Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — belisha lights ta' ħdejn roundabout tax-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30524 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar meta kienet l-aħħar darba li ġew rapportati bil-ħsara l-belisha lights ta' ħdejn ir-roundabaout tax-Xemxija mill-Uffiċċju ta' Transport Malta peress li dawn il-lights huma importanti minħabba l-ammont ta' vetturi li jgħaddu minn dan il-post, minn fejn iridu jaqsmu ukoll numru ta' persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-belisha light imsemmija ma taqax taħt ir-responsabiltà tal-Enemalta.

Estimi tal-Budget — miscellaneous receipts

Question

Jistaq' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30274 u ċioe: B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Bejgħ ta' light heating oil minn Ras Ħanżir

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30350 u ċioe: Peress li hemm allegazzjonijiet li qed jinbiegħ xi light heating oil minn Ras Ħanżir, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex isir b'mod illegali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħlas ta' Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Xewkija - sit tal-Barmil - Public Private Partnership - spazju industrijali

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 12744, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika għal iżvilupp permezz ta’ Public Private Partnership tas-sit magħruf bħala tal-Barmil fix-Xewkija Għawdex biex taqdi d-domanda għal spazju industrijali sabiex talloka l-attivitajiet tas-setturi tradizzjonali tal-manifattura f’Għawdex? Jista jpoġġi kopja ta’ din-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma ħarġitx, għaliex? Meta mistennija toħroġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterpise — skemi t'għajnuna lill-industija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li jirregolaw is-self li Malta Enterprise testendi lill-industrijalisti bħala skema t'għajnuna lill-Industrija? Jikkonferma li waħda mill-kundizzjonijiet li tikkonsisti f'ammont ta' 55 f'pagamenti miftehma biex titħallas il-loan, u dan apparti l-imgħax li jiddikorri fuqha? B'liema rata ta' imgħax qed jingħata tali self mill-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kundizzjonijiet tas-self li Malta Enterprise testendi lill-industrijalisti bħala skema t'għajnuna, huma regolati mill-Business Promotion Act u l-Business Promotion Regulations. L-ammont ta’ pagamenti jiddependu fuq l-ammont tas-self u il-ftehim milħuq mal-benefiċjarji. Ir-rata minima tal-imgħax hija ukoll regolata mill-Business Promotion Act u l-Business Promotion Regulations u għaldaqstant ir-rata finali hija fid-diskrezzjoni tal-Bord li japprova is-self.

WSC — Customter Charter - stallazzjoni tas-servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Customer Charter tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista' jagħti tagħrif għal dak li jirrigwardja stallazzjoni ta' servizzi tal-ilma, jekk kienx hemm każijiet fejn is-servizz ma ġiex stallat għand l-applikant, fil-perjodu stabbilit fl-istess charter?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Nadur — art magħrufa ta' Tal-Ħali - titolu tal-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallas il-kumpens dovut għall-esproprju tal-art magħrufa bħala Tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex liema proprjeta illum saret housing estate u minħabba n-nuqqas ta' ħlas tal-kumpens, min jgħix ġo dan il-housing estate għadu mingħajr titolu fuq l-art li appuntu ħadu mingħand l-Awtorita tad-Djar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Dħul tas-sigaretti għall-użu personali tal-pasiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jidħlu sigaretti b'mod legali għal użu personali minn passiġġieri li jkun qed jivjaġġaw lejn Malta? Jista' jgħid kemm daħlu sigaretti b'dan il-mod fil-perjodu ta' bejn 1999 u 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dipartiment tad-Dwana ma jzommx rekord dwar l-ammont ta’ sigaretti mpurtati legalment għall-użu personali ta’ passiġġieri li jivvjaggaw lejn Malta.

Importazzjoni tas-sigaretti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu sigaretti li kienu deħlin fil-pajjiż b'mod illegali fil-perjodu bejn 1999 u 2009, sena b' sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigaretti li jidħlu b'mod legali/illegali

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm huwa kalkulat li jidħlu sigaretti b'mod legali f'Malta u kemm huwa kalkulat li daħlu sigaretti b'mod illegali fil-perjodu ta' bejn 1999 u 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa kalkulat li jkunu rilaxxati għall-konsum bejn wieħed u ieħor ftit anqas minn 600 miljun sigarett kull sena b'mod legali f'Malta. Stimi li jkopru s-snin 2004 – 2009 jindikaw li l-kuntrabandu tas-sigaretti varja bejn 6% u 7.5% bħala perċentwal tal-konsum sħiħ.

Kalkara — Villa Bighi - Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29868 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid min qed jokkupa Villa Bighi fil-Kalkara? Kemm hemm kmamar okkupati u min qed jokkupahom? Qed isir restawr fiha? Jekk iva, x'tip ta' restawr qed isir?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li Villa Bighi tinsab fil-kumpless tal-Foundation for Science and Technology u li l-istess Villa hija okkupata kollha mill-Malta Council for Science and Technology (MCST). Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ufficju tal-Prim Ministru.

Kalkara — Tanking facilities

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29869 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ARMS Ltd — ilment

Question

Jista' l-Ministru jara l-ilment tal-individwu, lid-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu mal-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Help Line — Budget 2012

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif se titħaddem il-miżura mħabbra fil-Budget għas-sena d-dieħla peress li meta n-nies qed jistaqsu fuq il-help line 188, dawk li jirrispondu għadhom ma jafux x'se jsir? Jista' jispjega ukoll kif se ssir ir-rifużjoni għal dawk li diġà ħallsu din is-sena u li l-pagament li għamlu jkopri perjodi tas-sena 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Interconnector bejn Malta u Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex qiegħed jikkontempla li jottjeni xi fondi għall-interconnector bejn Malta u Sqallija mill-fond Connecting Europe Facility; li huwa intiż li jiġbor fondi biex jitwettqu proġetti infrastrutturali kbar? Jista' jagħti ħjiel meta dan il-pjan se jitressaq quddiem il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew biex jingħata l-aħħar approvazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Casual Subsitute Clerks

Question

B'referenza għall-avviż tal-gazzetta tal-gvern li l-Ministeru kien se jingaġġa casual subsitute clerks fuq kuntratt definit ta' sena, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu ngaġġati b'kollox u f'liema dipartimenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru jżomm lista ta’ kandidati li jkunu kkwalifikaw b’suċċess skont il-parametri tal-avviż u minnha jimpjega skont it-talbiet li jkollu mid-dipartimenti rispettivi.

Enemalta — laqgħat mal-kumpanija Sargas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-laqgħat li saru bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-kumpanija Sargas? Jista' jagħti d-dati tal-laqgħat kollha? Jista' jgħid x’kienu t-temi diskussi f’dawn il-laqgħat? Jista jgħid min kien preżenti għal dawn il-laqgħat għan-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta u għan-naħa tal-kumpanija Sargas?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi saru erba’ laqgħat bejn Uffiċjali mill-Korporazzjoni Enemalta u Sargas. Dawn saru fit-30 t’Awwissu 2010, fil-15 ta’ Novembru 2010, fis-7 ta’ Diċembru 2010 u fis-7 t’April 2011. Waqt il-laqgħat ġew diskussi l-proposti ta’ Sargas u l-aspett finanzjarju tal-proġett, kif ukoll l-aspett tekniku tal-impjant. Uffiċjali għolja miż-żewġ kumpaniji attendew il-laqgħat.

Enemalta — kumpanija Sargas - proposta għall-bini ta' impjant li jiġġenera l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il studju sar s'issa mill-Korporazzjoni Enemalta fuq il-proposta għall-bini ta’ impjant li jiġġenera l-elettriku f’pajjiżna mill- kumpanija Sargas? Jista' jgħid x’aspetti kienu jkopru dawn l-istudji? Jista' jgħid min wettaq dawn l-istudji u x’kienet l-ispiża marbuta ma’ kull studju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Terminal taċ-Ċirkewwa — kirja tal-uffiċini

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hija l-kirja tal-uffiċini tal-Gozo Channel għaż-żmien sakemm jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Mingħand liema kumpanija jew individwu qed tinkera? Hemm xi relazzjoni bejn is-sidien ta' dawn l-uffiċini u l-famlija tal-Ex Chairman tal-Gozo Channel li rriżenja ftit jiem ilu biss? Meta ġiet fis-seħħ il-kirja u sakemm mistennija ddum b'mod approssimattiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.