Legislature:
Category:
Reset
Active:

Melamine — Periklu għal nisa tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kimika melamine, għall-finijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, hijiex ikkonsidrata mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà bħala perikoluża għal nisa tqal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — skemi

Question

Peress li l-Korporazjoni għax-Xogħol u Taħriġ ħadmet numru ta' skemi biex tgħin lil dawk li jkunu qed iffitxu x-xogħol jidħlu fid-dinja tax-xogħol u dawn l-iskemi jinkludu skemi għaż-żgħażagħ, għan-nisa, għal persuni fuq l-età ta' 40 sena u għall-persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-iskemi kienu mħaddma f'Għawdex? Kemm persuni ġew imħarrġa f'kull skema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fl-aħħar sena finanzjarja tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (Ottubru 2007 – Dicembru 2008), kien hemm 4 skemi mħaddma f’Għawdex. F’dawn l-iskemi kien hemm dan l-ammont ta’ persuni li kienu mħarrġa: SKEMI NIES MĦARRĠA Gozo Employment Aid Programme 240 Job Experience Scheme 29 Work Start Scheme 1 Bridging the Gap 4
Leg 11 PQ #6729 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jara t-talba tas-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bil-kunsens tagħha talbet li ssir reviżjoni dwar jekk is-sussidju tal-kera mogħti mill-Gvern hux dak mistħoqq lilha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-kera kummerċjali tal-post li ġie allokat lis-Sinjura hija ta’ € 3,005. Is-Sinjura ngħatat sussidju li jammonta għal 70% tal-kera kummerċjali u għalhekk hija ntalbet tħallas kera sussidjata ta’ € 901.50 fis-sena. Ta’ min jgħid li s-Sinjura ngħatat l-għola perċentaġġ ta’ sussidju u għalhekk din il-kera ma tistax tonqos anke jekk issir reviżjoni ta’ sussidju.
Leg 11 PQ #6929 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali: i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment; ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B). Minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz! Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6941 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Care worker għal persuna b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6156 u cioè: Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta' a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is-supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Każijiet ġodda ta' Aneurysms

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6275 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' aneurysyms fis-sistema vaskulari matul 2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pażjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li minħabba li ma jinżammx reġistru nazzjonali fejn jiġu reġistrati każijiet ġodda ta’ aneurysms, l-informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet ġodda li ġew diagnosed fis-sena 2008 ma tistax tingħata. Għalhekk wieħed jista’ jagħti n-numru ta’ każijiet li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei fis-sena 2008 fejn ġiet mniżżla id- discharge diagnsois ta’ xi forma ta’ aneurysm . Fil-fatt jidher li skond id-database tal- Hospital Activity Analysis hemm 21 pazjenti li ddaħħlu minħabba aneurysm fl-2008. Dawn kienu mqassmin hekk: - 16 kienu aortic aneurysms - 2 aneurysms ta’ arterji fis-sieq - 2 aneurysms ta’ arterji fil-moħħ - 1 mhux specifikat liema arterja kienet involuta Ninsab informat ukoll li dawn il-figuri ma jirreferux għal każijiet ġodda li ġew diagnosed imma biss għal dawk li ddaħħlu l-isptar matul 2008. Wieħed għandu jinnota wkoll li d-dijanjosi ta’ aneurysm tista’ issir ukoll fuq out-patient basis u l-pazjent ma jkollux għalfejn jidħol l-isptar bħala in-patient . Dawn jiġu segwiti regolarment għal xi kambjament fil-qagħda tagħhom. Din l-informazzjoni m’hijiex miġbura fuq is-sistema tal-Out-patients tal-Isptar Mater Dei. Rigward l-i screening tal-familjari ta’ pazjenti li ġew diagnosed b’ aneurysm , m’hemmx struttura formali għaliha, imma il-konsulenti jħeggu lill-familjarji biex imorru għand it-tabib tal-familja tagħhom biex jiġu riferuti għat-testijiet meħtieġa.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7068 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li sabu xogħol qabel ma ggradwaw

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5941 u 6433, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw? Jista’ jgħid fejn sabu x-xogħol, kemm minnhom f’Malta u kemm minnhom f’Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ dawk il-gradwati Għawdxin li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw mill-Universita ta’ Malta f’Novembru 2008 huwa ta’ 205. Minn dawn kien hemm 147 impjegati f’Malta u 58 impjegati f’Għawdex. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema settur dawn il-gradwati kienu qed jaħdmu. Ix-xogħol ta’ dawn il-gradwati ried ikun reġistrat ma’ l-ETC wara Jannar tal-2003 u qabel Novembru tal-2008 (il-perjodu ta’ meta l-gradwati kienu għadhom qed jistudjaw).
Leg 11 PQ #7084 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

nies li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni skond kif maqsuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, lokalità lokalità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Frar li għadda?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Jannar 2009, fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 6,988. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirregistraw għax-xogħol f’kull kunsill lokali f’Malta u f’Għawdex.
Leg 11 PQ #7086 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet biex jiġu stallati lifts fil-blokk tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet (talbiet) li saru minn inkwilinili joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern, biex jiġu stallati lifts fil-blokk tagħhom? F'liema inħawi huma dawn it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta’ liftijiet li l-Awtoritá għandha bħalissa minn inkwilini li joqogħdu f’appartamenti tal-Gvern huwa 27. Dawn jikkonsistu f'applikazzjonijiet minn dawn l-inħawi, kif ġej: Birgu (1) B‘Kara (1) Bormla (1) Floriana (1) Isla (1) Marsa (1) Pieta’ (2) Qormi (3) Rabat, Malta (3) San Gwann (4) Sta. Venera (1) Ta’ Xbiex (5) Valletta (2) Żejtun (1).
Leg 11 PQ #7087 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Numru ta' nurses ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm hu maħsub li jkunu meħtieġa nurses ġodda fil-ħames snin li ġejjin biex ikunu moqdija sew il-polikliniċi u l-isptarijiet tal-gvern? Kif inhu maħsub li dan in-numru ta' infermiera jintlaħaq matul iż-żmien li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kimiċi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux politika nazzjonali dwar il-produzzjoni ta' kimiċi u jekk sussegwentement humiex miżmuma l-użu ta' sustanzi carcinogenic, mutagenic, reprotoxic u neurotoxic? Jista' jgħid jekk hux jimplimenta politika li tissotitwixxi dawn il-kimiċi li għandhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa tan-nies u hux jinċentiva lill-industrija li tiddependi minn dawn il-kimiċi u oħrajn għal produzzjoni biex jagħmlu użu minn prodotti li ma jħallux effett fuq is-saħħa tan-nies? Jekk il-Gvern għadu mhux jinċentiva lill-industrija, għandu l-ħsieb li jinċentiva, forsi permezz ta' miżuri fiskali vantaġġjuzi, biex jintużaw prodotti li huma environmentally friendly u li ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tan-nies?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda — fett tat-tniggis ta' l-ambjent fuq is-saħħa tan-nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jaderixxi mad-Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda maqbula fi Stokkholma fl-1972 dwar l-effett tat-tniggis ta' l-ambjent fuq is-saħħa tan-nies, u l-pjani ta' azzjoni maqbula fil-konferenza li saret f'Budapest 2004 mill-WHO-Europe dwar is-saħħa u l-ambjent u konferenzi u konvenzjonijiet sussegwenti? B'liema mod il-Gvern qiegħed fil-prattika jwettaq b'konformità ma' dawn id-dikjarazzjonijiet u qbil internazzjonali permezz ta' pjani ta' azzjoni prattiċi f'pajjiżna biex jegħleb l-effett tat-tniġġis ta' l-ambjent fuq is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin, partikolarment it-tfal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

monitoraġġ dwar kundizzjonijiet mediċi — konsegwenza ta' tniġġis ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux politika li jagħmel monitoraġġ dwar kundizzjonijiet mediċi li jiżviluppaw b'konsegwenza ta' tniġġis ambjentali? Jekk iva x'qed isir? Jekk l, huwa ppjanat li jibda jsir dan il-monitoraġġ u meta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7117 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

programm nazzjonali ta' breast screening — lokazzjoni ġdida

Question

Filwaqt li wieħed jieħu nota pożittiva tad-deċiżjoni tal-Gvern li sa fl-aħħar ser jiġi allokat sit għaċ-ċentru minn fejn għandu jiġi mniedi l-programm nazzjonali ta' breast screening, jaħseb l-Ministru li s-sit identifikat fejn qabel kien hemm il-BOV taħt il-Barrakka ta’ fuq fejn hemm id-Dwana ma tantx huwa idoneju għall-inizjattiva simili bħala location għax fejn ser jkun iċ-ċentru il-ġdid ma tantx joffri privatezza għad-dħul fil-premises kif wkoll li dan ser jiġi located f’area normalment iffrekwentata mill-burdnara u cargo handlers u dan apparti problemi ta’ parking? Għaliex il-Gvern ma addattax parti mill-ex Sptar San Luqa għal dan iċ-ċentru? Kien hemm xi ħlas biex il-gvern akkwista il-proprjetà ikkonċernata jew din kienet ilha li ġiet f’idejn il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dimensia — servizzi fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-pjanijiet li għandu l-gvern dwar l-pazjenti li jkollhom d-dimensia? Kif beħsiebha Malta taffaċċja dan l-problema li kull ma marru qed tiżdied? Hemm servizzi ġodda li sejjer jintroduċi fil-komunità jew f'xi istituzzjoni minħabba din il-kundizzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċina — Spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li l-mediċina li l-isem tagħha qed jintbgħat separatament, l-gvern Nazzjonalista qiegħed ibiegħ l-istess mediċina ħames darbiet iktar għolja mill-istess prezz ta' kull kaxxa għanda ittinbrat fuqha? Jista' jispjega kif pinnoli li jinxtraw mill-ispiżeriji f'Malta jiġu jiswew ħafna aktra mill-ispiżeriji f'pajjiż Ewropej meta tqis li l-pagi u l-pensjonijiet tagħna huma ħafna iktar baxxi minn ta' dawk il-pajjiżi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Residenza San Vinċenz de Paule — residenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħlu residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule bejn Jannar 2006 u Jannar 2009 sena b'sena? Jista' jgħid jekk dawn ir-residenti daħlux mill-kommunità jew inkella minn xi istituzzjoni oħra sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paule u homes oħra — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jippubblika t-tul ta' żmien kemm kien ilhom jistennew fil-waiting lists ir-residenti li daħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule u l-homes matul is-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.