Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23874 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti mediċi u Medical Board Coordinator — membri

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23000, jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u kunjom tal-membri tat-tim multidixxiplinarju ta' professjonisti mediċi kif ukoll tal-Medical Board Coordinator?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li skont il-protezzjoni tad-data, dawn id-dettalji ma jistgħux jingħataw.
Leg 13 PQ #23995 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – Executive Officers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta kienet l-aħħar sejħa għal Executive Officers – Malta Public Service? Kemm applikaw? Kemm għaddew? Minn dawk li għaddew kemm minnhom diġà bdew jaħdmu mal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li s-sejħa għal Uffiċjali E¿ekuttivi ħarġet fit-23 ta’ April 2021. Kien hemm erbgħa mija sitta u tmenin (486) applikant li minnhom għaddew mitejn tmienja u għoxrin (228). S’issa għadhom ma sarux ħatriet f’dan il-grad minhabba li ghadu ghaddej il-proċess tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #24049 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #23717 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direzzjoni hi li kemm jista’ jkun ma jiġux irrifjutati permessi għat-telework, sakemm is-servizz ma jiġix impattat negattivament. Minħabba ċ-ċirkostanzi kurrenti bla preċedent kif ukoll il-qalba għar-remote working, ikun hemm ħafna drabi li fihom jingħataw permessi temporanji għal telework u allura n-numri mogħtija mhux neċessarjament jirriflettu l-qagħda kollha. Sadanittant ċifri se jkunu qed jingħataw f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #23740 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-2013?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill- Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12908.
Leg 13 PQ #23741 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-aħħar ta’ Novembru 2021

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-aħħar ta’ Novembru 2021?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fl-2021 l-persentaġġ ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku kien ta’ 22% tal-persuni kollha li jaħdmu f’Malta. Dan il-persentaġġ ta’ ħaddiema huwa 5% inqas mill-persentaġġ f'Diċembru 2012.
Leg 13 PQ #23902 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Raħal il-Ġdid – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 16,511 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 4. Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.
Leg 13 PQ #23904 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 4,721 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 3. Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.
Leg 13 PQ #23181 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Resource Support and Services Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tar-Resource Support and Services Ltd?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 13 PQ #23471 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Leg 13 PQ #23630 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żieda fil-Personal Emoluments bejn Jannar u Ottubru 2021

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għala kien hemm żieda ta' € 91.23 m fil-"Personal Emoluments" maħruġa mill-Gvern bejn Jannar u Ottubru 2021 fuq il-figura għall-istess perjodu fl-2020 ekwivalenti għall-żieda ta' 12.11%? Jista' l-Prim Ministru jispeċifika jekk din il-figura tkoprix l-entitajiet kollha fis-settur pubbliku jew jekk tkoprix biss is-servizz pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23161 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inizjattiva Open Data — lista ta’ data sets

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9553, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk id-data sets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data sat-30 ta’Ottubru 2021?v

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23397 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21961 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #23499 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Gudja – Triq Santa Katarina, Triq Joseph Pace u Triq id-Dejqa – xogħlijiet

Question

B’referenza għad-domandi varji u preċedenti li saru, jista’ l-Prim Ministru fil-qosor jgħid meta x-xogħol fit-Toroq Santa Katarina, Joseph Pace u d-Dejqa fil-Gudja ser jitlestew kif ukoll meta ngħatat l-approvazzjoni biex dawn isiru?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23532 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – uffiċjal pubbliku jissospendi lilu nnifsu – proċeduri

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23324, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi li awto-ssospendew ruħhom fl-aħħar għoxrin sena, kemm damu dawn l-awto-sospensjonijiet u kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi illi reġgħu daħlu fis-servizz pubbliku u kemm kien hemm minnhom illi spiċċaw mis-servizz pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li data ma tinżammx imma huwa magħruf li kien hemm mill anqas każ wieħed u kif ingħad fit-tweġiba preċedenti.
Leg 13 PQ #23533 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – uffiċjal pubbliku jissospendi lilu nnifsu – proċeduri

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23324, jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema proċeduri dixxiplinarji huma soġġetti l-ħaddiema li jiġu impjegati mad-diversi aġenziji li qegħdin jitwaqqfu sabiex jassumu l-funzjoni ta' Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll dawk l-uffiċjali pubbliċi li jiġu ssekondati mal-istess aġenziji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema impjegati fl agenziji jaqgħu taħt proċeduri dixxiplinarji tal-agenżija stess rifless ġeneralment fi ftehim kollettiv u f’kazi serji li jimmeritaw tkeċċija taħt proċeduri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #23416 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Remote Workspace

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 22783 u jgħid kemm-il remote workspace infetaħ s'issa, kemm kienet in-nefqa sabiex jitlestew dawn il-work spaces u fejn jinsabu dawn il-work spaces? Jista' jgħid kemm sar użu ta' dawn il-work spaces sal-aħħar ta' Ottubru 2021 u jekk l-amministrazzjoni hijiex kuntenta bl-użu li sar s'issa minnhom? Xi pjanijiet hemm għal aktar remote work spaces?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li sa issa nfethu 15-il remote workspace li jinsabu Santa Venera, Barriera Wharf Valletta, servizz.gov Head Office il-Mosta, Gozo Innovation Hub, Birgu, Fgura, Msida, San Gwann, Hal Luqa, Zurrieq, Hal Qormi, Birkrikara, Rabat, Qawra u Siggiewi. In-nefqa sabiex jitlestew dawn l-ispazji kienet ta’ €282,932. Sal-aħħar ta’ l-2022 huwa ppjanat li jkun hemm 30 remote workspace. L-amministrazzjoni hija kuntenta għaliex għalkemm dan hu kunċett ġdid, diġa kien hemm 1,500 booking individwali b’feedback pozittiv.
Leg 13 PQ #23470 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn – isem ta’ triq ġdida li tagħti minn Triq il-Katakombi għal Triq il-Qaliet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkunsidra, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn li t-triq il-ġdida li nfetħet u li tagħti minn Triq il-Katakombi għall-Triq il-Qaliet f’Wied il-Għajn, tissemma Triq il-Bur t’Isfel, Wied il-Għajn, kif kien magħruf ix-xagħri u l-għelieqi minn fejn għaddiet din it-triq?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 21707.
Leg 13 PQ #22978 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM – avukat – servizzi ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-avukat li bħalissa qed joffri dan is-servizz lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk li taw is-servizzi legali tagħhom lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’din il-leġiżlatura huma kif jidhru hawn taħt: Dr STEFAN ZRINZO AZZOPARDI 1/7/2016 – 30/7/2017 – €6,000 1/10/2017 – 30/9/2018 – €6,000 1/10/2018 – 30/9/2019 – €6,000 Dr ISHMAEL PSAILA 23/8/2018 – 22/8/2019 – €18,000 2/8/2019 – 1/8/2020 – €18,000 2/8/2020 – 3/8/2021 – ma rċieva ebda ħlas Dr ALEX SCIBERRAS 1/3/2016 – 29/6/2018 – ekwivalenti għal Skala 3 Dr MANUEL MALLIA 3/7/2017 – 2/7/2021 – ekwivalenti għal Skala 3 Dr DEBORAH SCHEMBRI 3/7/2017 – 13/3/2020 – ekwivalenti għal Skala 3 Dr ROBERT ABELA Ġunju 2017 – Jannar 2020 – ma rċieva ebda ħlas Dr IAN BORG 20/1/2020 (sal-lum) – ekwivalenti għal Skala 3 PROF. DANIEL SARMIENTO 7/7/2021 – 14/7/21 - €3,750
Leg 13 PQ #22981 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2022 – press conference — kumpanija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22539, jista' l-Prim Ministru jelenka d-direct orders kollha li ngħataw b’xogħol marbut mal-Press Conference ta’ wara l-budget? Jista' jagħti l-informazzjoni dwar: a. Ix-xogħol li sar; b. Il-valur tad-direct order; u c. Isem tal-persuna jew entità li ngħatat id-direct order?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, wara li nġabru tliet stimi f’kull każ, il-kumpaniji li ntagħżlu biex jipprovdu s-servizzi waqt il-konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-Baġit 2022 nhar it-Tnejn 11 t’Ottubru 2021 kienu Que Sound Ltd (€4,073), I Can Ltd (€3,845), I Stage Ltd (€5,740) u Cave Ltd (€1,700). Iċ-ċifri ma jinkludux VAT.