Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xjenza Malta — Spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi l-ispiża kollha magħmula mill-aġenzija Xjenza Malta f’reklamar (online, billboards, gazzetti, magazines, etc) li sar marbut mat-twaqqif tagħha li jkopri l-perjodu minn tliet xhur qabel twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, u jinkludi fejn sar dan ir-reklamar bid-dati rispettivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ spiża kienet ta’ €48,477.39. Infurmat li dan huwa l-istess total li jintefaq matul is-snin bħala marketing u promozzjoni mill-budget tal-entità msemmija.

Għawdex – Manutenzjoni fuq Skejjel Statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola tal-Istat f’Għawdex sarilha xogħol ta' manutenzjoni bejn Jannar 2024 u Settembru 2024? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-iskejjel u x'xogħol sar fuqhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sabiex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru wieġeb il-mistoqsija parlamentari 20118 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinhargu kif approvati centralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Atleti ta’ livell nazzjonali — Skemi jew għajnuniet

Question

Jista’ l-Ministu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20337 u jgħid xi skemi jew għajnuniet hemm ipprovduti jew ippjanati rigward atleti ta’ livell nazzjonali li jattendu xi istituzzjoni postsekondarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

AIMS — Klabbs u assoċjazzjonijiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma u kemm hemm klabbs u assoċjazzjonijiet li huma reġistrati mal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) skont il-liġi, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li bħalissa n-numru ta’ għaqdiet sportivi reġistrati jinsabu hawn taħt; Federazzjonijiet – 7 Assoċjazzjonijiet – 71 Klabbs – 272

Social Workers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20508, u peress li hemm diskrepanza sinifikanti bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u dawk impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-FSWS?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Summer catch up classes — Rekwiżiti biex jintgħażlu l-għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti u kif jintgħażlu l-għalliema biex jgħallmu s-summer catch up classes? Jista’ jgħid għaliex għalliema kwalifikati skont it-talba, ma jintgħażlux? Jista' jgħid ukoll kif ikunu notifikati għalliema magħżula u oħrajn le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema tas-Summer Catch Up classes ġew ingaġġati skont sejħa li ħarġet April ta’ din is-sena. Ir-rekwiżiti tas-sejħa kienu skont hawn taħt: i. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; ii. huma Għalliema/ Instructors/ Għalliema Supplimentari fil-pussess ta' Warrant ta' Għalliema (Permanenti/ Temporanju); u iii. ikollhom esperjenza ta' tagħlim fis-suġġett /qasam li għalih saret l-applikazzjoni fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obbligatorja. Jistgħu japplikaw ukoll l-applikanti li jgħallmu fl-Iskejjel Primarji (inkluż l-Għalliema Kumplimentari u l-Appoġġ tal-Litteriżmu). Infurmat li kemm l-għalliema magħżula kif ukoll dawk li ma ġewx mgħażula ġew ikkuntattjati.

Ftehim Settorjali — One-time bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema perjodu se jkun qed jingħata l-€1,000 one-time bonus lill-għalliema u lill-edukaturi kollha ladarba l-Ftehim Settorjali jkun iffirmat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-cash payment ta’ darba mistenni jingħata mal-payroll li jmiss.

SDP — Sessjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mis-sena skolastika li jmiss hux se jerġgħu jibdew is-sessjonijiet ta' SDP fl-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sessjonijiet tal-SDP ikunu jistgħu jerġgħu jibdew fl-iskejjel mis-sena skolastika li jmiss kemm-il darba d-Direttiva f'dan ir-rigward taqa'.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — CEOs u l-membri fi ħdan il-bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ CEOs u membri fi ħdan il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti l-ħlas, l-perkaċċi u l-perjodu tal-ħatra ta' dawn is-CEOs u l-membri f’dawn il-bordijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn ikun applikabli l-bordijiet jiġu komposti skont ir-rekwiżiti maħruġa mil-liġi jew terms of reference tal-bord innifsu. Filwaqt li r-remunerazzjoni tal-bordijiet jingħataw skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tal-bord u l-kumitati maħtura mill-Gvern.

Skejjel statali — Livell primarju - Għalliema li rriżenjaw fl-aħħar term skolastiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw għalliema matul l-aħħar term skolastiku u li kienu jgħallmu fil-livell primarju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel statali — Livell medju u sekondarju - Għalliema li rriżenjaw fl-aħħar term skolastiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw għalliema matul l-aħħar term skolastiku u li kienu jgħallmu fil-livell medju u sekondarju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

INCOs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm INCOs fis-sistema edukattiva, kif inhuma mqassmin u x’inhuma d-doveri tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 29 HoD fis-sistema edukattiva tal-Istat li huma mqassmin skont in-numru ta’ studenti statemented fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji. Id-doveri tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal b’diżabiltà — Alternative papers

Question

Wara li ttieħdet id-deċiżjoni li l-alternative papers għat-tfal b’diżabiltà jitwaqqfu, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jiġu eżentati mill-eżamijiet f’dawn l-aħħar tliet snin fi skejjel Maltin u fi skejjel Għawdxin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Totali (li minnhom każijiet Għawdxin) 2021 2022 2023 Ingliż Malti Matematika Ingliż Malti Matematika Ingliż Malti Matematika Year 4 19 (0) 37 (3) 19 (0) 32 (1) 46 (7) 26 (1) 44 (5) 75 (5) 18 (2) Year 5 23 (2) 53 (4) 21 (2) 38 (0) 26 (0) 28 (0) 39 (0) 91 (2) 23 (0) Year 6 (Benchmark) 237 (19) 85 (8) 157 (11) 234 (24) 71 (7) 158 (14) 107 (23) 338* (39) 161 (19) *Tinkludi 251 Migrant students Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-karti alternattivi ma kinux speċifikament għall-istudenti b’diżabilità biss. L-istudenti kollha jingħataw l-appoġġ u l-akkomodazzjonijiet li jeħtieġu sabiex jirnexxu.

Initial Investment Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14957, 16266, 17239, 19008 u 19162 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-informazzjoni addizzjonali li ġiet sottomessa f’Seduta numru 254.

Għawdex — Studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena - Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema edukattiva f’Għawdex hux qed toffri xi korsijiet għal studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena? Jekk iva, jista’ jgħid jekk għal dawn il-korsijiet, dawn l-istudenti humiex qed ikunu offruti assistenza personali skont l-esiġenzi tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — CEOs u membri fi ħdan il-bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-CEOs u l-membri fi ħdan il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll il-ħlas u l-perkaċċi ta' dawn is-CEOs u l-membri f’dawn il-bordijiet u l-perjodu tal-ħatra tagħħom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.