il-professjoni u tattendi għat-taħriġ li jiġi organizzat miċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal-Malta minn żmien għal żmien · tkun familjari mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
Leg 11 PQ #8628 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tas-Sliema — Triq Dingli - Dingli Circus - hawkers

Question

Fid-dawl tal-inkonvenjent li qed jinħoloq ripetutament minħabba diversi hawkers f'Dingli Circus fi Triq Dingli f'Tas Sliema, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu min-naħa tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra żewġ persuni li nstabu li kienu qed jiksru l-Liġi. Infurmat ukoll illi l-Pulizija għamlet diversi spezzjonijiet dan l-aħħar fejn l-imsemmija persuni ġew osservati u rriżulta li kienu qed jaqdu dmirhom skont il-Liġi. Minkejja dan il-Pulizija ser tkompli tagħmel sorveljanza fit-triq imsemmija u fejn ikun hemm irregolaritajiet jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 11 PQ #8629 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Detention Centres — immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kien hawn fid-detention centres f'pajjiżna fl-aħħar ta' April tas-sena korrenti 2009? Kif kien imqassam dan in-numru ta' immigranti llegali fid-diversi detention centres madwar Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' immigranti illegali li kien hawn f'pajjiżna fl-aħħar ta' April tal-2009 kien ta' 1646. Dawn kienu mqassmin kif ġej:- Lyster Barracks 317 Safi 902 Ta' Kandja 427
Leg 11 PQ #8630 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Detention services — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri jaħdmu fid-detention services fl-aħħar ta' April tas-sena korrenti 2009? Kemm minn dawn kienu ex-membri tal-Korp tal-Pulizija? Kemm minn dawn kienu ex-membri tal-Armata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta' April tal-2009 membri jaħdmu fis-Servizz ta' Detenzjoni kien kif ġej:- AFM 1 (Kmandat Kap) 4 (Uffiċjal) 78 (Suldat) Uffiċjali tas-Sigurta’ 1 (Surġent Maġġur tal-Pulizija) 25 (Pulizija) Infurmat ukoll li kien hemm 166 Uffiċjali Temporanji fis-servizz ta’ Detenzjoni. Minn dawn kien hemm 40 ex-membru tal-Pulizija, 122 ex-AFM/Dejma u 4 ex- UK servicemen.
Leg 11 PQ #8631 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Open centres — immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali fl-open centres fl-aħħar ta' April tas-sena korrenti 2009? Kif kienu mqasma dawn l-immigranti illegali fid-diversi open centres madwar Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ April tal-2009, kien hemm total ta’ 147 immigrant illegali fiċ-Ċentri Miftuħa u ċioe` persuni li ma ngħatalhomx l-istatus ta' refuġjat jew umanitarju. Dawn l-immigranti llegali kienu mqasma: Open Centre Total Dar il-Qawsalla (DIQ; Birkirkara) 2 Hangar Open Centre (HOC; Hal Far) 1 Hal Far OIWAS (HFO) 11 Hal Far Tent Village (HTV) 46 Malta Emigrants Commission (MEC) Balzan 23 Malta Emigrants Commission (MEC) Houses 24 Marsa Open Centre (MOC) 38 Peace Lab (PL; Hal Far) 2
Leg 11 PQ #8632 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Detention centres — immigranit illegali - passi kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali illi wara li ħarġu mid-detention centres kellhom passi kriminali meħuda kontra tagħhom? Kif kienet imqassma n-nazzjonalità ta' dawn l-immigranti illegali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi peress li dan jirrikjedi l-ħin sabiex jiġi stabbilit..
Leg 11 PQ #8633 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Eżamijiet għall-surġenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2145, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu il-ħames każi/complaints pendenti? Infakkar li fit-2 ta' Settembru 2008 aktar minn tmien xhur ilu, kien irrisponda illi "Ninsab infurmat ukoll illi rapport finali dwar dawn il-każijiet ser jiġi preżentat fil-jiem li ġejjien" u dan aktar minn tmien xhur ilu.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi 3 każijiet minn 5 ilmenti dwar l-eżami intern għal grad ta' Surġent, ġew konklużi. Infurmat ukoll li fir-rigward taż-żewġ każijiet l-oħra pendenti, il-Bord tal-Pulizija għaddej bil-proċess.
Leg 11 PQ #8003 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

moħqrija tal-annimali/tjur — numru ta' niex li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq moħqrija tal-annimali/tjur matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra tliet persuni fuq akkużi ta' moħrija fuq annimali filwaqt li fl-istess perjodu ġew irrappurtati sitt każijiet.
Leg 11 PQ #8004 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pedofelija — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq pedofelija matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 11-il persuna fuq akkużi ta' abbuż sesswali fuq persuni minuri, filwaqt li fl-istess perjodu ġew irrappurtati 18-il każ dwar l-allegat abbuż.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Servizz tal-Internet

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-Internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru hija kif ġej:- Servizz tal-Internet mhux provdut mill-Mitts Persuna Hlas fix-xahar Service Provider Chief Information Officer € 19.60 Waldonet Ltd Director Corporate Service € 32.26 GO plc Senior Correctional Officer (SATU) € 25.75 GO plc

Belt Valletta — Serq minn djar residenzjali

Question

B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalità tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8135 u 7685 u jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għawdex — Avukati u nutara

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4854 li ormai għaddew diversi xhur li fihom il-verifiki li kellhom isiru suppost saru, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Kummissarju gћall-Protezzjoni tad-Data gћadu ma ghalaqx l-investigazzjonijiet tiegħu.
Leg 11 PQ #8480 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti bħalissa? Jista' jgħid kemm ilu l-aktar wieħed biex jiġi appuntat u x'kienet l-akkuża? Kemm hemm ġurijiet li huma skedati li jsiru matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sat-13 ta' Mejju tal-2009 kien hemm 69 ġurijiet pendenti. L-aktar ġuri li ilu biex jiġi appuntat ġie ppreżentat fl-2002, b'akkuża ta' traffikar ta' droga. Dan qed jistenna l-eżitu ta' każijiet oħra li għadhom pendenti. Infurmat ukoll li s'issa hemm 6 ġurijiet appuntati għal din is-sena.
Leg 11 PQ #8484 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet

Question

Peress li jidher li bħalissa hemm numru ta’ġurijiet li ilhom pendenti għal ħafna snin, jista’ l-Ministru jgħid jekk ikunx għaqli li jkun hemm żewġ imħallfin li jippresjedu l-Qorti Kriminali biex b’hekk ikunu jistgħu isiru ġurijiet kontemporanjament f’żewġ awli differenti kif kien isir xi snin ilu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għalkemm idealment tkun ħaġa tajba li jkun hemm żewġ Imħallfin jippresjedu l-Qorti Kriminali kontemporanjament, ir-riżorsi umani attwali ma jippermettux li jsir dan. Madanakollu, skont l-assenjazzjoni tal-Qrati li saret f'Settembru ta' l-2006 fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Prim Imhallef, hemm erba' Imħallfin li jistgħu joqgħodu, separatament, fil-Qorti Kriminali.