Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ewropea – miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta’ CO2

Question

Peress li bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta hija obbligata li kull sena tirraporta lill-Unjoni Ewropea dwar dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li dawn il-miri jirrigwardaw setturi tat-trasport, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija qed timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport (National Transport Strategy 2050), li ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropea f’Jannar 2017, tistabbilixxi viżjoni għal tnaqqis ta’ emissjoniijet CO2 ġenerati mit-trasport bejn l-2015 u l-2050. Din l-istrateġija tipproponi numru ta’ linji gwida f’dan ir-rigward li jinkludu: - Użu iktar effiċjenti tas-sistema preżenti tat-trasport, permezz ta’ mmaniġġjar tat-traffiku, ippjanar loġistiku u infurzar; - Promozzjoni ta’ modal shift ; - Ippjanar u ddisinjar ta’ proġetti tat-trasport b’mod iktar integrat; - Promozzjoni u inċentivi favur tipi ta’ fuel u vetturi favur l-ambjent ( green fuel & vehicles) It-Transport Master Plan 2025 tinkludu numru ta’ miżuri fattwali li jwasslu sabiex l-inizjattivi msemmija jiġu mwettqa. Link to National Transport Strategy & Master Plan on TM website: http://www.transport.gov.mt/transport-strategies/strategies-policies-actions/national-transport-strategy-and-master-plan

San Ġiljan/Tas-Sliema – xogħlijiet fuq post

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza li skont stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2017, permezz tagħha l-Qorti f'Ġunju 2017 ordnat li jsiru xogħlijiet fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f'San Ġiljan u/jew Tas-Sliema?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza tal-Qorti, li l-Planning Authority irreferit għaliha fil-konferenza stampa fl-4 ta’ Diċembru 2017.

Awtorità tal-Ippjanar – akkomodazzjoni ta’ agrituriżmu – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-iżvilupp ta' akkomodazzjoni ta' agrituriżmu, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3013 (PQ 2853), l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ agrituriżmu mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 2015 1 2016 3 2017 2 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Agro + tourism · Agri + tourism · Agri + turiżmu

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal retail outlets

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2858, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal retail outlets tal-bdiewa (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3090, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat tlett applikazzjonijiet (3) għal żvilupp relatat ma’ farm retail outlets mill-01/01/2014 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 2016 1 2017 2 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Farm + retail + outlet kif msemmija fir- Rural Policy & Design Guidelines, 2014.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal sanzjonar/ bini ta’ stalel taż-żwiemel

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2859, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal sanzjonar / bini ta' stalel taż-żwiemel, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3091, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mija erba’ u għoxrin applikazzjoni (124) għal żvilupp relatat ma’ sanzjonar / bini ta’ stalel mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 2013 10 2014 5 2015 11 2016 46 2017 52 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Stables/s · Stalla / Stalel

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal Animal Sanctuaries

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2865, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Animal Sanctuaries (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2865/ 3092, l-Awtorità tal-Ippjanar ma ivvalidat jew ippublikat l-ebda applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ Animal Sanctuaries mill-1 ta' Jannar 2014 sal-lum. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Animal + Sanctuary / Sanctuaries kif msemmija fir-Rural Policy & Design Guidelines, 2014.

Artiklu 80 tal-Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp – permessi revokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm permessi li saret talba biex jiġu revokati, sena b'sena, skont l-Artikolu 80 tal-Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp minn April 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn il-permessi? Liema minn dawn il-permessi kienu fil-fatt ġew revokati? X'kienet ir-raġuni għal din ir-revoka?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ permessi li saret talba biex jiġu revokati, huma ta’ dsatax (19) għas-sena 2017 u erba’ (4) għas-sena 2016 (minn April 2016). Lista ta’ dawn id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar u mħażen agrikoli barra ż-żona ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-bini ta' kmamar u mħażen agrikoli barra ż-żona ta' żvilupp, sena b' sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3094, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt mija ħamsa u sittin applikazzjoni (665) tal-Ippjanar (Planning Applications) u ħames applikazzjonijiet tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini jew alterazzjonijiet ta’ kmamar u mħażen agrikoli barra miż-zona ta’ żvilupp mill-01/01/2013 sal-lum. Annessi hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. PAs 2013 44 2014 34 2015 157 2016 206 2017 224 DNOs 2013 2 2014 1 2015 1 2016 1 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn iż-żona hija ndikata bħala barra ż-żona tal-iżvilupp u fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · agri + warehouse/s · agri + store/s · agri + room/s · tool + room/s · maħżen / mħażen · agri + kamra / kmamar · agri + għodda / għodod

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq il-Kbira – rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq il-Kbira, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq Santa Maria – rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq Santa Maria, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kummissarju dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – konklużjonijiet tal-investigazzjoni

Question

B'referenza għall-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar (DS/212/17), jista' l-Ministru jispjega x'passi ħadet l-Awtorità wara li rċeviet il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-Kummissarju dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-ħruġ ta' dan il-permess?

Response (BORG, IAN)

Ninfurmaw lill-Onor Interpellant li l-Ombudsman għadu ma wasal fl-ebda konkluzjoni u għadu qed jinvestiga l-każ.

Bini tas-Sea Malta — twaqqigħ

Question

B'referenza għall-istqarrija tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-6 ta' Diċembru, fejn qalet li fil-każ tat-twaqqigħ tal-bini tas-Sea Malta hi kellha rapport magħmul minn konsulenti indipendenti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' tali rapport, kif ukoll jikkwota fejn f'dan ir-rapport ġie rrakkomandat li ma kienx hemm alternattiva ħlief li l-bini jitwaqqa’?

Response (BORG, IAN)

Il-konklużjonijiet tar-rapport magħmul minn konsulent indipendenti (rapport qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra) jispjega fil-qosor l-istat tal-bini meta sar ir-rapport, u dak li jista’ jsir dwar dan. Dan wara spjegazzjoni fil-kapitlu nru. 6 li fosthom jinkludu l-problemi tal-mewġ u tal-kundizzjoni tal-art li fuqu huwa mibni l-bini. Din il-konklużjoni jasal għaliha billi jispjega li: "Retrofitting of the existing building fabric, is considered to be ... impractical, given that the main causes of damages/defects are related to fundamental structural aspects such as inadequate building foundations and under-sized structural elements which are not deemed to satisfy current design Eurocodes." Il-problemi ewlenija li qed jikkawża l-periklu huma: "sea water scouring effect, unsafe structural building load capacity and inadequate building detailing". Gie meqjus li t-tiġrif aċċidentali ta’ dan il-bini seta’ jikkawża problemi fl-operat tal-port. Peress li l-bini jidher li huwa magħmul minn żewġ strutturi ta’ natura differenti, kien possibbli li l-parti viċin it-triq u l-aktar ’l bogħod mill-baħar tiġi kkonservata.

San Ġiljan – Villa St. Ignatius — xogħlijiet

Question

B'referenza għall-binja “Villa St Ignatius” f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jikkonferma x'kienu dawk ix-xogħlijiet li l-Qorti ordnat li jsiru, liema xogħlijiet kienu koperti mill-permess li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar (DS/125/17), u x'passi ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar wara li ġie rrapurtat lilha li x-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru fis-sit ma kenux konformi mal-permess DS/125/17?

Response (BORG, IAN)

Ix-xogħolijiet li l-Qorti ordnat li jsiru huma dawk li jinsabu fid-deċiżjoni tar-Rikors Ġuramentat Nru. 986/2012 AF, maħruġa fit-22 ta’ Ġunju, 2017. Fit-tweġiba għat-talba DS/125/17 li nħarġet fis-17 ta’ Lulju 2107, l-Awtorita’ tal-Ippjanar illimitat ruħha li ma’ dak li ddeċidiet il-Qorti, żżid: “In the circumstances, the Planning Authority hereby grants consent for works to be carried out to enable the execution of the sentence decreed by the Court up to, but no further than, the Court’s decision quoted above, and subject to the following conditions: a) This consent is valid for the period decreed by the Court and it will cease to be valid if the remedial works are not completed by the end of this validity period. b) This consent relates only to the Works indicated in the Court Decision as interpreted and directed by the nominated Court Expert Perit Alan Saliba, who shall be the sole person to dictate the extent of the works needed to be carried out in accordance with the Court Decision. All works shall be directed by the Court Expert, who shall submit a report for record purposes (accompanied by drawings) to the Planning Authority on completion of the work. ” c) – k) other standard conditions." Minkejja li t-talba DS/125/17 kienet tinkludi pjanti ta’ proposti ta’ xogħlijiet, ebda pjanta ma ġiet approvata, għajr is-Site Plan (1A) , biex b’ebda mod ma jikkonfondi jew imur kontra l-inkarigu tal-Perit appuntat jew joskura dak stipulat fis-sentenza msemmija.

Awtorità tal-Ippjanar – notifika ta’ skedar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġitx notifika ta' skedar ta' "Villa St Ignatius" wara li tali skedar ġie rrakomandat mis-Sovritendenza għall-Wirt Storiku?

Response (BORG, IAN)

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għadha ma talbitx lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tiskeda "St Ignatius Villa" fi Triq Scicluna, San Ġiljan. Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħarġet notifika ta’ sospensjoni tax-xogħol skont kif mitlub mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, 2002 (kif emendat). Dan sabiex is-Sovrintendenza u l-Awtorita’ tal-Ippjanar ikollhom żmien biżżejjed biex janaliżżaw id-diversi rapporti mħejjija minn konsulenti tas-sidien u oħrajn ippresentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini mill-ġdid/twaqqigħ ta' ħitan eżistenti u bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjieħ, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? X' tip ta' applikazzjonijiet saru (DNO, Summary, Full Application, etc.)? F'liema lokalità jinsabu? F' kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3011 kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari numru 2848, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mitejn tnejn u disgħin applikazzjoni (292) tal-Ippjanar (Planning Applications) u disa’ u erbgħin (49) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini ta’ ħitan tas-sejjieħ. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. PAs 2013 34 2014 32 2015 65 2016 79 2017 82 DNOs 2013 14 2014 10 2015 10 2016 10 2017 5 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · Rubble + wall · Ħajt + sejjieħ · Ħitan + sejjieħ Ta min jinnota li l-proposta tista tinkludi element ta’ irrangar jew alterazzjonijiet ta’ ħitan ukoll u li re-erection / re-building ġew inklużi ma’ din il-lista.

Iż-Żurrieq — Vjal ix-Xarolla u Ħal Safi; Triq il-Kuċċard – tlestija ta’ xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi? Jista’ jgħid x'xogħlijiet saru s'issa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2851 f’Seduta 67.

Transport Malta — Deċiżjoni dwar Appell

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Transport Malta tagħti d-deċiżjoni tagħha fil-każ tal-appell lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u dan sabiex tkun mogħtija rimedju tant meħtieġ minħabba d-diffikultajiet li din l-istess persuna qed tiltaqa' magħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta irċeviet notifika mir-Review Panel, CRPD li se jistħarreġ dan il-każ ta’ Parkeġġ Riservat. Għaldaqstant, Transport Malta qed tistenna deċiżjoni finali mingħand dan il-Bord.

Il-Mosta — Triq Sir Temi Zammit - Arbli mingħajr bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex arbli tad-dawl fi Triq Sir Temi Zammit, it-triq li mill-Mosta tmur għall-Imġarr, spiċċaw bla bozoz u llum huma arbli bla dawl?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-arbli ġarrbu ħsarat kawża ta’ vultaġġ għoli, u f’dan l-istadju jrid jiġi deċiż jekk tiġix msewwija l-ħsara jew jinbidlu f’arbli ġodda. Madanakollu qed isir kull sforz minn Transport Malta sabiex din is-sitwazzjoni tkun ġiet indirizzata fil-ġranet li ġejjin.

Il-Mosta — Triq Patri Ġuże Delia - Bini ta' boundary Wall

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex jara li minkejja r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2895, jitneħħa l-perikolu li hemm fil-preżent bil-bollards tal-konkos li qegħdin fil-post proviżorjament minflok boundary wall li kellu jinbena minflok ħajt tas-sejjieħ li kien qed jaqa' waqt li karozzi tal-linja jew vetturi kbar kienu jgħaddu minn din it-triq? Jista' jieħu l-passi immedjatament biex jitneħħa l-perikolu li hemm fil-preżent?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li Transport Malta se terġa’ tiddiskuti s-sitwazzjoni mal-entita’ kkonċernata biex ikun jista’ jsir il-bini tal-ħajt kif mixtieq.