Legislature:
Category:
Reset
Active:

Charging Points mhux użati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir miċ-charging points li kienu jintużaw mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li waqqfet l-operat tagħha? Għalfejn wara dan iż-żmien kollu l-Gvern għadu ma akkwistax dawn iċ-charging points biex jibqgħu jintużaw għall-karozzi elettriċi, jew inkella, jekk dan ma jkunx possibbli, ineħħihom u jirranġa l-bankini?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta qiegħda f’diskussjonijiet mal-entitajiet kompetenti sabiex jiġi deċiż x’ser isir minn dawn ic-charging points.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19964.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W241.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W260.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W280.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W298.

Marsa – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17177 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Marsa fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar parkeġġi riservati fil-Marsa.

Santa Venera – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17178 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm f’Santa Venera fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar parkeġġi riservati f’Santa Venera.

Ħamrun – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17179 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Ħamrun fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar parkeġġi riservati fil-Ħamrun.

Raħal Ġdid — Triq il-Belt Valletta, Triq il-Kurvetti u Triq Brittanja - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet tlestew fit-toroq il-Belt Valletta, il-Kurvetti u Brittanja, f’Raħal Ġdid u kemm ġew jiswew dawn rispettivament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-toroq imsemmija saret ħidma estensiva b’investiment totali ta’ ftit iktar minn €1,400,000. Fi Triq il-Kurvetti sar investiment infrastrutturali ta’ €38,500 b’xogħlijiet jinkludu tqegħid tal-main tal-ilma, tibdil ta’ soqfa tad-drenaġġ, bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq u linji ġodda. Fi Triq Brittanja sar investiment infrastrutturali ta’ €467,500, bl-investiment jinkludi tqegħid ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni tul il-medda tat-triq, tibdil ta’ soqfa tad-drenaġġ b’parti mit-triq sar xogħol ta’ sistema ta’ drenaġġ ġdida; tqegħid tal-main tal-ilma filwaqt li parti mill-main kellha titbaxxa minħabba li kien fil-wiċċ, trinka u tqegħid ta’ cables tal-Enemalta, bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq u linji ġodda. Fi Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid sar xogħol estensiv kawża ta’ materjal dgħajjef li kienet komposta minnha t-triq. B’investiment ta’ €900,000 sar tibdil tal-main tad-drenaġġ u tal-ilma, trinka u tqegħid ta’ cables tal-Enemalta, bini ta’ bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq, u linji ġodda.

Swatar, Birkirkara — Triq tal-Qattus u Triq Grosseto - Traffic management assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx traffic management assessment għas-Swatar, Birkirkara (in-naħa ta' Triq tal-Qattus u Triq Grosseto) f'dawn l-aħħar sentejn, u jekk iva, jista' jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, jista' jgħid jekk hux se jsir u jekk hemmx diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar l-immaniġġjar aħjar tat-traffiku fl-akkwati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma kellha l-ebda talba għal traffic management assessment jew għal diskussjonijiet dwar immaniġjar aħjar taż-żona msemmija mingħand il-Kunsill Lokali.

Raħal Ġdid — Triq Ħal Tarxien - Pedestrian crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pedestrian crossing li sar fil-bidu ta' Triq Ħal Tarxien, f’Raħal Ġdid, ikun aċċessibbli hekk kif hemm bankina għolja biex wieħed jinżel għalih? Jista' wkoll jara li dan ikun imdawwal b'mod adekwat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għandha xogħlijiet skedati biex il-crossing li sar fil-bidu ta’ Triq Ħal Tarxien ikun aċċessibbli. Il-ħidma mistennija tkun konkluża sal-aħħar tax-xahar.

Ix-Xemxija — Proġett ta' riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-water culvert li għadu kif ġie installat bħala parti mill-proġett ta' riġenerazzjoni tax-Xemxija promenade li jaqsam it-triq ta’ Xemxija Hill tnaddafx peress li kien misdud? Jista’ jgħid wkoll li dan il-culvert li jaqsam it-triq mill-għelieqi issa jinsab fi stat tajjeb?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif ta’ din is-sistema kienet fil-pjan ta’ tindif li għaddej bħalissa u dan il-water culvert mistenni li jiġi mnaddaf fil-jiem li ġejjin.

Vetturi “Y-Plate”

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta informazzjoni dwar kemm-il Y plate ġdida ħarġet f'dawn l-aħħar sentejn, u jindika informazzjoni dwar it-tip u l-mudell tal-vettura li fuqhom ġew reġistrati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar kemm-il Y plate ġdida ħarġet f’dawn l-aħħar sentejn qegħda tiġi provduta fit-tabella segwenti u qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji kollha meħtieġa. Kategorija Total L2E 26 M1 2521 M2 176 M3 24 N1 2

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi - Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub tinqabeż l-advisory cost limit.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20122 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettiv.

Ta’ Qali — Concert Area

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid x’kienet ir-raġuni li l-ewwel kunċert li ġie organizzat (il-kunċert ta’ Ed Sheeran) wara li saret il-concert area f’Ta’ Qali, sar f’żona oħra ta’ Ta’ Qali u mhux f’dan is-sit?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għażla tal-post għall-kunċert ta' Ed Sheeran kienet deċiżjoni tal-kumpanija privata responsabbli mill-organizazzjoni tal-kunċert. Id-deċiżjoni u l-organizazzjoni ta' fejn isir il-kunċert ta' Ed Sheeran, kienet ferm qabel id-data tal-inawgurazzjoni tal-Concert Area f'Mejju li għadda.

Il-Belt Valletta — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa l-konkos/materjal wara li jitlesta x-xogħol li qed isir fuq il-blat tal-Fossa fil-Belt Valletta sabiex ikun hemm aċċess liberu għall-inġenji neċessarji biex isir ix-xogħol fuq il-Breakwater tal-Port il-Kbir, u ż-żona terġa lura għall-istat naturali tagħha? Jista’ jikkonferma wkoll li mhux ser isiru strutturi ta’ gabbani jew ta’ xi tip ieħor, temporanji jew permanenti, wara li jitlesta x-xogħol f’din iż-żona?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda pjanijiet għall-strutturi temporanji jew permanenti fiż-żona. Ix-xogħol li ser isir hu purament relatat mal-formazzjoni ta' l-aċċess għall-breakwater biex tkun tista' tissewwa l-ħsara kkaġunata mill-maltemp. Tajjeb ninnutaw li interventi simili ilhom isiru snin. Li kieku ma jsirux jkun hemm riskju ta' ħsara irriparabli fuq il-breakwater. Sa ftit żmien ilu l-aċċess kien għadu tajjeb għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa ta' illivellar ta' l-art. Nikkonferma li ż-żona ser titnaddaf mill-materjal la darba t-tiswija tkun lesta.

Test tas-sewqan — Failure rate

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta’ persuni li m’għaddewx it-test tas-sewqan ta' kull kategorija (B, D, eċċ.), bejn l-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.