Tista' l-Ministru tara x'inhi l-possibbilta' li timtela' u tingħata t-tarmac ir-rokna li tkissret fil-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla li qed isservi ta' miżbla? X'kienet ir-raġuni għaliex ittieħdet din il-parti minn dan il-ground?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ground li qed issir referenza għalih mhux proprjeta’ ta’ l-iskola. L-iskola għandha biss aċċess għalih waqt il-breaks. Il-Kunsill Lokali jkun f’pożizzjoni li jagħti informazzjoni aktar preċiża. Il-Kulleġġ ikun minn ta’ l-ewwel li japprezza jekk il-kantuniera msemmija titnaddaf.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 77 dwar bini ta' skejjel, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-prijoritajiet edukattivi għas-sentejn li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-prioritajiet edukattivi jinkludu l-bini u r-refurbishment ta’l-iskejjel biex jitwaqqfu l-Kulleġġi ta’ l-iskejjel ta’ l-Istat. Ninsab infurmata li l-pjanijiet dwar bini ta’ skejjel għas-sentejn li ġejjin jinkludu t-tkomplija ta’ bini ta’ tliet skejjel ġodda li għaddej bħalissa, il-bidu ta’ bini ta’ skola ġdida fil-Mosta u r-refurbishment ta’ numru ta’ skejjel li l-aktar għandhom bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se tinżamm il-wegħda li saret fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti li jibnew ranges ġodda għall-użu tax-Shooting Federation Maltija ħalli b'hekk ikunu jistgħu jiġu organizzati kompetizzjonijiet ta' natura internazzjonali li jattiraw numru kbir ta' kompetituri u mhux biss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 231.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Learning Support Assistants (facilitators) ġewwa Malta u f'liema skejjel qegħdin? Kemm hemm tfal li ġew statemented u f'liema skejjel jinsabu? Kemm ġew impjegati LSAs xahar b'xahar minn Settembru 2007 sa Mejju 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 110, tista' l-Ministru tgħid jekk fil-każ tas-suġġetti msemmija kienx hemm bidla fis-setters tal-karti? Tikkonferma li din is-sena meta mqabbel ma' snin oħra l-livell tal-karti kien ogħla ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-setters tal-karti ta’ l-eżami tal-matematika fil-livell tas-SEC ta’ Mejju 2008 u ta’ Mejju u Settembru 2007 kienu l-istess. Fil-każ tal-fiżika fl-istess livell is-setters tal-karti ta’ l-eżami f’Mejju 2008 u ta’ Mejju u Settembru 2007 kienu l-istess minbarra persuna waħda li ma kinetx eliġibbli li tkun setter din is-sena.
Fis-suġġetti kollha fil-livell tas-SEC, l-eżaminaturi jippreparaw tlett karti, Paper 1, Paper 2A u Paper 2B, li jkun fihom mistoqsijiet li jitolbu firxa wiegħsa ta’ ħiliet. Din is-sena bħal fi snin oħra l-eżaminaturi tal-matematika u tal-fiżika qagħdu attenti biex ikun hemm bilanċ bejn mistoqsijiet diffiċli u oħrajn inqas diffiċli u biex il-livell ikun jixbaħ kemm jista’ jkun il-livell tas-snin ta’ qabel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal li fallew l-iskola għal perjodu aktar minn dak aċċettabbli, matul is-sena skolastika 2007/8? Minn liema lokalita' kienu ġejjin? Tista' tgħid hux tikkonsidra xi azzjoni/miżura ġdida sabiex dawn il-każi ta' assenteiżmu jonqsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk l-istudenti li ġew irrapurtati lis-Sezzjoni tas-Social Work għax fallew mingħajr raġuni valida sa l-aħħar ta’ Marzu, sena skolastika 2007-2008. F’din il-lista, jidher ukoll kemm kien hemm studenti li fallew għal perjodu mhux aċċettabli (aktar minn tlett ijiem ta’ skola mhux koperti minn ċertifikat mediku) u minn liema lokalita’ ġejjin.
Bħalissa l-kulleġġi flimkien mas-servizz ta’ ħidma soċjali fl-iskejjel qed jieħdu diversi inizjattivi, skond kif inhu rakkomandat fir-Rapport
School Attendance Improvement
(2005).
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 66, tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm mill-għalliema jinsabu għaddejjin bi studju dwar is-suġġett tal-lingwa li jgħallmu bil-għan li jtejbu l-livell tagħhom? F'liema universitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent, hemm 25 għalliema li għaddejin bi studju tal-lingwa li huma jgħallmu bil-għan li jtejbu l-livell tagħhom.
Dawn qed jistudjaw fl-Universitajiet kif imsemmi hawn :
· 14 fl-Universita’ ta’ Malta
· 3 fil-University of Nottingham
· 2 fit-Trinity College of London
· 1 fl-Universite’Jean Monet St.Etienne
· 1fl-Universidad Antonio Mebrija Madrid
· 1 fil-U.N.E.D. Madrid
· 1 f’Goethe Institute Frankfurt
· 1 f’Goethe Insitute Munich
· 1 f’ Ca’ Fosca Venezia.
Tista' l-Ministru tara li l-ministeru jkollu għad-dispożizzjoni diversi għaqdiet reliġjużi/kulturali li għandna madwar Malta u Għawdex numru ta' palkijiet li jistgħu jintramew mill-istess dipartiment tal-kultura f'diversi nħawi, skond il-bżonn mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm min jidher qisu qed jagħmel xi pjaċiri liberi?
Tista' tara li jitfasslu u jiġu pubblikati kriterji ċari kif dawn jistgħu jsiru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, li erba’ snin ilu kien id-Dipartiment tal-Kultura, sellef bosta palkijiet mingħajr introjtu lil diversi organiżazzjonijiet u għaqdiet reliġjużi u kulturali. Dawn jingħataw fuq bażi ta’ first come first served fil-limiti li jippermettu l-mezzi u l-ħaddiema li għandu l-Kunsill. B’danakollu il-policy tal-Kunsill hi li l-prijorita’ tingħata l-ewwel għal attivitajiet li jiġu organizzati minnu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir reviżjoni tal-Politika Nazzjonali Dwar ix-Xandir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif diġa ħabbart fid-diskors li għamilt fl-20 ta’ Mejju 2008 bi tweġiba għad-diskors tal-President, fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inħarsu lejn il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir biex naġġornawha.
Tista' l-Ministru tgħid min qed jieħu ħsieb iż-żewġ grounds li saru riċentement ftit qabel l-elezzjoni fiż-Żurrieq u x'inhi r-raġuni li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq minkejja li talab biex ikun jista' jamministrahom jew inkella jiġu devoluti lilu qatt ma ngħata tweġiba dwar dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Isport qed jistenna li jingħata uffiċjalment l-amministrazzjoni tal-faċilitajiet sportivi msemmija. Sad-data li saret il-Mistoqsija mill-Onor. Interpellant, il-KMS kien għadu ma rċieva l-ebda talba uffiċjali mingħand il-Kunsill Lokali Żurrieq.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jkunu lesti biex jintużaw il-lockers fl-iskola sekondarja ġdida ġewwa Ħal Qormi fejn jirriżulta li mhux it-tfal kollha għandhom locker minkejja li kien intqal li kull student se jkollu l-locker tiegħu? Tapprezza li dan il-fatt qed joħloq problemi għal ċertu studenti aktar minn oħrajn minħabba t-toqol tal-basket ta' l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-installazzjoni tal-lockers li ġew ipprovduti lill-Kulleġġ Sant’Injazju Skola Sekondarja Subien tal-Ħandaq baqgħet sejra sa Jannar 2008. L-użu ta’ dawn il-lockers jitlob organiżazzjoni tajba bbażata fuq regoli li jiżguraw:
* it-tqassim personaliżżat tagħhom lill-istudenti;
* ħinijiet stipulati għall-użu tagħhom mill-istudenti
* superviżjoni ġenerali regolari min-naħa ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskola biex tiżgura li dawn jintużaw b’ responsabbilta’ u dixxiplina;
* superviżjoni attenta ta’ x’jitqiegħed fihom mill-istudenti
* sistema ta’ tqassim ta’ ċwievet, żamma tal-kopji tagħhom, ħlas ta’ kapparra biex tkopri t-telf taċ-ċwievet u tal-ħsarat.
Jekk ma jkunx hemm sistema tajba f’postha li tieħu ħsieb timmanniġġja sewwa l-użu tal-
lockers,
din ir-riżorsa taf toħloq ħafna diżordni u abbużi fl-iskola.
Din is-sena l-amministrazzjoni l-ġdida, qassmet il-
lockers
lill-istudenti l-ġodda ta’ l-ewwel sena. Dan l-arranġament mexa tajjeb ħafna. Din l-esperjenza issa tagħmilha possibli għall-amministrazzjoni ta’ l-iskola li, fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss, l-istudenti kollha jkunu jistgħu jagħmlu użu, b’mod dixxiplinat u responsabbli, minn
locker
allokat lilhom.
Tista' l-Ministru tgħid jekk saritx xi talba mill-parroċċa taż-Żejtun lil min hu konċernat biex il-Knisja Parrokkjali tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta saret din it-talba u x'kienet it-tweġiba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s'issa Heritage Malta għadha ma' rċeviet ebda talba mill-Parroċċa taż-Żejtun dwar ir-restawr tal-knisja. Madankollu ninfurmak li bħalissa d-Diviżjoni tal- Konservazzjoni fi ħdan l-istess aġenzija qed tagħmel xogħol ta' restawr fuq l-Oratorju ta' l-istess knisja, proġett li ingħata lilha mill-parroċċa wara li kien hemm sejħa għall-offerti. Aktar tard matul is-sena ser ikun qed isir ukoll xogħol ta' konservazzjoni fuq il-qanpiena tal-bronż li kien hemm fil-kampnar ta' l-Oratorju.
Tista' l-Ministru tgħid kif qed ikun kopert il-Health and Safety fl-iskejjel tal-Gvern u xi kwalifiki huma mitluba għal dawk li jkopru tali obbligi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Health and Safety fl-iskejjel Primarji ta’ l-Istat jiġi mgħallem minn grupp ta’ Peripatetic Health and Safety Teachers li x-xogħol tagħhom huwa li jżuru l-iskejjel bi skop li joħolqu awareness dwar is-saħħa u s-sigurta’. Matul iż-żjarat tagħhom dawn l-għalliema wkoll jagħmlu spezzjonijiet fuq fire extinguishers, apparat ta’ l-ewwel għajnuna, jaraw li s-signage qiegħed kollu kif suppost, jiċċekkjaw dwal ta’ l-emerġenza, jippjanaw eżerċizzi ta’ fire drills, iħarrġu għalliema u studenti fi proċeduri ta’ emerġenza f’każ ta’ evakwazzjoni, jassessjaw l-iskejjel għal riskji u perikli oħra u jaraw li jinżammu sew records ta’ eżerċizzi ta’ fire drills.
Infurmata wkoll li l-
Health and Safety teachers
residenti, għandhom għaxar lezzjonijiet allokati lilhom, minħabba l-
post of special responsibility
biex joħolqu
awareness
dwar aspetti ta’
Health and Safety
kif ukoll l-ispezzjonijiet u xi xogħol ieħor kif indikat aktar il-fuq.
Infurmata wkoll li l-
Health and Safety Teachers
jiġu magħżula wara sejħa għall-applikazzjonijiet li ssir kull sena, u jingħataw
appointment
f’din il-kariga għal sentjen. Min japplika irid ikollu
permanent warrant
ta’ għalliem. Li jkollhom kwalifiki, u/jew ikunu attendew korsijiet relatati max-xogħol li jkunu se jwettqu, ikun ta’ vantaġġ għall-kandidati fil-proċess ta’ l-għażla.
F’kull każ il-kandidati jridu juru dokumenti relatati.
Tista' l-Ministru tinfurmani fejn wasal il-proġett ta' 7-a-side pitch ġo l-iskola tal-Gżira? Hemm il-possibilita' li dan il-pitch, jew ieħor, jkun a dispożizzjoni tal-Gżira Football Club and Nursery li jinstab f'kondizzjoni mill-agħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li m’hemm l-ebda ftehim dwar xi turf pitch f’xi skola ta’ l-Istat tal-Gżira.
Tista' l-Ministru tgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-entitatjiet li għandhom xi forma ta’ Assigurazzjoni Privata huma : Institute of Tourism Studies (ITS), Kunsill Malti għall-Isport (KMS), Malta College of Arts, Science & Technology (MCAST), Universita’ ta’ Malta, Superintendence of Cultural Heritage, Heritage Malta, Malta Council for Culture and the Arts (MCCA), Public Broadcasting Services (PBS), u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS).Il-ħlas globali f’ċifra ta’ flus li qed titħallas għal assigurazzjoni hija ta’ EUR 232,159.00.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-budget għad-dispożizzjoni tad-delegazzjoni Maltija għall-Eurovision Song Contest ta' din is-sena? Kemm minn dan il-budget intefaq fuq il-promozzjoni tal-kanzunetta u kemm intefaq biex id-delegazzjoni Maltija setgħet tmur s-Serbia? Kemm kienet il-kontribuzzjoni tal-PBS għal din il-parteċipazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħala promozzjoni tal-kanzunetta Maltija li kien jikkonsisti fi press pack, produzzjoni tal-video tal-kanzunetta u post cards, in-nefqa kienet tammonta għal Ewro 16,697 u barra min dan, intefqu Ewro 4,774 fi żjarat fi tlett pajjizi bħala promozzjoni tal-kanzunetta Maltija qabel sar dan il-festival fis-Serbja. Bħala nfieq tad-delegazzjoni Maltija biex tmur is-Serbja in-nefqa fuq il-vjaġġi u akkomodazzjoni kienet tammonta għal Ewro 39,831.
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ta Ewro 46,586 għad-dispozizzjoni tal-kanzunetta Maltija sabiex tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest. Il-kumplament tan-nefqa fuq dan il-festival ġiet permezz ta’ sponsors.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jkunu ppubblikati r-riżultati ta' l-intervisti li saru lil persuni li applikaw għall-Uffiċjal Edukattiv? Kemm applikaw u għal liema suġġett jew livell u kemm se jiġu magħżula għal kull suġġett u livell? Min kienu l-persuni li għamlu l-intervisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-proċess għadu mhux finallizzat. Intefgħu 70 applikazzjoni, fejn kien hemm min applika għal aktar minn suġġett wieħed filwaqt li kien hemm 6 applikazzjonijiet li ġew irtirati. Żewġ applikanti li applikaw għall-Franċiż ġew avżati li l-post ma kienx vakanti. Dawk magħżula jistgħu jkunu assenjati fis-settur primarju u/jew f’dak sekondarju. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-suġġetti , kemm applikaw għalliema għalihom u l-lista tal-Bord li għamel l-intervisti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux permess li skejjel jiddettaw mingħand min jixtru affarijiet li jkunu meħtieġa għall-iskola fosthom uniformijiet, żraben, kotba u ħwejjeġ oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li mhix il-politika tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-iskejjel jiddettaw mingħand min jixtru l-affarijiet li jkunu meħtiega għall-iskola.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Rapporti fuq għalliema/membri ta' l-istaff
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura addottata tal-Ministeru u tad-Direttorati ta' l-Edukazzjoni meta jirċievu telefonati jew ittri anonimi biex jagħmlu xi rapport jew ieħor, inkluż rapporti fuq għalliema jew membri ta' l-istaff oħra? Dawn jiġu nvestigati jew injorati? Il-policy addottata hija konformi ma' dik li qed tiġi addottata mill-bqija tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li meta jidħlu allegazzjonijiet anonimi lid-Direttorati Edukattivi dawn jiġu investigati u jittieħdu l-passi neċessarji. Ma jistax jingħata feedback lil min ikun għamel l-allegazzjoni peress li dan jibqa’ anonimu u xi drabi l-investigazzjoni tkun limitata peress li ma jkunx hemm identita’ ta’ min qed jagħmel l-allegazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Prinċipali tal-Kulleġġi għandhomx jieħdu ordnijiet mingħand impjegati fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru jew inkella mingħand id-Diretturi Ġenerali u/jew uffiċjali għolja oħra ta' l-istess direttorati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nifhem li bejn is-sezzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura. Żgħażagħ u Sport għandu jkun hemm sinerġija sħiħa għal ġid ta’ l-istess Ministeru u d-diversi benefiċċjarji tiegħu.