Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Iskola Nazzjonali tal-Isport — Kriterja meħtieġa għad-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20178 u jgħid x'inhuma l-kriterji meħtieġa biex persuna tidħol fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha relatati mal-proċess biex student jintgħażel biex jidħol f'din l-istess skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji meħtieġa huma testijiet fiżiċi, test prattiku fl-Isport magħżul, u total ta 120 marka jew aktar fl-eżamijiet annwali tal-Malti, Ingliż u Matematika. Sabiex jiġu mgħażula l-istudenti, dawn jiġu assessjati fejn l-assessuri tal-ewwel kriterju jkunu esperti u staff fil-qasam tal-Fitness mill-Iskola Nazzjonali ta' l-Isport u osservaturi mit-tim tal-Proċess ta' l-Għażla. L-assessuri għat-tieni kriterju jkunu persuni li ġew nominati mill-assoċċjazzjonijiet tad-dixxiplini rispettivi tagħhom, persuni nominati mill-Iskola Nazzjonali ta’ l-Isport u espert/i minn barra.

Għawdex — Special Olympics

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rappreżentazzjoni tal-iSpecial Olympics f’Għawdex u jekk teżistix din ir-rappreżentanza f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-irwol tagħha u x’servizz u assistenza qed toffri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmija hi entita mhux Governattiva.

Għawdex — Special Olympics - Baġit allokat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi allokat mill-baġit mogħti mill-Gvern għall-iSpecial Olympics għall-assistenza u servizzi relatati f’Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmnija hi entita mhux Governattiva. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li SportMalta għandha ftehim ma’ Special Olympics li jkopri s-snin 2024-2026 li permezz tiegħu hemm allokazzjoni totali ta’ €600,000 fuq tliet snin. SportMalta tħallas wkoll il-coaches kollha ta’ Special Olympics.

Residenti permanenti Għawdxin — Special Olympics Board - Assistenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti permanenti Għawdxin li qed jiġu assistiti mill-iSpecial Olympics Committee/Board u x’tip ta’ assistenza qed jingħataw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmija hi entita mhux Governattiva.

Skejjel sekondarji – Trade subjects

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentement fl-iskejjel sekondarji humiex jiġu offruti trade subjects għall-istudenti? Jekk qed jiġu offruti trade subjects, fuq liema livell qed jiġu offruti? Jista’ jgħid ukoll kemm jinkludu persentaġġ ta’ prattika u persentaġġ ta’ teorija u jekk l-imsemmija trade subjects humiex offruti fl-intier tagħhom kemm għall-istudent Malti kif ukoll għall-istudent Għawdxi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji kollha tal-Istat jiġu offruti suġġetti Vokazzjonali u Applikati. Dawn is-suġġetti jiġu mgħallma sa MQF Level 3 u kull suġġett iwassal jew għal kwalifika maġruġa mill-MATSEC jew kwalifika maħruġa mid-DQSE. L-assessjar tal-kwalifika maħruġa mill-MATSEC tinkludi 30% ta’ prattika waqt li dik tad-DQSE tinkludi 50% ta’ prattika. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull suġġett huwa bbażat fuq ħiliet, u l-iskejjel kollha huma mgħammra b’apparat industrijali sabiex jiffaċilita t-tagħlim b’mod prattiku.

Option subjects — Sports u swimming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk option subjects bħal sports u swimming li ġew introdotti, humiex aċċessibli għal kulħadd?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett tal-Edukazzjoni Fiżika bħala option subject ilu jiġi offrut mill-2001 u huwa offrut mid-disa’ sena sal-ħdax-il sena. Dan is-suġġett huwa aċċessibli għal kulħadd. Is-sillabu l-ġdid addottat mill-MATSEC mis-sena 2025 jinkludi għażla li l-istudent irid jagħmel bejn l-atletika u l-għawm.

SCDP — Option subjects

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-option subjects bħal swimming u sports lessons offruti mal-iSport Career Development Programme (SCDP) m’humiex qed ikunu inklussivi u jaċċettaw lil kulħadd, peress li hemm studenti li għalkemm m’humiex atleti qed issir diskriminazzjoni magħhom għax għalkemm iħobbu l-isports qed ikunu allegatament esklużi mis-sistema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Edukazzjoni Fiżika Ġenerali hu aċċessibli għall-istudenti kollha li jħobbu l-isport, l-iSport Career Development Programme (SCDP) jiffoka fuq l-iżvilupp tat-talent sportiv. Is-suġġett huwa offrut fl-Iskejjel Medji u Sekondarji Statali kollha kif ukoll f’xi Skejjel Indipendenti. Sabiex student ikun eliġġibli biex isegwi l-programm irid jgħaddi minn assessjar prattiku. Nassigura lill-Onor. Interpellant li mhu qed issir l-ebda diskriminazzjoni. Dan kien ukoll ikkonfermat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità dwar każ partikolari f’Għawdex.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19138, 19329, 19903, 20169 u 20293 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv postsekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema 9 – Regolamenti u proviżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra b’kull tibdil fir-regolamenti u proviżjonijiet ta’ Skema 9 fl-aħħar ħames snin, fid-dettall ta’ kull benefiċċju li tkompri l-Iskema, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20519.

AUM — Kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka lista ta’ kundizzjonijiet imposti fuq l-American University of Malta (AUM) mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) relatati mal-aħħar estensjoni tal-liċenzja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14100.

Football Nurseries – Reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma eżentati milli jħallsu r-reġistrazzjoni fil-football nurseries ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali deċiżjoni tittieħed minn nurseries konċernati u mhux mill-Ministeru.

Football Nurseries– Reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li titħaddem biex tfal minn familji li ma jkunux jistgħu jħallsu r-reġistrazzjoni ta’ kull sena għall-football nurseries jiġu eżentati mill-ħlas ta’ reġistrazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali deċiżjoni tittieħed minn nurseries konċernati u mhux mill-Ministeru.

Football Nurseries – Għajnuniet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li titħaddem biex tfal minn familji li ma jkunux jistgħu jixtru l-kits u ż-żraben li jintużaw fl-isport ipprattikat fil-football nurseries jiġu megħjuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali deċiżjoni tittieħed minn nurseries konċernati u mhux mill-Ministeru.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm saru press conferences mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sabiex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Kotba mogħtija lill-istudenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19362, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-awturi tal-kotba li ġew mogħtija lill-istudenti reċentement u kif ġie deċiż mill-Ministeru li jintgħażlu dawn il-kotba u mhux oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kotba bl-Ingliż li ngħataw lill-istudenti bejn Jannar u April ta’ din is-sena. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant ukoll li l-lista ta’ awturi kemm tal-kotba bl-Ingliż u kif ukoll bil-Malti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SportMalta u l-Kuntrattur tax-Shooting Range — Ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19071 u 19363 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18518, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha rilevanti tal-ftehim bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range, billi dawn ma kenux kompleti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti relatati mal-proġett qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar — Grawnd tal-futbol - kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19365 u jgħid liema kienu l-kuntratturi kollha li ħadmu u għadhom jaħdmu fuq il-binja tal-grawnd tal-Futbol tan-Naxxar? Jista’ jgħid kif ġew ġudikati kif ukoll jindika min huwa nkarigat sabiex il-proġett jiġi sorveljat u b’liema proċess ġew magħżula?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li qiegħed iwettaq il-proġett imsemmi hu Bonnici Bros Services Ltd. Dan intgħażel permezz tal-proċess ta’ xiri pubbliku stabbilit jiġifieri b’tender. Il-proġett qed ikun issorveljat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada li hi responsabbli mit-twettieq tiegħu.

Grawnds tal-Futbol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20168 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Social Workers Impjegati mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), peress li fl-aħħar ftehim kollettiv li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-FSWS, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers li huma impjegati mal-Gvern huma inferjuri b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma regolati skont il-ftehim settorjali rispettivi.

Skema 9 – Tfal li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm tfal ibbenefikaw minn Skema 9 dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta’ studenti li bbenefikaw/se jibbenefikaw minn Skema 9 huwa skont kif jidher hawn taħt: Sena Numru ta’ studenti 2020/2021 2787 2021/2022 2967 2022/2023 2659 2023/2024 2493 2024/2025 2649