B'referenza għall-każ ta’ persuna li ttieħdet l-Isptar Mount Carmel dan l-aħħar eskortata mill-pulizija u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid:
a. jekk skont il-liġi tas-saħħa mentali dan il-klijent ingħatax id-dritt mogħti bil-liġi tal-Att dwar is-Saħħa Mentali ġiet mgħoddija minn dan il-Parlament fl-2013 li jagħżel
person of trust
biex iħares l-interessi tiegħu? Jekk iva, intagħżel dan il-
person of trust
mill-klijent (naturalment ma ma jinteressanix min hu l-
person of trust
);
b. Il-Ministru ħa permess mingħand il-pazjent jew mingħand dan il-person of trust qabel żvela f'sezzjoni tal-media li dan kien każ psikjatru għax anke dan l-aspett jaqa’ taħt id-dritt tal-kunfidenzjalità tal-pazjent inkwistjoni?
c. Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali talab permess mill-klijent inkwistjoni jew mill-person of trust tiegħu qabel żvela pubblikament li qed issir inkjest dwar il-mod kif ittieħed l-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda każ bl-isem imsemmi minnu separatament.
Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra kemm irrikorrew għal assistenza fil-poliklinka ta' Ħal Kirkop sa minn meta ġiet inawgurata fis-sena 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġie inawgurat iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Kirkop iġifieri mill-14 ta’ Settembru tal-2018 sal-lum kien hemm 27,400 klijent li talab u rċieva assistenza minn dan iċ-Ċentru.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra hemm hemm persuni li jingħataw mediċini permezz tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 kien hemm 159,781 persuni li bbenefikaw mill-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek u li gawdew minn mediċini mingħajr ħlas.
Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra kemm ingħataw assistenza medika persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza matul is-sena 2018?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 kien hemm 142,519 attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza, f’Mater Dei.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Orthopaedic Unit – xogħol fuq bankina
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestix ix-xogħol fuq il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid jekk inħariġx il-Compliance (Completion) Certificate għal din il-binja u jekk iva jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-binja bdietx tintuża għall-iskop li ġiet mibnija, jiġifieri bħala Orthopaedic Unit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadu għaddej il-proċess ta’ procurement rigward il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-isptar Ġenerali ta' Għawdex. Fix-xhur li għaddew ġew ippubblikati 2 sejħiet għal-offerti, fejn ma kien hemm l-ebda interess minn naħa tal-kuntratturi lokali. Il-management tal-isptar qiegħed jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol issir. Il-Compliance (Completion) Certificate se jiġi mitlub wara li jitlesta ix-xogħol neċessarju.
Ministeru għas-Saħħa — Nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9093 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8874, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid meta ser jitqassmu l-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif jidher fil-kuntratt iffirmat bejn CampoSanto u l-Gvern, il-massimu żmien li jista' jittieħed sabiex jitlestew l-oqbra fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata huwa ta’ sitta u tletin xahar. Hekk kif ikun hemm oqbra lesti u ma jkunx hemm perikuli għal min ikun qed jattendi xi funeral u/jew ikun preżenti fiċ-ċimiterju, jibda t-tqassim.
Sptar Mater Dei – Operazzjonijiet minn visiting consultants mir-Renju Unit
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm isiru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei kull sena minn visiting consultants mir-Renju Unit? Il-proċess ta’ Brexit se jkollu xi impatt fuq dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2016 sal-2018 li f’Mater Dei saru medja ta’ 250 operazzjoni fis-sena taħt visiting consultants mir-Renju Unit. Mhux mistenni li l-proċess tal-Brexit ikollu mpatt negattiv fuq dan is-servizz.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni kif mitluba minnu dwar in-nefqa fuq TV Advertising mid- Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard matul l-2018.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamel? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kien akkumpanjat għal kull safra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess ta’ oqbra fl-Addolorata, speċjalment dawk li diġà ħalsu l-ewwel pagament? Jista’ jgħid jekk hemmx xi data biex dawn ikunu mogħtija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt taċ-ċimiterju tal-Addolorata ġie iffirmat f’Ottobru, 2018. Il-kuntratt ikopri l-estensjoni ta’ 2,880 qabar, ir-restawr ta’ binjiet tal-Gvern fosthom il-kappella u l-operat taċ-ċimiterju. Ix-xoghol ta’ restawr diga beda’. L-oqbra kollha mistennija jkunu lesti fi żmien tlett snin.
Ministeru għas-Saħħa — Nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8874, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8449 u 8699 fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa baqa jinsisti li l-kapsoli omega+ qatt ma ngħataw mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara d-dokumenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jara li dawn il-kapsoli jkompli jingħataw lil din il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 8449 u 8699, ninfurmah ukoll illi l-kapsoli Omega3 m’humiex u qatt ma kienu fuq il-formularju tal-Gvern. Madanakollu kienu jingħataw fuq bażi ta’ named patient basis lil numru żgħir ta’ pazjenti skont il-htieġa tagħhom.
Barra minn hekk, skont il-linji gwida internazzjonali dawn m'għadhomx klinikament indikati u ġew riferuti għat-tneħħija mill-intitolament.
Dipartiment tas-Saħħa – Spettorat – binjiet f’barrieri
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir mill-Ispettorat tad-Dipartiment tas-Saħħa (Sanità) sabiex jara li l-kmamar li qed jinbnew fil-barrieri jkunu diċenti biex jgħixu persuni fihom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika għal liema barrieri qiegħed jirreferi. Ninfurmah ukoll illi ma saru l-ebda rapporti mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali dwar l-istess suggett.
Ċentru tas-Saħħa — Tramuntana ta’ Malta - pjanijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isir Ċentru tas-Saħħa ieħor fit-Tramuntana ta’ Malta? Jekk iva, jista’ jagħti indikazzjoni lejn liema lokalità qiegħed iħares, biex isir dan iċ-ċentru, u liema lokalitajiet se jkun qiegħed iservi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li fil-ġejjieni t-Tramuntana ta’ Malta jkollha Regional Hub bħal dak li ser ikun hemm fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Fix-xhur li ġejjin huwa mistenni li toħroġ sejħa ta’ interess dwar bini ta’ dan il-hub mediku.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti? Kemm ilhom jistennew dawn il-persuni? X’passi qiegħed jieħu biex inaqqas din l-istennija għal din l-operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew għall-operazzjoni tal-katarretti jammontaw għal 2271. Iż-żmien ta’ stennija huwa ta’ medja ta’ 5 xhur.
Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista persuna kienet iddum madwar tlett snin fuq il-lista ta’ stennija biex tagħmel din l-istess operazzjoni,
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti fil-Young People’s Unit u l-etajiet rispettivi tagħhom? Hemm xi residenti f’din il-unit li fil-fatt m’għandhomx problemi ta’ nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent fil-Young People’s Unit hemm 7 pazjenti. Fil-YPU hemm ukoll ħames subien u tifla li jinsabu on leave.It-tfal/adoloxxenti kollha li hemm f’din is-sala għandhom problemi ta’ saħħa mentali u jiġu rilaxxati mis-sala ġaladarba jkunu ċertifikati li l-kundizzjoni tagħhom tkun stabbilizzata.
Jista’ jkun hemm istanzi fejn il-pazjent jibqa’ jinżamm fil-YPU sakemm il-ġenituri jew l-aġenziji responsabbli mit-tfal/adoloxxenti jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jakkomodawhom.
L-Etajiet tal-inpatientsgħax-xahar ta’ Frar, 2019 fil-YPU huma ssegwenti:
Sess
Eta’
Maskili
9
Maskili
16
Maskili
15
Maskili
12
Feminili
12
Maskili
12
Maskili
15
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.