Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — post ta' uffiċjal eżekuttiv
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mindu sar vakanti ħarġitx sejħa pubblika biex jimtela' l-post ta' uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21675
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — post ta' uffiċjal eżekuttiv
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ sejħa pubblika biex jimtela' l-post ta' uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21675
Direttorati tal-Edukazzjoni — ħatriet ta' Diretturi Ġenerali
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jagħlqu l-kuntratti għall-ħatriet ta' Diretturi Ġenerali fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Tista' tgħid kif se jiġu mimlija dawn iż-żewġ ħatriet wara li jagħlqu dawn il-kuntratti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti imsemmija għalqu fit-18 ta’ Novembru 2010 u bħalissa għaddej il-proċess neċessarju biex dawn il-kuntratti jiġu mġedda fil-parametri tal-provedimenti stabbiliti fl’Att dwar l-Edukazzjoni (Kap.327).
Tista' l-Minsitru tgħid x'għajnuna se jingħata t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li ilu erba' snin jistenna l-għajnuna kbira li għandu bżonn fl-edukazzjoni tiegħu tant li wasal fir-raba' sena u għadu lanqas jaf jaqra u jikteb u ċertament għandu bżonn ta' attenzjoni u għajnuna individwali li mhix qed tingħatalu għax l-LSA fil-klassi qed tieħu ħsieb tfal oħra u ma tistax tagħtih l-attenzjoni individwali meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux minnu li dan il-każ ilu għaddej erbgħa snin. L-applikazzjoni daħlet fl-2008 u ħadet anqas minn sentejn biex ġiet ipproċessata u mhux erba’ snin, kif jgħid hu fil-mistoqsija tiegħu.
L-Istatementing Panel ra lil dan it-tifel f’Marzu 2010 u tah l-għajnuna ta’ “Shared Support in the Same Class with an Individual Education Programme”. Dan iffiser li l-
learning support assistant
qegħda l-ħin kollu fil-klassi u qegħda taħdem skont il-
job description.
L-istatement ħareġ f’Marzu 2010 u l-ġenituri kellhom iċ-ċans jappellaw jekk ma qablux ma’ dak li rrakkmanda l-iStatementing Panel. Ta' min jgħid ukoll illi huwa l-Statmenting Moderating Panel li jiddeċiedi x’tip ta’ support għandu bżonn dan it-tifel.
Sixth Form t'Għawdex, Junior College u Higher Secondary — Suġġetti tal-Matsec
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'suġġetti qed jiġu mgħallma fil-livell 'intermediate' u 'advanced' Matsec fis-Sixth Form ta' Għawdex, fil-Junior College u fil-Higher Secondary tan-Naxxar? Kemm sigħat għandhom kull ġimgħa f'kull suġġett l-istudenti li jattendu f'dawn l-istituzzjonijiet edukattivi, suġġett b'suġġett u fil-livell 'intermediate' u fil-livell avvanzat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara li jiġi konkluż il-każ ta' approvazzjoni ta' flus mill-Awtorità tad-Djar li jirrigwarda tifel b'diżabilità, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn ix-xogħol mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġie approvat, min-naħa tal-housing kollox mexa sewwa, issa li jonqos hu l-kelma biex jibda x-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni qiegħda tiġi pproċessata. L-Awtorità tad-Djar qed tiġbor informazzjoni dwar l-assi u d-dħul tal-applikanti sabiex jiġi stabbilit jekk jikkwalifikawx taħt il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentaġġ tal-għajnuna li jikkwalifikaw għalih.
Convention on the Elimination of all Forms of Discrimination against Women
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern Malti huwiex marbut li jimplimenta dak li ġie suġġerit fil-Convention on the Elimination of all Forms of Discrimination against Women tat-22 t'Ottubru 2010, fid-dawl li punt Nru 9 jgħid "while reaffirming that the government has the primary responsibility and is particularly accountable for all the full implementation of the obligations of the state party under the convention, the committee stresses that the convention is binding on all branches of government...."?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-qasam tal-housing jiġi devolut lill-kunsilli lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar taħdem flimkien mal-kunsilli lokali imma mhux fil-ħsieb tagħha li tagħmel devolutazzjoni ta’ dawn il-binijiet.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni għaliex f'punt 26 taħt it-titlu Trafficking and Exploitation of Prostitution jgħid li about the paucity of data with regard to trafficking of women and girls into Malta. As such , the comittee was not provided with sufficient information on the actual situation in Malta and on the institutional mechanism in place to fight agains trafficking. Tista' l-Ministru tispjega?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Paġni 13-15 tar-rapport li jinsab fuq is- sit eletroniku http://www2.ohchr.org/english/bodies/cedaw/docs/AdvanceVersions/CEDAW-C-MLT-Q4-Add1.pdf, li kopja tal-paġni msemmija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — skema ta' riġenerazzjoni tal-housing estates
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li tinħareġ l-iskema ta' riġenerazzjoni tal-housing estates mill-Awtorità tad-Djar? X'tip ta' involviment mistenni jkollhom il-kunsilli lokali f'din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ilha minn Settembru ta’ din is-sena tiltaqa’ ma’ dawk il-kunsilli lokali tal-lokalitajiet fejn hemm housing estates biex tisma’ s-suġġerimenti tal-istess kunsilli. Il-ħsieb tal-Awtorità tad-Djar huwa li tibda skema ta’ rigenerazzjoni f’partijiet tal-binjiet fil-housing estates li tinvolvi lill-kunsilli lokali.
kunsilli lokali — xogħol fil-partijiet komuni ta' appartamenti tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jidħol fis-seħħ l-involviment tal-kunsilli lokali biex ix-xogħol fil-partijiet komuni ta' appartamenti tal-gvern ikunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom? X'tip ta' responsabbiltà se jingħataw? Kif qed jiġu involuti dipartimenti oħra tal-gvern bħal dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bħalissa qegħdha taħdem fil-qrib ma’ dawk il-kunsilli lokali li għandhom l-housing estates fil-lokalitajiet tagħhom u wara li qed tisma’ l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħhom, bi ħsiebha toħroġ skemi u inizjattivi biex isir xogħol ta’ manutenzjoni fil-partijiet komuni tal-binijiet tal-Gvern.
B'referenza għar-rispostal tal-mistoqsija parlamentari 20682, tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' diskussjonijiet l-Awtorità tad-Djar qed ikollha mal-kunsilli lokali? Min qed jieħu sehem f'dawn il-laqgħat min-naħa tal-Awtorità tad-Djar? Liema huma l-kunsilli lokali li diġà kellhom meeting mal-Awtorità tad-Djar? Huwa possibbli li titpoġġa kopja tal-minuti tal-laqgħat li kellu kull kunsill mal-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 20682 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar qed tagħmel laqgħat mas-Sindki tal-kunsilli lokali ta’ Malta u Għawdex fejn hemm il-Housing Estates sabiex tagħti tagħrif u tiddiskuti l-iskema ta’ riġenerazzjoni li ser tigi imnedija fil-qrib. L-għan ta’ din l-iskema huwa li ntejbu l-istat u l-kwalita’ fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern u l-madwar. Din l-iskema ser tkun mibnija kemm fuq l-aspetti ta’ riġenerazzjoni fiżika (upgrading) ta’ żoni fl-housing estate kif ukoll fuq l-aspett edukattiv fejn il-persuni li jgħixu f’dawn il-housing estates ser ikunu offruti tagħlim edukattivi li jgħinu fil-ħajja tagħhom. Il-laqgħat qed isiru mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tad-Djar u minn Uffiċjal tal-istess Awtorita’ li sal-llum iltaqgħu ma’ 22 Sindku fil-lokalitaijiet tal-Belt Valletta, Bormla, Birkirkara, Ħamrun, Marsa, Qormi, Rabat Għawdex, San Ġwann, Santa Lucia, Żabbar, Msida, Żejtun, Fgura, Żebbuġ Malta, B’Buġia, San Giljan, Mosta, Siġġiewi, Kirkop,u Tarxien) u li fil-ġranet li ġejjien ser jiltaqgħu mas-sindki ta’ Kalkara, Attard, Birgu, Lija, Mġarr, Mtarfa, Naxxar Santa Venera, Ta’Xbiex, Rabat, Għaxaq, Gudja, Gżira, Isla, Luqa, Mellieħa, Mqabba, Pieta’ M’Scala, Żurrieq u San Pawl il-Bahar suġġetta għal-konferma tal-attendenza.
Minħabba li l-laqgħat saru b’mod informali ma kien hemmx minuti uffiċċjali imma notamenti dwar il-punti u s-suġġerimenti li għamlu l-istess kunsilli.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti fuq il-proġett White Rocks kemm barranin kif ukoll il-legal advisor/s, perit/periti u financial consultants Maltin? Dawn il-konsulenti kif intgħażlu? B'direct order? Tista' tagħti lista sħiħa ta' konsulenti msemmija kif ukoll dwar xi ftehim finanzjarju u dettalji oħra milħuqa magħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21644.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu biex jiġu indirizzati l-ilmenti u t-tħassib imqajma fl-ittra mill-genituri li uliedhom jattendu skola li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorati Edukattivi qed isegwu dan il-każ mill-qrib u uffiċjali edukattivi diġà bdew ix-xogħol tagħhom fil-klassi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm full-time u part-time lecturers fl-MCAST f'Għawdex fl-aħħar tas-sena skolastika mill-2009/2010 u kemm hemm illum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar tas-sena skolastika 2009/2010, fl-MCAST Għawdex kien hemm 19-il
lecturer full-time
u 24
part-time
, filwaqt li fl-aħħar ta’ Novembru 2010 kien hemm 22
lecturer full-time
u 15
part-time
.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-housing fejn missier din l-omm ibati bi problema tax-xorb u huwa ta' neċessita li tgħix 'il bogħod mill-missier?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata toqgħod flimkien mal-ġenituri tagħha ġo post tal-gvern u applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva f'April, 2010. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha fil-waiting list għal akkomodazzjoni alternattiva għal dawn l-aħħar sentejn u fil-preżent qed tgħix fid-dar tal-ġenituri tagħha b'nuqqas ta' spazju għall-familja kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni toqgħod flimkien mal-ġenituri tagħha u applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva f'Marzu, 2009. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
San Pawl il-Baħar — Skola primarja - programmi għat-tagħlim
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'tip ta' programmi partikolari jiġu applikati bħala għodda għat-tagħlim f'dawk l-iskejjel statali li għandhom numru sostanzjali ta' nazzjonalitajiet ta' tfal li jattendu f'dawn l-iskejjel, bħalma hu l-każ tal-Iskola Primarja tal-Gvern f'San Pawl il-Baħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Iskola Primarja tal-Gvern f’San Pawl il-Baħar għandha s-servizz ta’
Language Support Teacher
u t-tfal barranin joħorġu mill-klassi għall-perjodu ta’ ħin u jmorru jitgħallmu l-Ingliż u l-Malti għand din l-għalliema. Dan isir bil-permess tal-ġenituri.
Matul din is-sena skolastika, il-
Complementary Teachers,
inkluż dawk ta' din l-iskola, se jingħataw taħriġ fit-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani (TEFL), biex ikunu jistgħu jgħinu lil tfal li m'għandhomx problema ta' nuqqas ta' ħiliet bażiċi imma m'humiex esposti għall-Ingliż.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21446, tista' l-Ministru tgħid hemmx xi tfal li ħarġitilhom care order u qed jgħixu mal-ġenituri tagħhom? Kemm huwa n-numru ta' tfal li għandhom care order u qed jgħixu fid-djar residenzjali? Hemm xi ħlasijiet addizzjonali biex dawn id-djar residenzjali jieħdu ħsieb dawn it-tfal li tkun ħarġitilhom care order?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm 3 itfal li ħarġitilhom care order u qed jgħixu mal-ġenituri tagħhom. Hemm 21 tifel u tifla li qegħdin taħt care order u qed jgħixu fid-djar residenzjali. Id-djar residenzjali jirċievu child in care benefit ta’ €70 fil-ġimgħa għal kull tifel u tifla.
B’referenza għal-tfal li mhux akkumpanjati, ma hemm l-ebda tifel jew tifla li matul l-aħħar tnax il-xahar ħarġet
care order
u baqgħu jgħixu mal-ġenituri, anki minħabba l-fatt li l-istess minuri ma jkunux akkumpanjati minn l-ebda wieħed mill-ġenituri tagħhom. Bħalissa hemm 20 minuri mhux akkampunjati li ħarġitilhom
care order
u li jinsabu f’dar residenzjali. Ma’ hemm l-ebda ħlas addizzjonali li qiegħed issir għajr dak li għandu x’jaqsam direttament mal-kura ta’ l-istess minuri.
Jeżisti wkoll fond tal-
High Support Services
li jammonta għal €709,000, li jagħti sapport lit-tfal li jkunu protetti b’care order li jkollhom imġieba diffiċli.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn ħaddiema barranin li għandhom xogħol f'pajjiżna? Minn liema pajjiż ġejjin dawn il-ħaddiema? X'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.