Jista' l-Ministru jgħid, taħt l-iskema ta' fidi ta' ċnus temporanji jew perpetwi ta' proprjetà regolata mill-ftehim bejn il-Knisja u l-Istat tal-1991, kemm kien hemm proprjetajiet residenzjali:
a. miżmuma b'ċens temporanju; u
b. miżmuma b'ċens perpetwu;
li ġew mifdija? Jista jikklassifika l-informazzjoni tal-proprjetà hekk mifdija b'dawk ta':
i. kejl sa 270 metru kwadru ta' spazju abitabbli; u
ii. dawk ta' kejl ta' aktar minn hekk?
Kemm f'dawn il-każijiet kien hemm sidien li fdew aktar minn proprjetà waħda miżmuma minnhom b'dan it-titolu ta' ċens?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu u x'inhuma l-policies u/jew skemi li adotta l-Uffiċċju Konġunt minn meta fl-1991 sar il-ftehim bejn il-Knisja u l-Istat dwar il-Proprjetà tal-Knisja? Jista' jagħti t-titolu ta' kull policy/skema u d-data ta' meta ġiet adottata, u f'kull każ, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni jew l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li permezz tagħhom ġabuhom għall-attenzjoni pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ħ’Attard, Ħal-Lija, Ħal Balzan, San Ġwann, Għargħur, l-Imsida, Birkirkara, u s-Swatar – xogħlijiet fuq toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru fuq it-toroq f’dawn il-lokalitajiet; Ħ’Attard, Ħal-Lija, Ħal Balzan, San Ġwann, Għargħur, l-Imsida u Birkirkara, inkluż is-Swatar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li kull ma ħa hu refund ta’ €100 mir-reġistrazzjoni tal-karozza? Jista’ l-Ministru jara meta jmiss li jieħu l-pagament li jmiss?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagament tal-persuna msemmija ser jintradd lura din is-sena, peress li l-vettura kkonċernata ġiet irreġistrata għall-ewwel darba fis-sena 2007. Ittri u applikazzjonijiet tal-għotja ser jintbagħtu aktar il-quddiem din is-sena. Il-pagament li jmiss ser ikun dak finali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux permessi għall-appartament one bedroom, b’inqas metraġġ milli stipulat fid-Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC15) biċ-ċirkolari tal-Planning Authority 3/16 ‘Regularisation’? Jekk iva, kemm inħarġu permessi?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3589, ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma żżomx in-numru ta’ kmamar tas-sodda u lanqas il-metraġġ totali tal-iżvilupp f’field separata. L-istess Awtorità ma tistax tagħti l-ammont ta’ applikazzjonijiet approvati, madankollu tikkonferma li inħarġu permessi għall-appartamenti one bedroom b’inqas metraġġ milli stipulat fid-Development Control Policy, Guidance and Standards 2015 (DC15) taħt avviż legali numru 285 tal-2016 - Regolamenti dwar ir-Regolarizazzjoni ta’ Żvilupp Eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal it-tender għall-car sharing li Transport Malta ħarġet xi xhur ilu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti (Request for Proposals) għall-car sharing maħruġa minn Transport Malta ġiet aġġudikata u ġie iffirmat il-kuntratt mal-operatur.
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta’ residenzi ta’ raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2842 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' residenzi ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F’liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2842, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat ħamsa u disgħin applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ residenzi ta’ raħħala mill 01/01/2016 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
2016
52
2017
43
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2016 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
Farm
u
house/s
·
Farmer
u
house/s
·
Farmer
u
residence/s
·
Farmer
u
dwelling/s
· Raħħal u dar / djar
· Raħħal u residenza/i
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bini ta’ rziezet ta’ raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2843 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' rziezet ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2843, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mija u sittax-il applikazzjoni (116) għal żvilupp relatat ma’ rziezet mill 01/01/2016 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda ta-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
2016
61
2017
55
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2016 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
Farm/s
·
Cow/s
·
cattle
·
bull/s
·
heif/heives
·
calf/calves
·
poultry
·
hen
·
chicken
·
broiler/s
·
fattening
·
layers
·
sheep
·
ruminant/s
·
goat/s
·
rabbit/s
·
pig/s
·
sow/s
· razzett/rziezet
· baqra/baqar
· barri/barrin
· għoġol
· tiġieġ/a
· ngħaġ/a
· muntun/mtaten
· mogħża/mogħoż
· fniek
· ħanżir/ħnieżer
· maqjel
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bdil ta’ użu minn razzett għal residenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2844 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bdil ta' użu minn razzett għal residenzi, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2844, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat erbatax-il applikazzjoni (14) għal żvilupp relatat għal bdil ta’ użu minn razzett għal residenzi mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
2013
1
2014
1
2015
2
2016
7
2017
3
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Farm/s
·
Cow/s
·
cattle
·
bull/s
·
heif/heives
·
calf/calves
·
poultry
·
hen
·
chicken
·
broiler/s
·
fattening
·
layers
·
sheep
·
ruminant/s
·
goat/s
·
rabbit/s
·
pig/s
·
sow/s
· razzett/rziezet
· baqra/baqar
· barri/barrin
· għoġol
· tiġieġ/a
· ngħaġ/a
· muntun/mtaten
· mogħża/mogħoż
· fniek
· ħanżir/ħnieżer
· maqjel
flimkien ma’
·
change + use
· bdil + użu
· tibdel/jibdel/nibdel + użu
· jinbidel / tinbidel + użu
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bini ta’ residenzi li ma jinstabux f’żona ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2845 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini ta' residenzi li ma jinstabux f'żona ta' żvilupp jew f'żona ta' konservazzjoni urbana, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2845, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt mija u seba’ applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ bini ta’ residenzi, nkluzi alterazzjonijiet u/jew estensjonijiet, li ma jinstabux f’żona ta’ żvilupp jew f’żona ta’ konservazzjoni mill-01/01/2013 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u tabella li tiġbor aħjar din-informazzjoni.
2013
63
2014
65
2015
113
2016
186
2017
180
Validation / Publication Year
2013
2014
2015
2016
2017
Granted
Alterations - Extensions
15
15
29
31
17
Alterations - Extensions - Sanctioning
5
8
11
24
15
New
29
29
52
74
24
New - Sanctioning
5
5
6
11
12
Not Granted
Alterations - Extensions
0
2
2
4
3
Alterations - Extensions - Sanctioning
0
0
1
4
1
New
4
2
6
20
11
New - Sanctioning
2
2
2
3
1
Pending
Alterations - Extensions
0
0
1
0
21
Alterations - Extensions - Sanctioning
0
0
1
5
19
New
0
0
0
1
39
New - Sanctioning
0
0
1
0
13
Withdrawn
Alterations - Extensions
0
1
1
1
0
Alterations - Extensions - Sanctioning
1
0
0
2
1
New
0
1
0
2
2
New - Sanctioning
2
0
0
4
1
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti u kienu indikati bħala Outside Development Zone. Alterazzjonijiet u/jew estensjonijiet huma nkulużi fil-lista annessa.
·
flat/s
·
apartment/s
· appartament/i
· dar/djar
·
house/s
·
bungalow/s
·
residence/s
· residen¿a/i
·
penthouse/s
· villa/vilel
·
dwelling/s
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal lokazzjoni ta’ siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2846 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal lokazzjoni ta' siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel (restaurants, snack bars, take away, bars, etc.), sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalita jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2846, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat erba’ mija u tlettax-il applikazzjoni (413) tal-Ippjanar (Planning Applications) u tlieta u disgħin (93) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ siġġijiet u mwejjed. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
PAs
2013
32
2014
32
2015
57
2016
129
2017
163
DNOs
2013
25
2014
24
2015
30
2016
13
2017
1
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
table
·
chair
· mejda
· mwejjed
· siġġu / siġġijiet
·
furniture
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal irranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2847 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal irranġar ta' ħitan tas-sejjieħ, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? X'tip ta' applikazzjonijiet saru (DNO, Summary, Full Application, etc.)? F' liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2847, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mitejn u erbgħa applikazzjonijiet (204) tal-Ippjanar (Planning Applications) u ħamsa u tmenin (85) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma irranġar / alterazzjonijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
PAs
2013
16
2014
26
2015
37
2016
63
2017
62
DNOs
2013
15
2014
20
2015
29
2016
15
2017
6
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
Rubble + wall
· Ħajt + sejjieħ
· Ħitan + sejjieħ
Ta min jinnota li il-proposta tista tinkludi element ta’ bini ta’ ħitan ukoll u li re-instatement u alterations / amendments ġew inklużi ma’ din il-lista.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Birkirkara li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Ħal Lija li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Ħal Balzan li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa l-Iklin li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Peress li fi Triq is-Siġġiewi, il-Qrendi hemm parti mit-triq li hija blind corner, u peress li fil-parti tat-triq imsemmija hemm diversi garaxxijiet kif ukoll xi residenti li jkunu jridu joħorġu l-vettura mill-garaxxijiet tagħhom, jista’ l-Ministru jara li tiġi stallata traffic mirror (kif indikata fil-pjanta li qed tingħata separatament) mill-aktar fis possibli sabiex jiġu evitati inċidenti bla bżonn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta ma kellha l-ebda talba għal Traffic Mirror, liema talba trid issir mill-Kunsill Lokali kkonċernat.
Skema tal-kirjiet kummerċjali biex jinqalbu fi ċnus
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta beħsiebu jiftaħ l-iskema tal-kirjiet kummerċjali biex jinqalbu fi ċnus għal-lokalitajiet oħrajn bħal dik li kienet infetħet għall-Belt Valletta, u jekk l-iskema l-ġdida hijiex ser tinkludi ukoll il-Belt Valletta mill-ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jiġu evalwati ideat sabiex kirjiet kummerċjali jkunu jistgħu jinqelbu fi ċnus.
Il-Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - patching tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jara li, permezz ta' Transport Malta, isir il-patching meħtieġ f'Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed isiru iktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw
Il-Mosta — Triq il-Kbira u Triq il-Kostituzzjoni - Traffic Calming Measures
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa, permezz ta' Transport Malta, sabiex jara li jsiru traffic calming measures:
a) fi Triq il-Kbira, l-Mosta;
b) fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta;
u dan sabiex jitnaqqas l-abbuż ta' sewqan eċċessiv li qed jsir f'dawn it-toroq u li qed joħloq perikolu għar-residenti u persuni li jkunu mixjin fuq il-bankina?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema parti ta’ Triq il-Kbira fil-Mosta qed jirreferi għaliha minħabba li din it-triq hija triq twila li testendi minn Ta’ Qali sal-lokalita’ tan-Naxxar.
Rigward Triq il-Kostituzzjoni, is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant se jitressaq għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku sabiex din il-kwistjoni tiġi diskussa aktar fid-dettal, anki minħabba li din hija triq arterjali, u li minnha jgħaddu ħafna vetturi fosthom vetturi kbar.