Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7032 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Blue sticker

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa' jiġi rivedut l-każ ta' persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li qed jitlob għat-tiġdid tal-Blue sticker peress li l-qagħda tiegħu dejjem sejra għall-agħar u s-smiegħ dejjem qiegħed jonqos?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li persuni li l-applikazzjoni tagħhom għal Blue Sticker ma tiġix aċċetata jiġu nformati li jistgħu jappellaw minn din id-deċiżjoni. Informat ukoll li l-persuna konċernata ġiet informata li tista' tagħmel dan sas-7 ta' April, 2009.
Leg 11 PQ #7153 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Young People's Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6882 u 6604 u jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil-Young People’s Unit kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fil-Young People’s Unit iddaħħlu biss żgħażagħ li fil-fatt għandhom problemi ta' saħħa mentali kif definit fl-International Classification of Diseases tal-WHO. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir sforz sabiex mediċini importati mill-Gvern biss, ma jispiċċawx out of stock b'mod partikolari fil-każ ta' mediċini li jintużaw għal mard serji bħal fil-każ tal-mediċina Azathioprine li bħalissa qiegħda out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7209 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub skond l-entità?

Response (DALLI, JOHN)

Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta` ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onorevoli Membru jixtieq l-informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandix diffikulta’ li niġborlu d-dettalji.
Leg 11 PQ #7214 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Kontribuzzjonijiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6664 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn kontributuri residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond il-klassi tal-kontribuzzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li biex tinġabar din l-informazzjoni jinvolvi ħafna xogħol u ħin, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pazjenti li huma home-bound

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod jistgħu pazjenti li huma home-bound minħabba mard serju, tingħatalhom il-possibiltà li jittieħdilhom kampjun ta' demm ġo darhom meta dan ikollu jsir repetutament bħal fl-każ ta' INR?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7304 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li sabu xogħol qabel ma ggradwaw

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7068, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-205 li rrefera għalihom fit-tweġiba tiegħu għadhom jaħdmu llum? X’inhu x-xogħol tagħhom, full-time jew part-time?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mill-205 studenti li kienu sabu xogħol qabel ma’ ggradwaw f’Novembru 2008, 125 minnhom għadhom jaħdmu sal-llum. Minn dawn 96 huma impjegati full time filwaqt li 29 huma impjegati part time.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Applikazzjoni

Question

Jista l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li kull meta jsib job l-employerqed iżommu minħabba li l-proċess min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-permess tax-xogħol qed idum xahrejn u anke tlett xhur jew aktar biex joħroġ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7327 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — stair lifts

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għall-għajnuna biex jiġu stallati stair lifts, permezz t'għajnuna mill-Awtorità tad-Djar, matul l-2006, 2007 u l-2008? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati? F'liema lokalitajiet, f'numru għal kull lokalità, ġew approvati dawn l-għajnuniet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — talbiet għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn l-2006 u l-2008 mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Għawdex: a) Kien hemm talbiet biex jimtlew postijiet tax-xogħol? b) Kemm persuni instabilhom xogħol? ċ) Kemm inqadu persuni jaħdmu b'mod illegali? d) Kemm ġew imħarrġa persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li minn Jannar 2006 sa Diċembru 2008 mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f’Għawdex kien hemm: a) 865 talbiet biex jimtlew postijiet tax-xogħol ( vacancies ), b) 272 persuni nstabilhom xogħol ( placements ), ċ) Minn Jannar 2006 sa Diċembru 2008, is-sezzjoni tal-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, għamlet 874 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol f’Għawdex, fejn ġew intervistati 1,835 persuna. Minn dawn, 389 kienu b’xi mod qed jaħdmu irregolarment, fosthom 14 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u jaħdmu. d) Kien hemm 1,869 persuni li bdew jattendu għal xi kors f’Ghawdex.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — unit li tintervjeni meta jsiru sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandhiex xi unit li tintervjeni meta jkun hemm sensji ta' numri kbar ta' ħaddiema? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' din il-unit?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li f’ każ li l- Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħrig tiġi nfurmata bis-sensji qabel isiru hija toffri dawn is- servizzi : - Tintervista lill- impjegati kkonċernati (ħafna drabi fuq il-post tax-xogħol bi ftehim mal- Management u jekk l- impjegati ssensjati jkunu għadhom fuq il-post tax-xogħol) - Tieħu d- dettalji tagħhom bħal kwalifiki, esperjenza, ħiliet u preferenzi għax-xogħol - Tirreġistra lil dawn il- persuni fuq it- tielet parti tar- reġistru - Tirreferihom għall-impjiegi alternattivi - Tirreferihom għal taħrig sabiex itejbu l- ħiliet tagħhom - Tirreferihom għal skemi li jista jkollha l- ETC minn żmien għal żmien - Tfissrilhom id-diversi servizzi tal-Korporazzjoni fosthom is-servizzi tal-website tal- ETC, is-servizzi tal-job centres u diversi servizzi u proċeduri oħra Informat ukoll li f’ każ li n-numru ta’ ħaddiema jkun sostanzjali jiġi wkoll organizzat 'one stop shop registration service' flimkien mad- Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.
Leg 11 PQ #6965 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Directs orders — kura tat-TB, HIV u l-Hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6263 u jgħid jekk huwiex sodisfatt li immigranti illegali li jingħataw il-freedom mid-detention centres u dawn ibatu mill-HIV, Hepatitis u Tuberculosis u jkunu fuq il-kura, ikomplu jieħdu l-kura neċessarja sabiex ma jkunux ta' periklu għal-ħaddieħor? Kemm-il direct order ingħata biex isiru xogħlijiet fid-detention centres ta' Ħal Safi u Ħal-Far din is-sena 2008 u fl-ewwel xahar ta' Jannar 2009? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm huwa l-ammont ta' flus ta' kull direct order? Fuq liema kriterju ingħata l-kuntratt ta' nurses tad-detention centres ta' Ħal-Safi u ta' Ħal-Far? Jista' jgħid jekk il-casuals li jaħdmu mad-detention centres u li ġew ikkmandati jidħlu l-għassa mal-immigranti ġewx ittestjati, jekk humiwx imlaqma kontra it-TB, l-Hepatitis u l-HIV, jekk huwiex minnu li dawk il-casuals li ma riedux jiffirmaw li jidħlu fl-għassa ma' l-immigranti ġew mgħedda li jitkeċċew mix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ghall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu arrangamenti biex meta immigranti fid-detention centres li jbagħtu mit-tuberkulozi jkunu waslu biex jingħataw il-freedom dawn jitpoġġew f’kuntatt ma' social worker jew community worker fiċ-ċentru miftuh fejn ikunu sejrin. Is-social worker jew community worker tkun responsabbli li tara li dan l-immigrant ikun qed jieħu l-mediċini kif suppost. Id-dipartiment jara dokumentazzjoni kull ħmistax dwar jekk dan hux qed isir. Fejn ikun hemm problemi, is-social worker jew community worker jinforma lid-dipartiment minnufih u dan jinvestiga. Dwar mard ieħor infettiv, jekk il-konsulent li jikkura l-immigrant jara li dan mhux qed jieħu l-mediċini kif suppost jew mhux qed jattendi għal-viżti kif suppost, il-konsulent jista jikkuntattja lid-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard biex isiru iktar investigazzjonijiet. Id-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jirrakkomanda li persuni li jaħdmu f’ detention centres jiġu mlaqqmin kontra t-Tuberkulozi, l- Hepatitis B u mard ieħor infettiv bħall- Polio u t-tetnu, (għadu ma jeżistix tilqim kontra l-HIV). Għar rigward tal-partitjiet l-oħra tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #7016 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — każ ta persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6155 u jara li jitmexxa l-każ mal-Awtorità tad-Djar tal-persuna li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernat applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali fi Frar ta’ din is-sena. Saret spezzjoni meħtieġa biex naraw f’liema kondizzjoni huwa dan il-post u jekk hemm xi periklu. Jidher li l-applikant jikkwalifika għal post alternattiv u għalhekk ser ikun qed jiġi ikkunsidrat mal-lista ta’ l-applikanti l-oħra skond il-meritu tagħhom.
Leg 11 PQ #7089 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol aktar minn ħames snin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin? Minn liema lokalitajiet, maqsuma lokal, b'lokal, huma ġejjin dawk li qed jirreġistraw għal aktar minn ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-aħħar ta’ Jannar 2009 in-numru ta’ persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin kien ta’ 448 persuna. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7090 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

numru ta' persuni li attendew polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew il-polikliniċi differenti li għandna f'Malta, kull xahar, bejn Awwissu 2008 u Frar 2009? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' persuni li attendew fl-istess xhur is-sena ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ persuni li attendew iċ-Ċentri tas-Saħħa bejn Awwissu 2008 u Jannar 2009 u bejn Awwissu 2007 u Jannar 2008. L-istatistika għax-xahar ta’ Frar 2009 għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #7092 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — Emerġenza - numru ta' nies

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew (bħala pazjenti) fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei, kull xahar, bejn Awwissu 2008 u Frar 2009? Jista' jagħti indikazzjoni dwar jekk il-kampanja li saret biex ma tintużax l-emerġenza minn min m'għandux veru emergenza kellhiex xi effet biex tnaqqas in-numru ta' persuni li jattendu l-emerġenza?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7148 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jipproċessa l-applikazzjoni li qed tingħata separatament, li ilha pendenti għal żmien twil?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet it-talba mill-persuna konċernata, fl-14 ta’ Novembru 2007 sabiex jiġi rikonoxxut fil-post mikri mill-Gvern minflok missieru li ġie nieqes. Fis-27 ta’ Novembru, 2007 l-Awtorita’ tad-Djar bagħtet l-ewwel ittra lis-sinjur biex tistaqsih x’inhu l-istat ċivili tiegħu. Peress li huwa ma weġibniex intbagħtet ittra oħra fit-18 ta’ Diċembru, 2007 u għal darba oħra reġa ma weġibx għal din l-ittra. Fil-11 ta’ Jannar, 2008 reġgħet intbagħtet l-aħħar ittra, din id-darba reġistrata, iżda din ġiet lura unclaimed. Għalhekk fid-29 ta’ Lulju, 2008 dan il-każ ġie rreferut quddiem il-Panel li jiddiskuti każijiet simili fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar fejn il-membri tal-Penel iddeċidew li ssir spezzjoni fil-post. Din l-ispezzjoni saret fl-20 t’Awissu, 2008 u l-każ reġa’ instemgħa u ġie deġiż li terġa ssir spezzjoni oħra sabiex jiġi diterminat jekk din il-persuna qegħda verament tgħix hemm jew le. L-ispezzjoni għandha issir f’qasir żmien

Furjana — proġett ta' bini ta' appartamenti

Question

Peress li l-proġett ta' bini ta' appartamenti fi Triq Argotti, kantuniera ma' Triq l-Iljun Furjana ilu wieqaf għal madwar sentejn, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hu maħsub li jitkompla dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ bini ta’ appartamenti fi Triq Argotti l-Furjana mistennija jitkomplew fil-ġranet li ġejjin.
Leg 11 PQ #7195 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Employment Aid - Kumpanniji li bbenefikaw

Question

B’referenza għal paragrafu (ċ) tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5789, jista’ l-Ministru jgħid il-264 persuna kif kienu ngaġġati xahar xahar u skond il-kumpannija li ngaġġathom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dwar housing soċjali, liema familja ilha mifruda madwar tmien snin u dan għaliex m'għandhomx akkommodazzjoni diċenti fejn jgħixu, bil-konsegwenza li l-istess ulied, kellhom jinfirdu fejn min qed jorqod mal-missier u min qed jorqod mal-omm u dan wara li ilhom li applikaw madwar 11-il sena mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u llum mal-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi kkunsidrat u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex appartamenti bi tlett kmamar tas-sodda fil-lokalitajiet ta’ Fgura, Luqa, Paola u Santa Luċija kif xtaq dan is-Sinjur. Ninsab informat ukoll li l-persuna konċernata tista tikri mingħand il-privat u tingħata sussidju mill-Awtorita’ tad-Djar skond id-dħul tagħha.