Legislature:
Category:
Reset
Active:

Id-Disa’ Distrett Elettorali – toroq li ser ikunu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ser ikunu asfaltati din is-sena fid-Disa’ Distrett Elettorali?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra. Fil-lokalità tal-Imsida diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Trejqa Boxbox, Triq Giorgio Mitrovich, Triq Ħwann Mamo, Triq is-Sarġ u Triq is-Snajja, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet f’Bieb it-Torri, Triq ta' Xmiex, Triq it-Torri, Triq Tal-Qroqq, Triq Nazju Falzon u Triq Zamenhof. Fil-lokalità ta’ San Ġwann diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq ġdida fi Triq Albert Mayr, Triq G Despott, Triq iċ-Ċawsli, Triq il-Ġojjin, Triq il-Mensija, Triq iż-Żebbuġ, Triq Prepostu, Triq Wied Għollieqa u Vjal ir-Riħan, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet fi Triq bla isem bejn Triq Taż-Żwejt u Triq Sir Anthony Mamo, u Triq in-Naxxar. Fil-lokalità tal-Għargħur diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Caravaggio, Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, Sqaq Santa Marija taż-Żellieqa, Sqaq il-Qiegħed, Sqaq il-Ħofra, Sqaq iċ-Ċawl, Sqaq fi Triq il-Ferħa, Triq Dun Karm Vella, Triq l-Indipendenza, Triq Santa Katerina u Triq Santa Marija taż-Żellieqa. Fil-lokalità tas-Swieqi diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Ġiebja, Triq il-Kejla, Triq ir-Ratal u Triq it-Tomna, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet fi Triq l-Ilqugħ, Triq tal-Franċi¿, Triq it-Tiben u Triq Sant’ Andrija. Fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq l-Imradd u Vjal Sir Temi Zammit waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet fix-Xatt ta’ Xbiex u Triq Abate Rigord. Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda entità fid-dekasteru li minnu jien responsabbli ma rċieva state aid.

Santa Luċija – Triq il-Prinjol — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir ġewwa Triq il-Prinjol Santa Luċija Malta? Jistax ukoll jindika kemm ilu jsir u kemm huwa previst li ser jiġi jiswa?

Response (BORG, IAN)

F’Jannar li għadda Infrastructure Malta tat bidu għal proġett ta’ €2.5 miljun biex tibni mill-ġdid aktar minn żewġ kilometri ta’ toroq residenzjali f’Santa Luċija u ttejjeb il-belvedere li jħares fuq il-Wied ta’ Garnaw, b’mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti. Wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa fl-2019 u bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, li tlesta f’Jannar li għadda, l-aġenzija qed tikkollabora mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta qed tgħaddi minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn meħtieġ, se ssaħħaħ ukoll il-pedamenti tat-toroq u tibni bankini ġodda, qabel ma tlestihom b’wiċċ ġdid bl-asfalt u tlesti xogħlijiet ta’ tisbieħ ieħor fl-istess inħawi. It-titjib tal-belvedere tul medda ta’ kilometru fuq ix-xaqliba tan-nofsinhar ta’ Dawret it-Torri u Triq il-Prinjoli se jinkludi mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u żoni msebbħin b’diversi siġar ġodda. Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija f’kolloaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, iddisinja mill-ġdid din iż-żona mħaddra biex joħloq spazju ta’ rikreazzjoni għar-residenti u rotta aktar sigura għaċ-ċiklisti u dawk li jgħaddu mill-inħawi bil-mixi. Fl-2020, Infrastructure Malta ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ dan il-belvedere. L-aġenzija qed tkompli tieħu ħsieb dawn is-siġar u se tkompli ssebbaħ l-inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli. B’hekk, filwaqt li f’dawn it-tliet toroq qabel kien hemm biss bankina, issa se jkun hemm ukoll korsija sigura li tista’ tintuża miċ-ċiklisti wkoll, b’veduti sbieħ tal-wied. Id-disinn ta’ partijiet minn dawn it-toroq u tal-korsija għar-roti u l-mixi ġdida qed jiġu kontinwament diskussi mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija, li għamel id-disinn oriġinali. Infrastructure Malta infurmata li minn naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali qed jikkonsulta r-residenti konċernati sabiex jiġi żgurat li dan l-investiment multi-miljunarju f’din il-lokalità verament iwassal għal ambjent aħjar u infrastruttura aktar sigura u sostenibbli għal dawk kollha li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw f’Santa Luċija. Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis, Triq Dun M. Mifsud, Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra. Fl-aħħar sentejn, permezz tal-proġett nazzjonali mifrux fuq seba’ snin għall-bini mill-ġdid tat-toroq residenzjali, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġiżimin, Triq Żnuber u Triq Gardenja.

Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta u finalizzata Triq Dawret it-Torri Santa Luċija Malta? Jistax ukoll jindika li l-istess triq, ser tiġi lura bil-faċilità preċedenti tagħha, ta' żewġ kareġġjati u faċilitajiet għar-roti? Jistax ukoll jgħid, jekk kemm-il darba l-Kunsill Lokali huwiex jiġi konsultat f'dan?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 21371 tal-istess Seduta.

Santa Luċija – residenti kumpensati għall-inkonvenjent u diffikultajiet tal-bini ta’ Triq il-Barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba r-residenti ta’ Santa Luċija Malta humiex se jiġu b’xi mod kumpensati għall-inkonvenjent u diffikultajiet varji li kellhom jgħaddu minnu, tul il-kostruzzjoni ta’ Triq tal-Barrani?

Response (BORG, IAN)

F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta lestiet il-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, investiment ieħor ta’ €20 miljun biex ittejjeb is-sigurezza, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tar-rotta ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Il-mini ġodda b’erba’ korsiji li jgħaqqdu Triq Tal-Barrani ma’ Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata) qegħdin inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar b’aktar minn 30%. Qed itaffu wkoll it-tniġġis mid-dħaħen u l-istorbju tal-konġestjoni li kienet toħloq ir-roundabout li kien hemm qabel, li fiha kienu jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin diversi rotot traffikużi, fosthom tliet toroq arterjali u tliet toroq oħrajn li jagħtu għal Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Bil-junction ġdida fuq żewġ livelli, ħafna mill-vetturi li kienu jgħaddu minn dan is-salib it-toroq issa jgħaddu dritt minn ġol-mini. B’hekk saret ukoll eħfef biex tivvjaġġa b’mod aktar sigur u b’metodi differenti bejn it-tliet lokalitajiet tal-madwar. Il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija kien jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-mogħdija għall-ġiri (jogging track) li hemm fil-viċinanzi, kif ukoll punti għall-qsim pedonali bid-dwal tat-traffiku bejn Raħal Ġdid u Santa Luċija, waqfiet aktar siguri għall-karozzi tal-linja u passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li jgħaqqad Santa Luċija mal-Marsa. Infrastructure Malta bniet ukoll mill-ġdid il-mina għall-mixi u r-roti (subway) ta’ Triq tal-Barrani b’disinn aħjar, b’rampi għaċ-ċiklisti, passaġġi aċċessibbli għal kulħadd u cameras ta’ sorveljanza li jħarsu s-sigurtà ta’ dawk li jgħaddu minnha biex jivvjaġġaw bejn Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Waqt ix-xogħlijiet, Infrastructure Malta ħadet diversi miżuri sabiex jonqsu kemm jista’ jkun id-diffikultajiet inevitabbli li proġetti bħal dawn jikkawżaw fuq dawk li jgħixu jew jivvjaġġaw fl-inħawi. Fil-fatt, is-sit tal-proġett ingħalaq b’barrikati għoljin ħalli l-passaġġi u t-toroq maġenbhom ikunu protetti mix-xogħlijiet. Fl-istess waqt, waqt ix-xogħlijiet tal-proġett Infrastructure Malta installat sistemi ġodda tad-distribuzzjoni tal-elettriku, ilma u drenaġġ fl-inħawi ħalli jwasslu servizzi aħjar fid-djar tal-inħawi. Meta kien meħtieġ tqattigħ ta’ trinek viċin id-djar, jew jintuża makkinarju ieħor kbir, intużaw metodi li jagħmlu inqas storbju u vibrazzjonijiet. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta kienet qed tieħu kejl tal-vibrazzjonijiet u l-kwalità tal-arja fl-inħawi sabiex tiżgura li waqt ix-xogħlijiet, dawn il-fatturi jiġu affettwati mill-inqas possibbli. Grazzi għal dan il-proġett, ir-residenti ta’ Santa Luċija llum qed igawdu minn kumpens imprezzabbli – kwalità ta’ ħajja aħjar b’arja aktar nadifa, tnaqqis drastiku fit-tniġġis tal-arja mill-karozzi, inqas storbju tat-traffiku u aċċess aħjar u aktar sigur mid-djar tagħhom għal lokalitajiet tal-inħawi bil-mixi, bil-karozza, bit-trasport pubbliku u b’mezzi oħra tal-ivvjaġġar. Fl-istess żona, Infrastructure Malta ħawlet mijjiet ta’ siġar u arbuxelli, u waħħlet installazzjoni artistika ġdida, sabiex tkompli ttejjeb l-ambjent taż-żona. Fl-aħħarnett, Infrastructure Malta, b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija, qed twettaq proġett ta’ madwar €2.5 miljun biex tibni mill-ġdid aktar minn żewġ kilometri ta’ toroq residenzjali f’Santa Luċija u ttejjeb il-belvedere li jħares fuq il-Wied ta’ Garnaw, b’mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti. Ix-xogħlijiet prinċipali li għaddejjin bħalissa jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta se terġa’ tibni wkoll diversi toroq oħra fl-istess lokalità, fosthom Triq Klematis, Triq Dun M. Mifsud, Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra.

San Ġiljan – Xatt ta’ Spinola

Question

B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-Xatt ta’ Spinola, San Ġiljan, fejn biswit hemm lukandi ta’ 4 u 5 stilel, inħallu nġenji sbieħ, kkuluriti u Maltin, minflok dawk li qed jidhru fir-ritratti, biex il-post ikun ta’ kwalità kif mixtieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tneħħija ta’ dawn l-inġenji ma taqax taħt ir responsabilita’ tal-Ministeru. Għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — persons of trust u positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20987 f’Seduta 462.

Park and ride għal Għawdxin

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16506 u 19663, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati u x'fadal isir bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ferm importanti u bżonnjuż ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.

Il-Manikata – Triq il-Mejjiesa u tarf Sqaq Ħarruba – sinjali/miżuri tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati jieħdu deċiżjoni urġenti sabiex bejn Triq Mejjiesa u tarf Sqaq Ħarruba fil-Manikata, limiti tal-Mellieħa, (ritratt anness) isiru sinjali/miżuri adegwati tat-traffiku sabiex jiġu evitati inċidenti minħabba l-influss qawwi ta’ karozzi li baqa’ dejjem jiżdied f’din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din it-triq hija responsabilta’ tal-kunsill lokali, pero l-Awtorita’ ta’ Transport ser tkun qed tagħmel spezzjoni fuq il-post u tikkordina skond il-bżonn.

Daħliet li jagħtu lejn il-Manikata mill-Mellieħa u Għajn Tuffieħa – sinjali tat-traffiku minħabba inġenji kbar

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati jerġgħu jagħmlu sinjali tat-traffiku (u li jiġu infurzati) fid-daħliet li jagħtu lejn il-Manikata mill-Mellieħa u Għajn Tuffieħa sabiex inġenji kbar ma jgħaddux mill-qalba tal-Manikata u dan dejjem sakemm ma jkunux se joffru/jagħtu jew jieħdu xi forma ta’ servizzi mill-istess żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Transport Malta li ser tkun qed tagħmel spezzjoni biex tara liema sinjali hemm neqsin u terġa tinstallhom.

Telgħet ix-Xemxija – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bus shelter li jinsab f’Telgħet ix-Xemxija, preċiżament biswit il-Knisja tax-Xemxija, jinbidel għal wieħed modern bħal kumplament tal-bus shelters peress li t-traskuraġni u l-istat ħażin li jinsab fih dan il-bus shelter huma notevoli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment. Ninsab infurmat li l-aħħar manutenzjoni fuq dan il-bus shelter twettqet fil-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena.

San Pawl il-Baħar – Triq Katarina Vitale – irranġar ta’ ħofra

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar jieħu l-passi meħtieġa sabiex tittranġa ħofra li tinsab f’nofs it-Triq Katarina Vitale (ritratt anness)?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21140, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma għandux idea ta’ kif intnefqu l-fondi pubbliċi li jammontaw għal madwar €20,000?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.

Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – standards tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak fuq Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa sarx skont l-istandards rikjesti u jekk il-ħlas dovut għal dan ix-xogħol sarx jew le? X'testijiet saru biex jiġi ivverifikat jekk is-'surface profile' tat-triq laħaqx il-livell ta' kwalità mixtieqa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta fit-triq indikata u tlestew fil-ġimgħat li għaddew kienu jinkludu wkoll titjib fis-sistemi taħt l-art għad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-ilma, dawl u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll titjib tas-sistema għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Wara li ssaħħew il-pedamenti tat-triq sar wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt u reġgħu saru s-sinjali. Bħal kull xogħol ieħor, wara li tlestew ix-xogħlijiet ewlenin issa għaddejjin it-testijiet u proċeduri oħrajn ta’ verifikar tal-kwalità, biex ikun assigurat li x-xogħol li sar laħaq il-livelli meħtieġa mill-aġenzija.

Ix-Xemxija – sinjali tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru s-sinjali tat-traffiku u manutenzjoni meħtieġa fiż-żewġ daħliet u ħrug taż-żona tax-Xemxija preċiżament fit-triq Telgħet ix-Xemxija? (Dawn jinsabu biswit l-istabbiliment Porto del Sol u faċċata tal-Knisja tax-Xemxija, viċin id-daħla ta’ dik li qabel kienet il-Mistra Village (ritratti annessi))

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet diġà kienu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta tant li nbdew fil-jiem li għaddew u se jinkludu manutenzjoni fejn meħtieġ fit-triq arterjali. Persuni li jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet b’xi xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta, jew li jixtiequ jwasslu xi suġġerimenti lill-istess entità, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jibgħatu messaġġ permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Triq is-Simar – mera f’tarf it-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tagħmel mera fit-tarf ta’ Triq Simar kantuniera ma’ Triq ir-Ridott u dan sabiex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku? (ritratt anness)

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qed tara l-bżonn għal din il-mera u tieħu azzjoni skond il-bżonn.

San Pawl – xogħlijiet fuq bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru tiswijiet meħtieġa u bini mill-ġdid fuq numru ta’ bankini minn Infrastruttura Malta li jinsabu fit-toroq: Triq Oqbra Puniċi, Triq Radded ir-Roti, Triq ir-Ridott, Triq il-Fuħħar u Triq is-Simar kollha fix-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, Triq Telgħat ix-Xemxija, Triq il-Maqdes Megalitiku u Triq il-Preistorja?(uħud mir-ritratti annessi)

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ Telgħet ix-Xemxija, filwaqt li parti minnha diġà nbniet mill-ġdid, il-parti l-oħra diġà sarilha xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet minħabba li qabel ma tkun tista’ tinbena wkoll mill-ġdid f’din il-parti tat-triq iridu jitlestew xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li jridu jsiru minn entitajiet terzi. Madankollu, minħabba li kien hemm parti minnha li ddeterjorat billi ġarrbet ħsarat estensivi kkaġunati mill-pedamenti dgħajfa tagħha peress li din hija mibnija fuq it-tafal, Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet t’emerġenza biex għamel tiswijiet temporanji biex neħħiet perikli li kien hemm f’din it-triq. Xogħlijiet oħrajn inkluż manutenzjoni ta’ bankini f’din it-triq huma ppjanti li jsiru mill-aġenzija fil-jiem li ġejjin. Infrastructure Malta hija kommessa li wara li jitlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ taħt l-art li hemm ippjanati li jsiru mill-entitajiet konċernati, din il-parti tat-triq tibniha wkoll mill-ġdid bħalma qed tagħmel fil-każ ta’ diversi toroq oħrajn. Għal dak li jirrigwarda t-toroq l-oħrajn indikati fil-mistoqsija parlamentari, mistoqsijiet dwar tiswijiet fihom għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.

Infrastructure Malta – xogħlijiet f’Ħaż-Żabbar, Birgu, Bormla, Kalkara, Isla u Xgħajra

Question

Jista’ l-Ministru jindika lista ta’ xogħlijiet li qegħdin isiru, jew li hemm ippjanati li jsiru, minn Infrastructure Malta, fil-lokalitajiet ta’ Żabbar, Birgu, Bormla, Kalkara, Isla u Xgħajra?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra. Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd- in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq il-Fikus, Triq il-Ġiżimina u Triq Salvu Darmanin. Bħalissa qegħdin isiru Triq ix-Xgħajra, Triq il-Madaffa, Triq il-Baħrija, Triq Żabrella, Triq id-Dliela, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq il-Luq, Triq il-Figel u Triq il-Qaqoċċ, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq Ta’ Lanza, Triq il-Werżieq, Triq iz-Zarzarell, Triq in-Nissieġ, Triq Renato Agius Muscat u Triq il-Bajada. Fil-lokalità tal-Birgu Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u Triq San Dwardu. Bħalissa qegħdin isiru Triq La Vallette, Pjazzetta San Filippu u Triq Patri Indri Vella, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq il-Miratur, Triq San Filippu u Misraħ ir-Rebħa. Fil-lokalità ta’ Bormla Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Alessandra, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun u Triq San Ġorġ. Bħalissa qed issir Triq Santa Margerita u fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq San Franġisk. Fil-lokalità tal-Kalkara Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kapuċċini, Triq Rinella, Trejqet Francesco Chircop u Triq il-Ġir. Bħalissa qegħdin isiru Triq is-Sienja u Triq il-Progress, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq ġdida fi Triq il-Kapuċċini. Fil-lokalità tal-Isla Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kunċizzjoni u Triq iż-Żewġ Mini, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq Portu Salvu u Triq San Ġiljan. Fil-lokalità tax-Xgħajra Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Sqaq l-Arkati, Triq Ħaż-Żabbar, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq l-Iskola u Triq l-Ispnott, waqt li fix-xhur li ġejjin se inbdew xogħlijiet fi Triq it-Tumbrell u Triq il-Mulett. Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Park ta’ San Klement –Vjal Kottoner – pedestrian crossing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li ssir xi pedestrian crossing fi Vjal Kottoner biex dawk li jmorru l-Park ta’ San Klement ikollhom aċċess iżjed sigur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li din il-pedestrian crossing kienet ġiet approvata minn naħa ta’ Transport Malta u fiż-żmien li ġej ser ikunu qedgħin jibdew ix-xogħolijiet fuqha.