Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — trasferiment tal-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Malta Enterprise, il-ħidma biex l-uffiċċini tal-Malta Enterprise jiġu trasferiti minn San Ġwann għal fejn kien l-Isptar San Luqa fi Gwardamanġa? Jista' jagħti breakdown tas-somma totali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — Quaters taċ-Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-quaters il-ġodda għall-użu taċ-Chairman tal-Malta Enterprise fil-bini fejn ġiet riallokata l-Malta Enterprise? Jista' jagħti d-dettalji ta' x'inhuma l-faċilitajiet għall-użu tal-istess chairman f'dan il-bini? Jista' jagħti breakdown f'termini ta' flus minfuqa għal kull parti ta' dawn l-istess quaters?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċċju taċ-Chairman ġewwa il-bini il-ġdid tal-Malta Enterprise qiegħed fit-tielet sular flimkien ma’ numru ta’ dipartimenti oħra. Il-faċilitajiet f’dan is-sular huma komuni għal kulħadd u l-istess bħal dawk li kien hemm fl-uffiċċju l-antik. Saħansitra intużat l-istess għamara mill-uffiċċini l-antiki. Għaldaqastant l-ispejjeż ma jistax jingħata breakdown tagħhom għax saru flimkien ma’ spejjeż oħra.

Malta Enterprise — ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise fl-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — problema fuq kanna tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw kaz ta anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha problema fuq kanna tal-ilma li minkejja li ċemplet għadu ħadd ma kellimha lura?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi jirriżulta illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma qatt ma kellha rapport mingħand din il-konsumatriċi. Xorta waħda, nhar l-24 ta’ Novembru, il-ħaddiema tal-Korporazzjooni għas-Servizzi ta’ l-Ilma marru fuq il-post u irranġaw il-ħsara msemmija.

Forti Ricasoli — restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma peress li ilha ma tirċevih minn Frar 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

negozju żgħir — għajnuna mill-gvern u mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna hemm mill-gvern u mill-banek għal min jiftaħ xi negozju żgħir?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq stationeries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kumpanija Palumba — Trasferiment tal-proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29089 li saret mill-Onor. Sant u cioè: Peress li r-riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament dwar it-trasferiment tal-propjetà tat-Tarzna ta’ Bormla lill-kumpanija Palumbo tinkludi pjan li jorbot lil Palumbo jinvesti €5.45 miljun fl-ewwel sena u €5.3 miljun fit-tieni sena fit-tarzna ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jinforma: a) kemm attwalment hija n-nefqa totali sal-lum minn Palumbo f’investiment fit-tarzna ta’ Bormla; b) liema huma l-proġetti attwali ta’ investiment minn Palumbo u kemm intnefaq s'issa fuq kull wieħed minnhom; ċ) b’liema mod il-gvern qiegħed jassigura li l-impenn ta’ Palumbo li jinvesti qed jitwettaq skont il-ftehim; u d) jekk Palumbo qiegħed jagħmel xi spejjeż għall-manteniment tal-impjant, dawn l-ispejjeż hux qed jiġu mgħoddija bħala investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29518.

Enemalta — kwestjoni dwar persuna sekondata jew on loan

Question

Billi riċentament fil-Korporazzjoni Enemalta, persuna fil-grad ta' manager li jinsab sekondat mal-korporazjoni kellu applikazzjoni għal vakanza interna aċċettata, jista' l-Ministru jikkonferma li ż-żmien li persuna tkun sekondata jew on loan mal-Korporazzjoni Enemalta qed jitqies bħala li hu impjegat mal-korporazzjoni skond il-Ligijiet tal-Impieg?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuni li huma sekondati jew on loan mal-Korporazzjoni Enemalta qegħdin jitqiesu bħala impjegati mal-Korporazzjoni skond il-Liġijiet tal-impieg.

fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29367 u 30077 u jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kumpaniji li fir-rigward tagħhom ir-Reġistratur tal-Kumpaniji irreġistra n-notifika ta’ xoljiment is-sena l-oħra, bejn l-1 ta’ Jannar u il-31 t’ Ottubru, kien ta’ 790.

Selmun Palace Hotel — żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi f'dak li jikkonċerna l-bejgħ jew it-tħaddim tas-Selmun Palace Hotel? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji tal-iżvilupp li seħħ? Jekk le, jista' jassigura li din il-lukanda ma tispiċċax vandalizzata u żarmata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess post għadx għandu security għassa mal-bini?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gozo Channel — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' devoluzzjoni ta' siti proprjetà tal-Gvern li jintużaw għar-rikreazzjoni tat-tfal, kampeġġi u outdoor activities li saru f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — bini ta' substation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżetement hemmx il-ħsieb li l-Korporazzjoni Enemalta tibni substation fil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali? F'liema lokalitajiet hu mistenni li jinbnew dawn is-substations?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ftehim mal-kunsill lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta’ ftehim għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mal-kunsilli lokali rigward reinstatement b’hot asphalt ta’ trinek li jkunu saru mill-korporazzjoni jew kuntratturi mqabbda minnha għal tiswijiet ta' servizzi jew xi xogħol ieħor relatat? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim hux ma' kunsilli lokali indipendenti jew inkella jekk hux mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali direttament? Jista' jgħid minn meta beda jiffunzjona dan il-ftehim u kemm għaddiet fondi lill-kunsilli lokali l-korporazzjoni permezz ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jagħti l-ammonti ta' fondi sena b’sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Taqsima Proprjetà tal-Gvern — kumpens lil individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern se tikkompensa lis-sid li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li l-post tiegħu kien ittieħed għal skop pubbliku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Proġett ta' Barkat — irwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29871 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ dwar ir-riħa li ħierġa mill-proġett ta' Barkat? Jikkonferma li hemm din ir-riħa u minn fejn ġejja? X'tip ta' materjal qed jintefa' fil-baħar? Jista' jgħid jekk il-baħar hux qed jiġi mniġġes?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-irwejjaħ li qed joriġinaw mill-impjant Ta’ Barkat huma kawża ta’ ammont konsiderevoli ta’ materjal mhux domestiku li qed jasal fl-istess impjant. Kawża ta’ dan il-materjal qed ikollhom isiru interventi regolari ta’ tindif straordinarju li jiġġeneraw irwejjaħ mhux tas-soltu. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħda bħalissa timplimenta serje ta’ modifiki fuq l-apparat installat sabiex tottimizza il-proċess tat-trattament u tiżgura li jkun hemm l-anqas inkonvenjent possibli għal dawk li joqgħodu fil-madwar. Il-kwalita’ ta’ l-ilma fil-ħruġ ta’ l-impjant huwa skond in-normi stabbiliti fid-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Tisfija tad-Drenaġġ 91/271/EC u l-interventi qed isiru sabiex jissalvagwardjaw dan l-obbligu.

Fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ f'Marsaxlokk — użu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija 29874 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ Marsaxlokk? Jista' jgħid x'inhu l-użu tagħhom u jpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk qed jintużaw, jista' jgħid minn min? Jista' jgħid jekk hux bil-kuntratt jew bi ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-kirjiet jew allokazzjonijiet fuq partijiet minn fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ Marsaxlokk, bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.