Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt mogħti għax-xogħlijiet f'Bormla u Xatt ir-Risq, kienx hemm xi klawsola li titkellem dwar l-ammont ta' ħaddiema li għandu jkollu l-kuntrattur għal dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv kemm hu l-ammont ta' ħaddiema fuq dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara d-deċiżjoni li jinbidlu u/jew jieqfu numru ta' rotot tat-trasport pubbliku? Minn min ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-raġunijiet ivarjaw minn rotta għal rotta u għalhekk nitolbu jkun aktar speċifiku. L-oġġettiv ta' bdil tar-rotot hu li jaqdi aħjar il-bżonnijiet tal-passiġġieri u jittieħdu minn Transport Malta b'konsultazzjoni mal-Ministeru.
Peress li fi Triq Valletta, Luqa li mill-Marsa tieħu għaċ-ċentru ta' Ħal Luqa qed tintuża bħal aċċess għall-ajruport minħabba li Triq il-Kunsill tal-Ewropa li minn Santa Luċija tieħu għall–ajruport tinsab magħluqa , din ġiet fi stat ħażin ħafna, jista' l-Minsitru jassigura li din it-triq tiġi rranġata biex tkun diċenti? Barra minn hekk jista' immedjatament jordna li jittieħdu miżuri biex ikun hemm traffic calming measures fiċ-ċentru residenzjali ta' Ħal Luqa minħabba periklu li ż-żieda fit-traffiku qed jikkawża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li triq il-Belt Valletta Luqa ma ġietx identifikata u/jew riklamata bħala deviation route uffiċjali minn Transport Malta. Dan sabiex it-traffiku kemm jista' jkun jgħaddi minn toroq arterjali. Madankollu Transport Malta għamlet survey tal-kundizzjoni ta' din it-triq qabel beda x-xogħol fuq Triq il-Kunsill tal-Ewropa. Dan imbagħad jitqabbel mal-kundizzjoni tat-triq meta x-xogħol ikun lest u Triq il-Kunsill tal-Ewropa tkun miftuħa mill-ġdid. Transport Malta tieħu l-azzjoni li tkun meħtieġa jekk jirriżulta li t-triq tkun saritilha l-ħsara f'dan il-perjodu kawża tal-imsemmi għeluq ta' Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
B'referenza għal miżuri sabiex ikun hemm
traffic calming measures
, Transport Malta kellha talba waħda mill-Kunsill Lokali għal
pedestrian crossing
fi Triq il-Ġdida, liema talba ġiet approvata mill-awtorità.
Jista' l-Ministru jinvestiga r-rotta li minnha tgħaddi l-karozza tal-linja bin-numru 31 u fl-iqsar żmien possibbli jiggarantixxi li dak li qed jiġi reklamat, u ċioe li din ir-rotta qiegħda sservi lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar biex imorru l-isptar direttament, fil-fatt iseħħ? Jekk dan mhux possibbli li jsir, jista' jgħid kif se jiġi garantit li din il-parti tal-lokalità fil-fatt tiġi moqdija b'servizz ta' trasport dirett għall-isptar, mingħajr iktar dewmien u ilmenti (ġustifikati) min-naħa tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta 31 isservi l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u tgħaddi minn Mater Dei. Qed jiġu evalwati possibiltajiet oħra biex aktar postijiet ta' din il-lokalità jkollhom servizz dirett lejn l-isptar.
Sistema tat-Trasport Pubbliku — karozzi tal-linja - tfal tal-iskola
Question
In vista tal-fatt li l-Ministru nsista li l-karozzi tal-linja fis-sistema tat-trasport pubbliku jkunu €5, għaliex l-istess standard ma ntużax għall-ġarr tat-tfal tal-iskola?
Response (GATT, AUSTIN)
Qiegħed nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-istandard ‘Euro V’, li huwa l-istandard tal-makni tal-karozzi tal-linja li jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku.
F’dan il-kuntest, ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm Transport Malta tirregola t-tip ta’ vetturi li għandhom jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku skont l-obbligi li joħorġu mill-kuntratt li hi għandha mal-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku, dan m’huwiex il-każ fejn jirrigwarda vetturi li jintużaw għall-ġarr tat-tfal tal-iskola, liema servizz ma jiġix ikkuntrattat minnha. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ fuq Triq il-Burdnara Ħal-Qormi peress li din it-triq ilha snin sħaħ imħarbta a skapitu tas-sidien tad-djar u l-ħwienet li hemm fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq ma' tagħmilx parti mill-programm ta' toroq li jridu jinbnew mill-ġdid sas-sena 2012 għax meta sar is-survey, il-bini ma kienx ikopri mill-inqas 75 % tat-triq.
Ta' min iżid li din it-triq tagħmel parti mil-lista ta' toroq li Transport Malta qed tevalwa għal programm li jmiss ta' bini ta' toroq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Corporate Data Centre l-ġdid ta' Santa Venera hux se jkun jikkwalifika bħala a green eco friendly data centre minn kull aspett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Corporate Data Centre l-ġdid, li bħalissa qiegħed jitlesta, huwa mgħammar b’numru ta’ sistemi u miżuri sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. Dawn jinkludu:
· Tnaqqis fin-numru ta
computers
bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ Consolidation u Virtualisation
;
· Sistemi ta’
UPS
u arja kkundizzjonata li huma
modular
u jinxtegħlu b’ mod awtomatiku skond id-domanda sabiex jaħdmu bl-ogħla effiċċjenza;
· Sistemi ta’ arja kkundizzjonata għall-
computer rooms
b’ċirkolazzjoni ta’ arja b’tali mod li arja sħuna u arja kiesħa jibqgħu separati u titqassam bl-inqas telf ta' enerġija;
·
Generators
li jintużaw f’każ ta’ emerġenza għandhom sistema ta’
catalytic converter
sabiex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja waqt l-użu;
· Sistemi ta’
solar heating
għal ilma u panelli fotovoltajiċi ġew installati fuq il-bejt;
· L-ilma tax-xita jintuża għal-kmamar tal-banju;
· Soqfa tal-
Computer rooms
huma trattati b’
thermal insulating foam;
· It-twieqi kollha li jagħtu għal barra huma
double glazed;
· Sistema li tirregola t-temperatura u ventilazzjoni fl-uffiċini kollha;
· Sistemi ta’ dawl li jużaw teknoloġiji bħalma huma
LED
u
fluorescent lighting
u fejn hu prattiku jintfew b’mod awtomatiku;
· Sistema li tiġbor dettalji ta’ użu ta’ enerġija sabiex jindika titjib li jista' jkun possibbli la darba d-
Data Centre
jibda jopera;
Dawn il-miżuri jirriflettu rakkomandazzjonijiet fil-
Code of Conduct
għad
-Data Centres
ppubblikat riċentement mill-UE.
Jista' l-Ministru jgħid kif u minn fejn u/jew mingħand min ġie akkwistat il-premises il-ġdid tal-Corporate Data Centre f'Santa Venera? B'liema valur u mezz ġie akkwistat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post fejn qed jitlesta l-Corporate Data Centre l-ġdid f' Santa Venera huwa propjetà tal-gvern li ġie allokat b’ċens lill-MITA mill-Kummissaju tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jara x-shares li kellha tagħti l-Maltacom lis-Sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qabel kien jirċevihom regolari u issa mhux jirċievihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Corporate Data Centre — IT equipment u infrastruttura teknoloġika
Question
B'referenza għall-Corporate Data Centre li mistenni jinfetaħ lejn tmiem din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża mħabbra ta' €7.3 miljun tinkludix ukoll l-I.T. equipment u l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa jew hijiex limitata għall-bini innifsu biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża ta’ madwar €7.3 Miljun tinkludi l-apparat kollu neċessarju biex jibda jopera d-Data Centre, inklużi core network switches, racks, UPS u l-apparat teknoloġiku kollu. Effettivament, b’din l-ispiża d-data centre se jkun lest biex jilqa’ s-servers fih u jibda jopera. Ta’ min isemmi li uħud minn dawn is-servers se jiġu trasferiti minn Gattard House u oħrajn jinxtraw fil-futur jekk u meta l-gvern jixtri aktar sistemi ta’ informazzjoni li jkollhom bżonnhom.
Niġbed l-attenzjoni li l-budget ta’ dan il-proġett kien ta’ €8 Miljun u li l-indikazzjonijiet s’issa juru li l-ispiża se tlaħħaq is-€7.3 Miljun. Madankollu l-ispiża finali tkun magħrufa fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-IT equipment tal-Corporate Data Centre ta' Santa Venera u jekk il-gvern hux diġà kkometta ruħu dwaru? Kemm ġie/ġej jiswa b'kollox? Dan l-apparat jikkonsisti ukoll f'servers ġodda? Jekk iva, saret xi sejħa għall-offerti għalihom?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u jara li ma jibqax isir ipparkjeġġar ta' double deckers u vetturi oħra tat-turisti quddiem il-lukandi Suncrest u Qawra Palace, il-Qawra, għaliex qegħdin literalment jimblukkaw Triq il-Qawra? Jista' jingħatalhom post adegwat għal dan il-għan f'parti aktar wiesgħa tat-triq imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tinforza r-regolamenti tat-traffiku fl-inħawi indikati. Għar-rigward ta’ post adegwat fejn jistgħu jipparkjaw dawn it-tip ta’ vetturi, ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda tevalwa din il-proposta fl-aħjar interess tas-sigurtà u mmaniġġjar tat-traffiku f’dawk l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju li l-venda ta' Buġibba mhix kbira biżżejjed sabiex tilqa' fiha l-ammont ta' karozzi tal-linja skedati għaż-żona ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ bus bays provduti fil-venda ta’ Buġibba hu meqjus bħala wieħed adekwat għall-ammont ta' karozzi tal-linja skedati.
Impjegati ta’ Transport Malta jassistu lill-klijenti tal-Arriva
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li impjegati ta’ Transport Malta spiċċaw jassistu lill-klijenti tal-Arriva? Jista’ jgħid min ħallas għal dan is-servizz li offrew l-impjegati ta’ Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li numru ta' impjegati ta' Transport Malta kienu assenjati f'numru ta' interchanges u bus stops biex jagħtu informazzjoni lill-pubbliku. Bħala mpjegati ta' Transport Malta dawn il-persuni tħallsu mill-istess awtorità.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.