Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23324 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – uffiċjal pubbliku jissospendi lilu nnifsu – proċeduri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema provvediment tar-regolamenti tas-servizz pubbliku jippermettu illi uffiċjal pubbliku jissospendi ruħu, xi proċedura tintuża għal tali awto-sospensjoni, x'effett ikollha tali awto-sospensjoni fuq is-salarju u kundizzjonijiet ta' tali persuna u min jiddeċiedi li tali awto-sospensjoni għandha tispiċċa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li awtosospensjonijiet ġieli ntużaw fil-passat anke minn amministrazzjonijiet preċedenti u għaldaqstant qed nimxu fuq l-istess proċeduri . Il-persuna li probabilment qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant taħdem ma’ aġenzija u mhux mas-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #22976 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22956.
Leg 13 PQ #22977 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM – avukat – servizzi ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien jitħallas fl-2018 u fl-2019 meta kien konsulent għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 13726.
Leg 13 PQ #23336 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts of service

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Leg 13 PQ #23337 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - Contracts of service

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Leg 13 PQ #23007 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Learning Support Educators

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17314, 17315, 17977 u 17984 fejn il-Ministri kollha wieġbu li mhumiex responsabbli, jista' l-Prim Ministru jgħid taħt ir-responsabilità ta' liema Ministru jaqa' dan iċ-ċentru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan iċ-ċentru huwa parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.
Leg 13 PQ #23142 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16349, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16349.
Leg 13 PQ #23274 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kontribuzzjonijiet tal-IIP lil Għaqdiet mhux Governattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika kemm kien hemm Għaqdiet Mhux Governattivi li bbenefikaw mill-kontribuzzjonijiet tal-Individual Investor Programm (IIP) is-sena l-oħra u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid liema huma dawn l-Għaqdiet u kemm ingħataw flus biex iwettqu x-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23280 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenziji, Awtoritajiet, Entitajiet Governattivi – funzjoni tas-CEOs

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-gvern fejn tidħol il-funzjoni tas-CEOs f’Aġenziji, Awtoritajiet, Entitajiet Governattivi? Jista’ jgħid jekk dawn is-CEOs jistgħux jagħmlu xogħol privat ieħor bħal konsulenzi u/jew ikunu impjegati f’kumpaniji privati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-politika tal-Gvern f'dan ir-rigward għadha l-istess. CEOs għandhom jiddedikaw l-enerġija kollha tagħhom għax-xogħol ta' l-amministrazzjoni pubblika bħalma wieħed jistenna minn kull kap fis-Settur Pubbliku. Xogħol lil hinn mix-xogħol ta' Kap fl-entita jsir biss wara l-approvazzjoni meħtieġa.
Leg 13 PQ #23281 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CRPD – kuntratt tal-uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt/ftehim tal-uffiċini tas-CRPD?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23001 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiema tas-settur pubbliku sekondati magħhom

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21734, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policies fis-seħħ dwar rilaxx ta' ħaddiema pubbliċi ma’ għaqdiet volontarji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-policy fis-seħħ dwar rilaxx ta' ħaddiema pubbliċi ma’ għaqdiet volontarji tinstab f’Sezzjoni 4.1 fil-Manual on Special Leaves. Kopja ta’ din il-policy qiegħda titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23002 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interreg Med Programme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet jew individwi li bbenefikaw mill-aħħar Interreg Med programme tal-Unjoni Ewropea? F'każ li kien hemm, jista' jippreżenta tabella li turi liema kienu l-proġetti li kkwalifikaw u kemm rċieva fondi kull proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ proġetti li bbenefikaw mill-aħħar Interreg Med Programme tal-Unjoni Ewropeja. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: www.eufunds.gov.mt
Leg 13 PQ #23003 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Life Programme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet jew individwi li bbenefikaw mill-aħħar Life programme tal-Unjoni Ewropea? F'każ li kien hemm, jista' jippreżenta tabella li turi liema kienu l-proġetti li kkwalifikaw u kemm rċieva fondi kull proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ proġetti li bbenefikaw mill-aħħar Life Programme tal-Unjoni Ewropea. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: https://environment.gov.mt/en/life/Pages/maltaLifeProjects.aspx
Leg 13 PQ #23004 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond Soċjali Ewropew – fondi għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm fondi bbenefika Għawdex mill-Fond Soċjali Ewropew fil-perjodu bejn l-2014 u 2020? Jista' jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn il-fondi u għal liema proġetti ttieħdu?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra, lista ta’ proġetti ffinanzjati mill-programm tal-Fond Soċjali Ewropew. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: www.eufunds.gov.mt.
Leg 13 PQ #23005 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sure Instrument — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jippreżenta lill-Parlament break down ta' kif intefaq jew ser jintefaq is-self ta' €243.6 miljuni mogħti taħt ‘l hekk imsejjaħ SURE Instrument kwantu l-pandemija preżenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23006 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji li benefikaw minn fondi Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaqdiet volontarji bbenefikaw minn fondi Ewropej tul din il-leġiżlatura? Liema kienu dawn l-għaqdiet, kemm fondi rċeviet kull waħda u x'kien l-iskop li għalih ingħataw il-fondi?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ proġetti li bbenefikaw minnhom għaqdiet volontarji. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-siti elettroniċi www.eufunds.gov.mt u www.eupa.org.mt.
Leg 13 PQ #23248 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sistema ta' e-paperless u fleet management system

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett li tħabbar fit-13 ta' Jannar 2021 ta' sistema "e-paperless" u d-diġitazzjoni tal-"fleet management system"? Jista' l-Prim Ministru jispjega fiex jikkonsistu dawn iż-żewġ proġetti ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi rigward id-diġitazzjoni tal-“fleet management system” ġie ffirmat il-ftehim ma’ kumpanija privata li bih beda studju komprensiv li se jara kif l-aqwa li ssir it-tranżizzjoni minn vetturi li jużaw fjuwils li jniġġsu għal dawk li jaħdmu b’enerġija rinnovabbli nadifa, kemm min aspett loġistiku u anke amministrattiv. Dan l-istudju mistenni jitlesta fi żmien sitt xhur u se jservi ta’ bażi important għall-implimentazzjoni tal-proġett. Huwa essenzjali li s-Servizz Pubbliku jimmodernizza il-mod kif joħloq, jipproċessa u jaħżen id-dokumenti. Il-qalba għall-less paper huwa kunċett li jindirizza dan. Sar proġett pilota li l-esperjenza minnu kkontribwit għal tfassil ta’ pjan kif se ssir il-qalba mil-karti għal aktar teknoloġija. Dan il-pjan se jwassal għall-introduzzjoni ta’ sistema elettronika ta’ ġestjoni tad-dokumenti fis-Servizz Pubbliku. Din se tirriżulta f’sistema aġġornata u proċessi li jkopru l-forom ta’ komunikazzjoni kollha (posta elettronika, posta fiżika, eċċ.), b’mod partikolari l-proċess sħiħ li jkopri t-tul tal-ħajja ta’ dokument, minn meta jinħoloq, sa meta jmur fl-arkivji nazzjonali. Nistieden lill-Onor Interpellant jsegwi l-istretaġija ġdida tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għal aktar tagħrif.
Leg 13 PQ #23000 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin fiċ-Ċivil – bord – każijiet umanitarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord li jiddeċiedi dwar każijiet umanitarji ta' ħaddiema Għawdxin fiċ-Ċivil li minħabba l-kundizzjoni tagħhom jkunu talbu biex jintbgħatu jaħdmu Għawdex qabel ma dawn ikun imisshom skont il-lista tal-Għawdxin li jaħdmu Malta? Jista' jispjega eżattament il-proċedura li jsegwi dan il-Bord f'każijiet ta' din ix-xorta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Bord Mediku huwa ffurmat minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti mediċi kif ukoll minn Medical Board Coordinator li tieħu ħsieb il-lat amministrattiv tal-proċess tal-Bord. Kull talba li jirċievi l-Bord biex tiġi evalwata l-qagħda ta’ saħħa ta’ impjegat pubbliku, issir abbażi tan-natura tal-każ u b’mod individwali. Wara din l-evalwazzjoni, il-Bord jagħmel rakkomandazzjonijiet skont il-ħtieġa tal-każ u biex tiġi ppreservata s-saħħa tal-impjegat sabiex dan jibqa’ fix-xogħol għal-aktar żmien, sakemm saħħtu tippermetti. Dan japplika għall- impjegati pubbliċi kollha, irrispettivament jekk jaħdmux Malta jew Għawdex.
Leg 13 PQ #22799 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi Anti-Slapp

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22683, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se toħroġ white paper fuq din il-liġi? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm proċess ta' konsulatazzjoni marbuta mal-libertà tal-istampa? Meta hu ppjanat li din il-liġi titressaq fil-Parlament?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif diġa ġie indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 22683, il-konsultazzjoni diġa’ bdiet u se tkompli.
Leg 13 PQ #23119 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.