Jista' l-Ministru jgħid kemm hi r-rata ta’ persuni li m’għaddewx għal kull eżaminatur tat-test tas-sewqan (mingħajr ma jiżvela l-isem tal-eżaminatur), għal kull kategorija ta' vetturi, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li titwaqqaf it-Transport Safety Commission, biex twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar is-sigurtà fit-trasport u t-traffiku f'Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa l-inizjattiva u ħabbar l-intenzjoni biex titwaqqaf it-Transport Safety Invesitgation Commission, għax jemmen u jirrikonoxxi l-importanza u l-potenzjal tal-investigazzjonijiet tas-sigurta’ fit-trasport. Il-pjan allura huwa li l-Gvern ikompli jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex l-investigazzjonijiet tas-sigurta’, kif ukoll dawk ġudizjarji, jkunu jistgħu jaħdmu speratament imma b’mod parallell, mingħajr ma l-ebda investigazzjoni xxekkel lil oħra. Huwa mistenni li fl-istanza li t-teknikalitajiet legali kollha jiġu ndirizzati u riżolti mal-partijiet kollha kkonċernati, l-Gvern ikun jista’ jidħol fil-fażi li jmiss biex titwaqqaf il-Kummissjoni.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni msemmija ma kellhom l-ebda forma ta’ ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Rapport tal-Ombudsman — Vetturi abbord bastimenti tal-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tar-rapport tal-Ombudsman ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2023 fir-rigward ta’ vetturi abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjan għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt fejn isorġu l-cruise liners
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex isir pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt meta jsorġu l-cruise liners, in vista tal-volum kbir ta’ traffiku li jiġi ġġenerat u li jkollu effett fuq l-akkwati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħadet nota ta’ din il-mistoqsija parlamentari u qed isiru diskussjonijiet mit-Traffic Management Committee f’dan ir-rigward.
Raħal Ġdid — Triq il-Perit Mintoff - Pjan għall-kontroll tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex isir pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku kull nhar ta’ Ġimgħa bejn il-11.00 a.m u t-3.00.p.m fil-parti ta’ fuq ta’ dik li kienet Triq Korradin li llum hija Triq il-Perit Mintoff, Raħal Ġdid, int u ħiereġ minn Għajn Dwieli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-inħawi msemmija l-Awtorità għat-Trasport f’Malta qiegħda tipprovdi Uffiċjali tal-Infurzar kuljum fil-ħinijiet meqjusa bħala ‘peak hours’.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-għażliet ta' marki mal-art fit-triq (road markings) quddiem garaxx biex jindikaw 'no parking' u t-tifsira kompleta tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żebgħa u s-sinjali relatati mal-aċċessi tal-garaxxijiet isiru skont S.L 65.11 li tgħid:
Art 77 (2):
"Ebda persuna ma għandha tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur b'dak il-mod li ma tħallix xi vettura bil-mutur ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ libertu għal jew minn xi post użat u mmarkat b'mod ċar bħala garaxx bil-kelma 'GARAXX LI QED JINTUŻA"
u
Art 77 (4):
"Ebda persuna ma għandha tiżbogħ jew iġġiegħel li jinżebgħu xi marki tal-karreġġata fuq kull naħa tat-triq quddiem id-dħul jew il-ħruġ ta' xi fond immarkat bħala garaxx:
Iżda l-Awtorità tista' tapprova ż-żbiegħ ta' sinjali sofor doppji fuq kull naħa jew naħa waħda talfond immarkat bħala garaxx jew fuq in-naħa opposta tat-triq biex tiżgura d-dħul u l-ħruġ bla ebda periklu ta' vettura bil-mutur fi u minn dak il-garaxx"
Għaldaqstant, ġaladarba l-garaxx ikun qed juri t-tabella “Garage in Use”, dan huwa suffiċjenti sabiex ħadd ma jkollu dritt jimblokka l-aċċess u l-Awtorità għandha dritt tapprova linji sofor mal-ġenb jew faċċata tal-garaxx.”
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm charging bays tal-karozzi f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema minnhom qed jiffunzjonaw u liema mhumiex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 266 Charging Bays tal-karozzi fil-lokalitajiet f’Malta u Ghawdex. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex isaqsi t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-proġett tal-Pjazza tal-Birgu se jkun kompletament lest? X’miżuri ser jittieħdu biex jiġi salvagwardjat ix-xelter? In vista wkoll li l-festi ġew rikonoxxuti bħala wirt intanġibbli tal-UNESCO, x’miżuri ser jittieħdu sabiex il-proġett propost ma jtellifx l-attivitajiet taż-żewġ festi u l-armar li jintrama għalihom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex jiżdiedu l-parkeġġi fil-viċin in vista li l-pjanta proposta ser tneħħi l-parking spaces eżistenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Xufiera tat-trakkijiet tal-linja minn barra l-Unjoni Ewropea li fallew it-test tas-sewqan — Ħlas għall-vjaġġ u t-trasport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-29 ta’ Ġunju l-Malta Public Transport tellgħetx grupp ta’ madwar 42 xufier tat-trakkijiet tal-linja li weħlu mit-testijiet tas-sewqan, ilkoll minn barra l-Unjoni Ewropea, u ħallsitilhom kollox inkluż il-vjaġġ u t-trasport?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, lil hinn mill-obbligi regolatorji, l-operat intern tal-Malta Public Transport (li hija kumpanija privata) ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta.
Xufiera tat-trakkijiet tal-linja minn barra l-Unjoni Ewropea li fallew it-test tas-sewqan — Liċenzja proviżorja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-21 ta’ Ġunju l-Malta Public Transport tellgħetx grupp ta’ madwar 50 xufier tat-trakkijiet tal-linja li weħlu mit-testijiet tas-sewqan, ilkoll minn barra l-Unjoni Ewropea, biex meta jiġu lura tingħatalhom sena oħra ta’ liċenzja proviżorja fis-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20563.
Xufiera tat-trakkijiet tal-linja li fallew it-test tas-sewqan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dak li qed isir mix-xufiera tat-trakkijiet tal-linja meta jibqgħu jsuqu għalkemm ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan, huwiex ta’ periklu serju għall-passiġġieri u l-bypassers fuq it-toroq tagħna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Siti li huma amministrati, jew użati mill-Malta Public Transport — Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ enforcement tagħmel Transport Malta biex jiġi assigurat li siti li huma amministrati, jew użati mill-Malta Public Transport, jinżammu fi stat tajjeb? Jista’ jgħid ukoll kull kemm żmien isiru spezzjonijiet fuq dawn is-siti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.