Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8561 u 8721 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-pre¿ent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ tehid ta’ deċizjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195. Barra minn hekk għal dawk li huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, illum hemm 36 mara f’po¿izzjoni ta’ tehid ta’ deċizjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq filwaqt li fl-2008 kien hemm 15.

Sptar San Luqa – Blokka binja bħala PPP

Question

B’referenza għall-blokka fejn hemm l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u servizzi oħra fl-Isptar San Luqa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din il-binja għandhiex tingħadda lil Steward Healthcare jew xi entità privata oħra bħala Public-Private Partnership (PPP)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja msemmija minnu hija parti mill-konċessjoni oriġinali.

Ministeru għas-Saħħa – Grievances Boards

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8307 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Gynae Ward — serq

Question

Jista’ d-Deputat Prim u Ministru għas-Saħħa jara li jiġi investigat is-serq li qed isir b’mod regolari mill-Gynae Ward f’Mater Dei kemm minn fuq nurses kif ukoll minn fuq pazjenti? Jista’ jgħid kemm ġie rrappurtat serq minn din is-sala f’din l-aħħar sena? Possibbli li jsir sforz biex b’kollaborazzjoni mal-Pulizija din il-problema fil-Gynae Ward tiġi investigata? Jista’ ġentilment jieħu konnotazzjoni li fost l-affarijiet misruqa, kien hemm ammonti kbar ta’ flus, tablet ta’ pazjenta ftit jiem biss qabel ma mietet, ċwievet tad-dar, ċwievet ta’ karozzi u diversi oġġetti oħra? Billi din il-problema qed toħloq stress żejjed fuq staff u pazjenti, jista' jiddelega biex b’kollaborazzjoni mal-Pulizija, dan il-każ jiġi investigat bis-serjetà għax konvint li affarijiet bħal dawn jinkwetaw kemm l-istess Ministru kif ukoll l-awtoritajiet ta’ Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju tal-Kap tas-Sigurta’ fl-isptar Mater Dei rċieva żewġ rapporti dwar allegat serq ta’ oġġetti/flus b’valur totali ta’ circa €350 matul is-sena 2018 mis-sala ndikata minnu. Iż-żewġ każi ġew mgħoddija lill-pulizija għal aktar investigazzjonijiet. Ninfurmah ukoll illi matul din is-sena l-ebda serq ma ġie rrapurtat fl-uffiċċju tal-kap tas-sigurtà fl-Isptar Mater Dei.

Polyclinic tal-Mosta – xogħol fuq ħġieġ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-twieqi bil-ħġieġ trasparenti li jagħtu għal Triq Salvu Dimech il-Mosta u li jinsabu fil-polyclinic fl-istess lokalità, isir xogħol biex imqar sa nofs it-tul tal-ħġieġ tat-tieqa ma jibqgħux trasparenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm it-twieqi eżistenti fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għandhom il-ħġieġ trasparenti, dawn l-istess twieqi għandhom ukoll tip ta’ blinds li waqt li xorta jħallu d-dawl naturali jgħaddi minnhom, ma jkun qed jidher xejn minn barra.

Mediċina Concerta

Question

In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 8675 dwar il-mediċina Concerta għal persuni li jbatu bl-ADHD, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. ladarba l-prodott ġeneriku alternattiv għal Concerta ma kienx effikaċi għalihom, x’se jagħmel il-Gvern sabiex jara li l-persuni involuti jingħataw aċċess għall-farmaċewtika effikaċi kemm jista’ jkun malajr; b. x’se jagħmlu t-38 persuna li applikaw biex jerġgħu jingħataw il-Concerta ġaladarba jidher li din tinsab out of stock sa Ġunju ta’ din is-sena filwaqt li l-prodott alternattiv ma kienx effikaċi għalihom; c. min hi l-kumpanija li hija l-aġent u/jew timporta l-prodott ġeneriku li qed jingħata mill-Gvern bħala prodott alternattiv għal Concerta; u d. kemm jiswa l-prodott ġeneriku meta mqabbel mal-prodott Concerta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz taċ-Chairperson Kliniku fil-Psikjatrija, d-Dipartiment tas-Saħħa kkummissjona rapport ta' evidenza bbażat xjentifikament. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżultati ta 'dan ir-rapport indipendenti, id-Dipartiment tas-Saħħa jiddeċiedi dwar l-aħjar trattament li dawn il-pazjenti jkunu jeħtieġu fuq bażi ta' każ b'każ, skont il-kundizzjonijiet kliniċi tagħhom. Huwa pertinenti li wieħed jinnota li għalkemm internazzjonalment ma kien hemm l-ebda kwistjoni bl-alternattiva ġenerika mogħtija mill-Gvern minħabba li din hija liċenzjata għal kollox u użata f'pajjiżi oħra tal-UE, id-Dipartiment tas-Saħħa huwa mpenjat li jaġixxi fl-aħjar interess, saħħa u sigurtà tal-pazjenti. Barra minn hekk, id-Dipartiment tas-Saħħa huwa f'kuntatt mal-aġent lokali kif ukoll mal-importaturi esterni sabiex il-prodott tad-ditta (Concerta) jkun disponibbli fil-komunità malajr kemm jista' jkun. Il-prezz tal-prodotti tad-ditta u tal-prodotti ġeneriċi jvarjaw minn industrija għal oħra u minn pajjiż għal ieħor, madankollu l-prijorità ta’ dan il-Gvern mhix in-nefqa iżda l-benesseri tal-pazjenti tagħna filwaqt li ma jikkompromettix il-kompetizzjoni.

Xogħol minn Steward Health Care

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jagħti iktar dettalji dwar x’tibdil kien hemm, kemm fil-pjanti kif ukoll fit-targets u fit-timeframe il-ġodda ta’ meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol ta’ Steward Healthcare għall-proġetti infrastrutturali li hija obbligata tagħmel ġewwa Għawdex u Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru li għadda ġie inawgurat ic-Ċentru tal-Anatomija Barts fuq il-kampus tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u li x-xogħol fuq l-iskola medika ta’ Barts miexi b’ritmu mgħaġġel. Ladarba ikun lest ix-xogħol fuq din l-iskola medika, jibda’ x-xogħol fuq l-isptar il-ġdid ta’ Għawdex.

Ministeru għas-Saħħa — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8561 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-Interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċioè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha. Inzid li min-naħa tiegħi bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa m’attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.

Servizzi CAPES 109 u CYPS

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid fid-dettall fiex jikkonsistu s-servizzi Child and Young People’s Service kif ukoll is-servizz ta’ Child Adolescent Psychiatric Emergency Services?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Children and Young People Service (CYPS) huwa servizz għat-tfal u ż-żgħażagħ li għandhom diffikultajiet fil-benesseri emozzjonali jew fl-imġieba tagħhom. L-eta’ tagħhom tvarja bejn 3 snin u 18 il-sena. Il-ġenituri u/jew dawk il-persuni li jkunu qed jieħdu ħsiebhom jistgħu wkoll jingħataw għajnuna u pariri siewja sabiex ikunu jistaw jittrattaw il-problemi li t-tfal tagħhom ikunu qed jesperjenzaw. It-timijiet multidixxiplinarji li joffru s-servizzi tagħhom fi ħdan il-CYPS huwa magħmul minn psikjatri, psikologi, social workers , infermiera, support workers , occupational therapists u psychological therapists . Fil-CYPS isiru valutazzjonijiet u interventi għad-disturbi mentali kollha fit-tfal u fl-adolexxenti, valutazzjonijiet għal dawk li jbatu mill-kundizzjoni tal-ADHD u ASD bbażati fuq linji gwida NICE, farmakoterapija għal tfal u adolexxenti, psikoterapija individwali, Dialectical behaviour therapy -terapija fi gruppi kif ukoll isiru korsijiet għal-ġenituri li uliedhom ikunu qed ibatu minn ADHD, ODD, Austism u li jkollom imġieba diffiċli. CAPES( Child Adolescent Psychiatric Emergency Services) huwa s-servizz ta ’emerġenza psikjatrika għat-tfal li twaqqaf f’Ġunju tal-2016. CAPES huwa servizz ta’ konsultazzjoni ibbażat fid-dipartiment ta ’l-inċidenti u ta’ l-emerġenza (A & E) f’Mater dei. Dan is-servizz jipprovdi reviżjoni t’analiżi psikjatrika akuta lil dawk it-tfal u żagħżagħ ta’ taħt it-18-il sena, li jkunu ddaħħlu fl-imsemmi dipartiment b'emerġenza jew bi kriżi psikjatrika. Pazjenti li jkunu daħħlu l-isptar jsofru minn kundizzjoni psikjatrika jiġu riveduti mill-Pedjatra fl-A & E u wara jiġi kkonsultat infermier psikjatriku. Wara li l-pazjent ikun stabbilizzat f’dan id-dipartiment, il-pazjent jista’ jiġi riferut lis-CYPS jew lil xi aġenzija oħra. Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ ammissjoni, dawn it-tfal jew żagħżagħ jiġu riferuti għand konsulent (li jista’ jkun ukoll il-konsulent preċedenti tal-pazjent) li jiddetermina fejn l-istess pazjent ikun jista jieħu l-kura jew l-għajnuna meħtieġa. L-Konsulent jista jirreferihom għar-Residenza ¯għażagħ (Youth Residence), l-isptar Monte Carmeli jew is- Psychiatric Unit fl-isptar Mater Dei.

Saħħa Mentali — spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm se jintnefqu flus fuq is-saħħa mentali din is-sena fejn il-Gvern alloka €685 miljun għas-settur tas-saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tal-Isptar Monte Carmeli għal din is-sena huwa stmat li jammontaw għal € 37 miljun fuq spejjeż rikorrenti u € 6.5 miljuni fuq xogħolijiet kapitali.

Mediċina Concerta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk irċeviex applikazzjonijiet għal xiri ‘on a named-patient basis’ tal-mediċina CONCERTA li tintuża għall-kundizzjoni ADHD u dan minn mindu din il-mediċina branded ġiet mibdula ma’ waħda ġenerika? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva u minn dawn, kemm huma ta’ tfal u ta’ adulti, u kemm-il waħda ġiet milqugħha u/jew miċħuda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu l-mediċina MethylPhenidate modified release tad- ditta CONCERTA li tintuża għall-kundizzjoni ADHD ġiet mibdula ma’ waħda ġenerika, id-Dipartiment ircieva 38-il rikjesta għall-approvazzjoni biex jingħataw l-mediċina tad-ditta Concerta. Minn dawn, 10 kienu adulti u l-bqija kienu tfal ta’ taħt it-18 il-sena. Fil-preżent qed jiġu evalwati dawn ir-rikjesti fid-dawl ukoll li l-mediċina ġenerika hija meqjusa bioekwivalenti għal dik tad-ditta u fl-Ewropa ma jirriżultax li l-mediċina ġenerika ġiet irtirata mis-suq. Ta’min jgħid ukoll li l-gvern jixtri l-mediċini bit- tenders bl-isem farmaċewtiku għall-maġġoranza tal-mediċini li jingħataw lill-pazjenti mis-servizzi tas-saħħa.

Marsaskala – infiltrazzjoni ta’ drenaġġ fi proprjetà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra jekk ir-rapporti li daħlu rigward ilmenti minn sidien ta’ proprjetà f’Marsaskala dwar infiltrazzjoni ta’ drenaġġ fi proprjetà privata ġewx riżolti u jekk hemmx xi raġuni f’każ li hemm rapporti li għadhom ma ġewx solvuti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi l-informazzjoni dwar liema proprjetà qed jirreferi.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — capsules tal-Omega +

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8449, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal li l-kapsuli tal-Omega + qatt ma kien fil-formularju tal-gvern, u peress li għal tletin sena sħaħ l-pazjenti kienu qed jingħataw din il-mediċina, u ritratt tal-kaxxa qed jingħata separatament u li din ilha xhur out-of-stock, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinnota li kontra kif weġibni, dan l-istess prodott kien jittieħed mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) sa ftit żmien ilu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jinsab informat ħażin, għax l-imsemmi prodott la hu u lanqas qatt kien fuq il-formularju tal-Gvern.

Crisis Resolution Malta – diskussjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta sabiex flimkien jaħdmu biex jitjiebu s-servizzi ta’ persuni b’riskju ta’ suwiċidju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentament saru diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta anki bħala parti mir-rispons dwar l-istrateġija tas-saħħa mentali.

Sheltered hostels

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6154, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm sheltered hostels li nfetħu f’din il-Leġiżlatura sabiex jakkomodaw individwi bi problemi ta’ saħħa mentali? Fejn infetħu dawn il-hostels?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi taħt it-tmexxija tal-gvern eżistenti nfetħu 4 hostels għal individwi bi problemi ta’ saħħa mentali flimkien mal-NGOs Richmond Foundation u Fondazzjoni Suret Il-Bniedem. Richmond Foundation: Dar Il-Merill, Ħal Qormi u Villa Rubbery, Attard Fondazzjoni Suret Il-Bniedem: Dar Franġisk, Marsa u Dar Imelda, Birkirkara.

Ministeru għas-Saħħa – Grievances Boards

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – canteen għall-ħaddiema u qraba tal-pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel twaqqa’ aktar minn sena u nofs ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta’ Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iżvilupp li hu pjanat li jsir ġewwa l-isptar jinkludi wkoll canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar. Sakemm dan iseħħ, saru arranġamenti provisorji biex il-ħaddiema u qraba tal-pazjenti ġewwa l-isptar ikunu moqdija b’mod temporanju, fil waqt li diversi ħaddiema tal-isptar huma ukoll intitolati u jistgħu jagħmlu u¿u mis-servizz ta’ catering li jipprovdi l-istess sptar.

Ministeru għas-Saħħa — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar