Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-Politika Nazzjonali dwar is-saħħa sesswali li ġiet imnedija matul ix-xahar li għadda? Xi strateġija ġiet imfassla biex is-saħħa sesswali f’Malta titjieb?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi kopja tal-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali fuq il-mejda tal-Kamra. Wara li ġiet imnhiedija din il-politika, tlaqqgħu sittax-il workshop dwar sitt temi li joħorġu minnha. Bħalissa qed jiġu evalwati ir-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti sabiex abbażi ta’ dawn tiġi mfassla l-istrateġija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li għandhom il-Kartanzjan hux se jkollhom il-benefiċċju li jagħmlu użu minn trasport irħis meta jippreżentaw il-Kartanzjan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li dawk li għandhom bżonn il-Ventoline, ilhom tliet ġimgħat ma jsibu stock available fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kif ukoll għand l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sa ftit ilu il-mediċina salbutamol inhaler kienet out of stock. Din il-mediċina issa waslet fl-istores tal-mediċini tal-Gvern u tqassmet lill-ispiżeriji tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jipprovdi statistika uffiċjali għal dawn l-aħħar 30 sena, sena b'sena u lokalità b'lokalità, ta' xi każijiet li seta' kien hemm ta' nies li mietu b'għargħar, kemm f'Malta u/jew Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul dawn l-aħħar 18- il sena (1992-2009) ma kien hemm l-ebda mewt kawża t’għargħar f’residenti ta’ Malta u Ghawdex skont ir- Reġistru Nazzjonali tal-iMwiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Roseville Home f'Ħ'Attard li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li joħroġ il-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sa l-aħħar ta’ Frar 2011 f'Roseville Home, H’Attard kien hemm 87 residenti li qed jiġu sussidjati mill-Gvern biex jinżammu f’din il-home. Minn dawn is-87 resident hemm 56 li huma highly dependent u 31 semi dependent. L-ispiża għal Frar 2011 għal dawn ir-residenti kienet hekk:
Semi Dependent - Euro 29,498
Highly Dependent - Euro 61,327
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fl-Isptar San Vinċenz de Paule li huma:
a) indipendenti;
b) dawk li għandhom bżonn carers; u
ċ) dawk li għandhom bżonn għajnuna ta' nurses?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem il-linear accelerator il-ġdid fi Sptar Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li x-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-bunker li se jospita ġewwa fih il-Linear Accelerator il-ġdida issa huwa lest.
Infurmat wkoll li l-proċess ta’ stallazzjoni tal-Linear Accelerator il-ġdida diġa beda u mistenni jkun lest sal-11 ta’ April 2011. Wara jingħata bidu għal-‘Clinical Commissioning.’
pazjenti li qed jaħdmu fl-iskema offruta fl-Isptar Monte Carmeli
Question
Jiseta' l-Ministru jgħid kemm mill-pazjenti li qed jaħdmu fl-iskema offruta fl-Isptar Monte Carmeli, ilhom fl-iskema:
i) inqas minn sena
ii) bejn sena u sentejn
iii) bejn sentejn u tliet snin
iv) bejn tlieta u erbgħa snin
v) aktar minn erbgħa snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li qed jaħdmu fl-iskema offruta fl-isptar Monte Karmeli huwa kif indikat hawn taħt:
i. Inqas minn sena – 6 pazjenti
ii. Bejn sena u sentejn – 2 pazjenti
iii. Bejn sentejn u tliet snin – 2 pazjenti
iv. Bejn tlieta u erba’ snin – 7 pazjenti
v. Aktar minn erba’ snin – 14-il pazjent
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena kemm speċjalisti spiċċaw minn mal-Gvern bl-età? Min kienu? Liema speċjalisti ġew offruti xi forma ta' tiġdid ta' impjieg?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma stmati l-ispejjeż li tagħmel ambulanza għall-vjaġġ minn u lejn l-Isptar Mater Dei? Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu kollox, jiġifieri, pagi ta' personnel, fuel, użu, deprezzament tal-vettura, eċċ.?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispejjeż konnessi ma' vjaġġ wieħed tal-ambulanza minn u lejn l-Isptar Mater Dei huma medja ta’ €57.50. Dawn l-ispejjeż jinkludu kollox, jiġifieri, pagi ta’ personnel, fuel, użu, deprezzament tal-vettura, eċċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pazjenti li marru fit-taqsima tal-emerġenza f'dawn l-aħħar tliet snin? In-numru għandu jkun tabulat xahar b'xahar.
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Ta’ min jinnota li d-data provduta tirrifletti n-numru ta’ attendenzi u mhux in-numru ta’ pazjenti għaliex jista’ jkun li pazjent ikun attenda d-Dipartiment tal-Emerġenza aktar minn darba.
Xahar
Attendenzi
2008
Attendenzi
2009
Attendenzi
2010
Total ta’ Attendenzi
Jannar
9281
8671
8350
26302
Frar
8562
7652
7578
23792
Marzu
9330
8630
8481
26441
April
9126
8120
8606
25852
Mejju
9313
8748
9512
27573
Ġunju
8878
8313
9030
26221
Lulju
9186
8554
9764
27504
Awwissu
9163
9169
10229
28561
Settembru
8255
8167
8690
25112
Ottubru
8523
8494
9134
26151
Novembru
8386
8514
8944
25844
Diċembru
8904
8407
8784
26095
Total
106,907
101,439
107,102
315,448
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallset għal kull konsulenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi rivati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paule u Sptar Mater Dei — security camera
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-films u l-images li jieħdu security cameras li twaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule u l-Isptar Mater Dei huwiex responsabli għalihom is-security jew il-kumpanija li tipprovdi s-security ġewwa dawn iż-żewġ sptarijiet jew hemmx xi ħadd ieħor li huwa responsabli għal dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fir-Residenza San Vinċenz de Paule, il-films u l-images huma taħt ir-responsabiltà tal-Principal Security Officer u l-Management tar-Residenza.
Fl-Isptar Mater Dei hemm sistema ta’ moniteraġġ kontinwu, immexxija mit-taqsima tas-sigurta’ li tara dak li jkun qed jiġri fid-diversi taqsimiet li fihom hemm
cameras
tas-sigurtà. Sabiex jiġu investigati inċidenti partikolari, hemm
Standard Operating Procedures
speċjali li tassigura li membru tas-sigurtà u membru tal-kumpanija li tipprovdi l-
cameras
jaraw flimkien il-filmati. Qatt ma jkun hemm individwu wieħed waħdu li jkollu aċċess dirett għall-filmati.
Residenza San Vinċenz de Paule — security cameras - każijiet ta' sorveljanza
Question
Jista' l-Ministru jgħid allura jekk twaħħlu s-security cameras ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule kemm huwa stmat li seħħew każijiet li riedu sorveljanza matul is-sena 2010 u li issa bis-security cameras mhux se jerġgħu jsiru matul din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul is-sena 2010 kien hemm ħames każijiet ta’ suspett ta’ serq mill-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paule. Għalhekk ġew istallati security cameras biex ikun hemm sorveljanza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm security guards ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule u jekk dawn humiex ta' xi kumpanija jew jekk dawn humiex ħaddiema li huma impjegati mal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm 24 impjegat jaħdmu fis-Sezzjoni tas-Security. Dawn huma kollha impjegati tal-gvern u l-gradi tagħhom huma hekk:
1 Principal Security Officer
4 Security Officers
19 Security Guards
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li talbet is-servizz ta' home help u hija xtaqet li jkollha dan is-servizz għax skont din l-anzjana, it-tifel tagħha li joqgħod fuq id-dar tagħha għandu tarbija u s-servizz li kien jagħti lil ommu issa sar diffiċli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellanat kienet applikat għas-servizz tal-home help fit-3 ta' Marzu 2005 imma ma kienx ġie approvat. Minn dak iż-żmien qatt ma saret applikazzjoni oħra. Għaldaqstant, jekk din il-persuna tixtieq is-servizz tal-home help għandha tapplika mill-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment jistax jikkonferma jekk id-ditta privata li tipprovdi servizz ta' tindif farmed out tal-wards lill-Isptar Mater Dei hijiex toffri kundizzjonijiet xierqa kif titlob il-liġi li fl-ebda mod ma jistgħu jiġu interpretati bħala sfruttament tal-ħaddiema konċernati? Id-dipartiment qatt irċieva xi ilmenti dwar il-kumpanija konċernata/i? Jekk iva, x'passi ħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hija r-responsabbilità u l-obbligu tal-kumpanija li tipprovdi s-servizz ta’ tindif ġol-Isptar Mater Dei li tassigura li l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema huma skont il-proviżżjonijiet tal-Liġi dwar ix-Xogħol u xi leġiżlazzjonijiet oħra li japplikaw. Però mill-informazzjoni li nġabret mill-kumpanija, jidher li l-impjegati huma imħallsa skont il-liġi u li l-maġġoranza tal-ħaddiema huma full timers u huma intitolati għall-ammont dovut skont il-liġi tal-leave u s-sick leave.
Il-
Management
tal-Isptar qatt ma’ rċieva ilmenti formali dwar sfruttament jew kundizzjonijiet ħżiena ta’ dawn il-ħaddiema.