Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066 u 5165, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid u li almenu sal-aħħar tal-leġiżlatura preżenti dan se jiġi konkluż?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4461.

San Pawl il-Baħar — Xemxija - Moll tal-Veċċja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5987 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 959 fejn ingħad li d-dawl fuq il-moll tal-Veċċja, Xemxija, San Pawl il-Baħar, hu responsabilità tal-Kunsill Lokali, jista’ l-Ministru jara li dan il-moll, li fih hemm numru ta’ arbli bil-fanali, ikun mixgħul kollu fil-ħinijiet meħtieġa, speċjalment billejl? X’inhi r-raġuni għala dan il-moll issa ilu b’diversi arbli mitfijin għal numru ta’ xhur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-istess Kunsill ser jara li jkun hemm kordinament meħtieġ sabiex kwalsiasi nuqqas li jista’ jkun hemm, jiġi indirizzat skont il-każ.

Permessi ta’ no parking

Question

Fid-dawl li l-kunsilli lokali qegħdin joħorġu permessi ta’ ‘no parking’ li fir-realtà la l-LESA u lanqas il-Pulizija ma huma qegħdin jinfurzaw, u diversi residenti qed jispiċċaw ikollhom diversi argumenti mal-kunsilli għaliex ghalkemm huma jkunu ħallsu għal dawn il-permessi, xorta ma jkollhomx parkeġġ liberu minħabba l-karozzi pparkjati, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru fuq dan? Għandhom jibqgħu joħorġu permessi li ma jiswew xejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-jiem li għaddew dan il-Ministeru, permezz ta’ ħidma kkordinata mal-entitajiet u l-aġenziji kollha kkonċernati, ra li jiddaħħlu fis-seħħ emendi fir-Regolamenti relattivi li ser jassiguraw li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jingħataw servizz taħt struttura legali aktar ċara u regolarizzata. Dan hu konferma ċara tal-impenn li għandu dan il-Gvern li jaġixxi fl-aħjar interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Intant, infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-infurzar mill-aġenzija u awtorità minnu msemmija ma jiffurmax parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru u għalhekk nitlobu sabiex jirreferi kwalsiasi domanda li jista’ jkollu fir-rigward lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsilli Lokali – Impjegati – ħlas ta’ sahra jew time in lieu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kull Gvern Lokali, b'mod rispettiv, kemm-il persuna ngħatat ħlas għal overtime jew time in lieu għal kull sena mis-sena 2013 sal-lum, filwaqt li jiġi indikat l-ammont addizzjonali mħallas għall-overtime?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex tinġabar l-informazzjoni, kif mitlub, taqbeż l-Advisory Cost Limit.

Ħal Qormi – Triq il-Furnar – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Furnar, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li minħabba l-fatt li dawn it-toroq jakkomodaw diversi garaxxijiet tax-xogħol, il-knis ta’ dawn it-toroq isir regolarment kull nhar ta’ Sibt.

Ħal Qormi – Triq ir-Ragħaj – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq ir-Ragħaj, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li minħabba l-fatt li dawn it-toroq jakkomodaw diversi garaxxijiet tax-xogħol, il-knis ta’ dawn it-toroq isir regolarment kull nhar ta’ Sibt.

Ħal Qormi – Triq Armal – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Armal, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li minħabba l-fatt li dawn it-toroq jakkomodaw diversi garaxxijiet tax-xogħol, il-knis ta’ dawn it-toroq isir regolarment kull nhar ta’ Sibt.

Raħal Ġdid – pjazza quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata aħjar il-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u jgħid ukoll jekk jistgħux jinbidlu l-balavostri li qed jitmermru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid li x-xogħlijiet imsemmija, inkluż t-tqegħid ta' balavostri ġodda, ser isiru mid-dipartiment kkonċernat fil-ġranet li ġejjin. Għaldaqstant ikun aktar opportun jekk l-Onor. Interpellant jirreferi l-interpellanza tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema taċ-Ċivil - vacation leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm 250 ħaddiem taċ-Ċivil fid-dekasteru tiegħi li għad għandhom vacation leave li ma kienx ġie użat sat-tmiem id-data tal-vacation leave.

Gudja – Byelaw dwar parkeġġ residenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3340, fejn il-Ministru qed jgħid li l-bye-law ġiet rifjutata għax "tikkonfliġġi ma’ policy nazzjonali dwar parkeġġ kontrollat", jista' l-Ministru jispeċifika għal liema policy fis-seħħ qiegħed jirreferi? Jista' jgħid ukoll kif Kunsill Lokali għandu jagħmel biex jimplimenta l-policy nazzjonali li qed jirreferi għaliha?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Siġġiewi – Triq tal-Għolja — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Tal-Għolja, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li l-istess Kunsill qiegħed fil-fażi finali tal-evalwar tat-tender wara li kien hemm xi dewmien. Intant infurmat mill-istess Kunsill li t-toroq jinkinsu bi skeda, liema skeda il-Kunsill Lokali ser jara illi tiġi rispettata.

Siġġiewi – Triq ir-Rebbiegħa — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq ir-Rebbiegħa, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li l-istess Kunsill qiegħed fil-fażi finali tal-evalwar tat-tender wara li kien hemm xi dewmien. Intant infurmat mill-istess Kunsill li t-toroq jinkinsu bi skeda, liema skeda il-Kunsill Lokali ser jara illi tiġi rispettata.

Opera Tosca – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser titħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u kemm se jitħallsu kull kantant/a u l-koristi? Kemm ġejjin jiswew ix-xenarju, il-props l-oħra, id-dawl, is-sound, in-nies involuti fil-produzzjoni, l-ilbies/kostumi, l-orkestra, il-kirja ta' partituri, ir-reklamar u oħrajn miċ-ċifra msemmija ta' €400,000 għall-Opera Tosca?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

Birżebbuġa – manutenzjoni ta’ bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' manutenzjoni ta' diversi bus shelters kif ukoll, fejn hemm bżonn, isiru bus shelters ġodda f’Birżebbuġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-Kunsill bagħat komunikazzjonijiet lill-kumpanija responsabbli mill-Bus Shelters dwar l-istess bus shelters.

Ħal Qormi – Triq in-Nassab – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq in-Nassab, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li skond l-iskeda tal-knis, din iż-żona semi-industrijali titnaddaf nhar ta’ Sibt.

Ħal Qormi – Triq il-Kaċċatur – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Kaċċatur, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li skont l-iskeda tal-knis, din iż-żona semi-industrijali titnaddaf nhar ta’ Sibt.

Naxxar – disability hub – fdalijiet storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-fdalijiet ta’ importanza arkeoloġika li nstabu fis-sit fejn kien ippjanat li jinbena d-disability hub fin-Naxxar? X’investigazzjonijiet saru fuq l-istess sit minn meta nstabu? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ studji li saru minn Heritage Malta, jew minn xi awtorità/dipartiment ieħor, fuq dan is-sit? Meta hu mistenni jinforma jekk baqax iktar stħarriġ xi jsir fir-rigward tal-wirt storiku f'dan is-sit? Jekk iva, xi stħarriġ baqa' u meta hu ppjanat li dan jiġi konkluż?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fis-sit fejn kien ippjanat li jinbena d-disability hub fin-Naxxar instabu numru ta’fdalijiet arkeoloġiċi li jmorru lura għal perjodi differenti u li l-importanza tvarja skond it-tip. Infurmat li l-aktar fdalijiet numerużi li nstabu huma dawk marbuta mal-agrikoltura u dawn jikkonsistu f’diversi bjar, trinek, kanali u konki maqtugħa fil-blat u li huma strettament marbuta ma’ prattiċi tradizzjonali tal-agrikoltura Maltija. Infurmat wkoll li fl-istess sit instabu fdalijiet eqdem bħal ma huma barriera u qabar puniku. Rigward l-investiazzjonijiet illi saru infurmat li x-xogħlijiet kollha saru taħt is-sorveljanza u d-direzzjoni tas-Sovrintendenza u ġew segwiti l-prattiċi kollha sabiex l-investigazzjoni u dokumentazzjoni arkeoloġika kollha neċessarja saret mingħajr xkiel jew telf ta’ informazzjoni. Inolte, infurmat li f’dan il-każ ix-xogħlijiet saru min arkeologi independenti taħt it-tmexxija tas-Sovrintendenza. Infurmat illi r-riżultati għadhom fi stadju preliminari. Finalment, infurmat li l-istħarrig kollu neċessarju tlesta, iżda xorta waħda jibqa’ jsir monitoraġġ arkeoloġiku fil-fażijiet tat-tqattiegħ tal-blat u sa l-ewwel fażi ta’ kostruzzjoni.