Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7418 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'se jsir eżatt biex jitneħħa l-asbestos mill-Isptar Boffa? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proċess? Jista' wkoll jikkonferma l-pjanijiet tal-Gvern li jutilizza l-Isptar San Luqa bħala awżiljarju għal dak ta' Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7427 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Eżamijiet għal kanċer tas-sider

Question

Huwa minnu li ngħatat xi ordni biex eżamijiet għal kanċer tas-sider, teknikament magħrufa bħala mammogram, jkunu jistgħu jsriu biss meta t-tabib kuranti jkun ikkonferma dijanjosi li jkun feġġ dan it-tip ta' kanċer fuq pazjenta? Il-Ministru huwa konxju tal-fatt li ntqal lil persuni li marru l-Isptar Mater Dei biex jagħmlu mammogram bħala prekawzjoni wara xhur ta' stennija, li dan it-test mhux ser isirilhom minħabba ordni ta' dan it-tip?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7475 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Patoloġija — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4550 u cioè: Jaf li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess? Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi full-time, liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi? Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-omm li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament, għal talba ta' akkomodazzjoni alternattiva mal-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata qed toqgħod ma’ ommha u ma’ missierha ġo appartament tal-Gvern b’żewġt ikmamar tas-sodda. Il-każ qed jiġi kkunsidrat u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa ħalli nsibulha post fejn xtaqet hi.

każ fuq pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jattwa l-passi neċessarji u opportuni sabiex ssir revizjoni tal-pensjoni dovuta lil-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li dan l-eżerċizzju huwa aktar milli tardiv?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7519 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti irregolari — prekawzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet hux qed jieħdu xi prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati xi epidemiji li jistgħu jkunu qed jinġarru mill-immigranti irregolari li għandna kemm fiċ-ċentri ta' detenzjoni kif ukoll fl-open centres?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Iniżjattivi ġodda għan-nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'iniżjattivi ġodda hemm pjanati għas-sena 2009 ħalli jħajjar iktar il-mara biex tibqa' fid-dinja tax-xogħol u iktar nisa jitħajjru joħorġu f'dan is settur?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7098.

Miżuri ta' sapport għan-nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' sapport jeżistu fil-prattika sabiex jagħtu sapport lil mara ħalli tkopmli fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm hemm nisa li qed jaħdmu mal-Gvern fuq bażi ta' flexi hours ? Jista' jgħid kemm hemm nisa li qegħdin bir-reduced hours ħalli jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7098.
Leg 11 PQ #7046 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonant — Talba għal ħlas lura

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob ħlas lura tas-sena 2005 għax kienu qalulu li dawn il-flus se jingħataw wara l-collective agreement?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant ikun iktar preċiż fil-Mistoqsija tiegħu.

Sptar Mater Dei — Mediċina Xeralto

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala t-tobba fl-Isptar Mater Dei qegħdin jippreskrivu l-mediċina Xeralto meta din il-mediċina ma tinstabx fl-isptar u jkun hemm bżonn tinxtara privatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7277 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6929 u 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali: i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment; ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B) u minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz! Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7288 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

programm nazzjonali ta' breast screening — lokazzjoni ġdida

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7117 u cioè: Filwaqt li wieħed jieħu nota pożittiva tad-deċiżjoni tal-Gvern li sa fl-aħħar ser jiġi allokat sit għaċ-ċentru minn fejn għandu jiġi mniedi l-programm nazzjonali ta' breast screening, jaħseb l-Ministru li s-sit identifikat fejn qabel kien hemm il-Bank Of Valletta taħt il-Barrakka ta’ fuq fejn hemm id-Dwana ma tantx huwa idoneju għall-inizjattiva simili bħala location għax fejn ser jkun iċ-ċentru il-ġdid ma tantx joffri privatezza għad-dħul fil-premises kif wkoll li dan ser jiġi located f’area normalment iffrekwentata mill-burdnara u cargo handlers u dan apparti problemi ta’ parking? Għaliex il-Gvern ma addattax parti mill-ex Sptar San Luqa għal dan iċ-ċentru? Kien hemm xi ħlas biex il-gvern akkwista il-proprjetà ikkonċernata jew din kienet ilha li ġiet f’idejn il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-sit identifikat għas-servizz nazzjonali ta’ Breast Screening hu 17-18, Xatt Laskaris, il-Belt Valletta fejn qabel kien hemm fergħa ta’ l-HSBC. Il-post se jiġi refurbished estensivament u mgħammar b’dak kollu li hu meħtieġ biex jilqa’ fih il-klijenti bl-aktar mod akkoljenti. Is-sit hu wieħed centrali li jista’ jintlaħaq facilment kemm bit-trasport pubbliku u kemm bit-trasport privat. Bħalissa qed isiru wkoll diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kif ukoll ma’ l-ADT biex tiġi mtejba kemm jista’ jkun l-accessibilità. L-area hi frekwentata mill-pubbliku in ġenerali u mhux mill-burdnara u cargo handlers biss u għalhekk dan m’għandux ikun ta’ deterrent għall-pubbliku li se jagħmel użu minn dan is-servizz. Informat ukoll li l-Breast Screening huwa servizz preventiv li jiġi offrut fil-kommunità lil nisa li huma f’saħħithom u mhux fi sptar li hu assocjat mal-kura tal-mard. Id-Diviżjoni tas-Saħħa se tkun qed tikri din il-propjetà mingħand il-Gvern għas-somma ta’ 3000 ewro fis-sena.

Flus lil kuntratturi u agent ital-pinnoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti l-gvern fi flus lil kuntratturi u agenti li jforni lill-gvern f’pinnoli u apparat mediku? Jista’ jgħid meta beħsiebu jaqta’ dan id-dejn? Hemm xi pjanijiet biex għal futur ma nerġgħux nispiċċaw f’din iċ-ċirkustanza?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Gvern fl-aħħar ta’ Frar 2009 kellu jagħti l-ammont ta’ Euro 29,092,375 lill-fornituri Maltin u Barranin għall-mediċini u surgical devices. Minn dan l-ammont, inqas minn Euro 3 miljun kienu dovuti għall-150 ġurnata jew aktar u qegħdin jitħallsu f’Marzu 2009. Il-kuntratti tas-supply ta’ mediċini u surgical devices jispeċifikaw li l-valur tal-fattura trid titħallas sa’ 150 ġurnata minn meta s-supply tiġi aċċettata mid-Dipartiment tas-Saħħa. Għaldaqstant, l-ammont dovut jitħallas meta jkun il-waqt li għandu jitħallas. Informat ukoll li l-pjanijiet preżenti jinkludu li l-ordinijiet għall-mediċini u surgical devices isiru aktar viċin meta huma meħtieġa billi l-kuntratti kollha jesiġu delivery period iqsar u għalhekk jitnaqqas iż-żmien ta’ stockholding fl-iStores ewlieni tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Pilloli li jidaħħlu fuq il-kartuna is-safra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iltaqa’ d-DPPM (Directorate for Pharmaceutical Policy and Monitoring) matul is-sena 2008? Liema pilloli ġew ikkonsidrati biex jidħlu fuq il-kartuna s-safra matul is-sena 2008? Kemm hemm pilloli approvati mid-DPPM u li għadhom ma daħlux fis-sistema ta’ pilloli b’xejn fuq il-kartuna s-safra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

CDAU — baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-baġit tac-CDAU? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi talba minn dan il-unit biex jixtru toys u apparat għat-tfal matul is-sena 2008 u għadha ma ġietx milqugħa sal-lum? Jista' jgħid jekk hux beħsiebu jimplimenta dawn it-talbiet matul is-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li s-CDAU m’għandux baġit specifikament allokat għalih, iżda jaqa’ taħt il-baġit ta’ l-iSptar Mater Dei. Ma jirriżultax li kien hemm talbiet minn dan il-unit biex jinxtraw toys u apparat għat tfal li ma ġewx milqugħa.

Kliniċi tal-gvern — pażjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm raw pazjenti l-kliniċi tal-gvern li joffru servizz lil pazjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra matul is-sena 2008? Kemm hemm waiting time sabiex jarak psikjatra f’waħda minn dawn il-kliniċi? Kemm huwa l-persentaġġ tal-Maltin li huma kkalkulat li jbatu minn problemi psikjatriċi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pazjenti bid-dimentia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hawn pazjenti bid-dimentia u li jgħixu fil-komunità? Jista’ jgħid kemm huwa in-numru dawn l-pazjenti li għandhom din il-kundizzjoni u huma istituzzjonalizzati? Jista’ jgħid jekk huwiex fil-ħsieb tiegħu li jibdew jipprovdu l-kura sintomatika li hawn fis-suq?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li f'Malta hu stmat li hawn madwar 4350 persuna bid-Dimenzja. Ma hemmx studji li jħarsu lejn kemm minn dawn il-pazjenti jgħixu fil-komunita' u kemm jgħixu f'istituzzjoni. Statistika mill-Ewropa tindika li madwar 66% tal-persuni bid-dimenzja jgħixu fil-komunita'. Informat ukoll li bħalissa, id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħda tagħmel eċerċizzju biex tiġi riveduta l-lista ta' mediċini li jittieħdu b'xejn bil-kartuna s-safra (Schedule 5). Waħda mill-mardiet proposti għal kunsiderazzjoni hija d-dimenzja.

Għawdex — San Lawrenz - applikazzjonijiet għal flats u penthouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tal-applikazzjonijiet li ħarġu fil-15 ta' Novembru, 2007 għal flats u penthouses fir-raħal ta' San Lawrenz f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kien hemm biss seba’ applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet. Il-proġett kien ser ikopri ferm iktar appartamenti. Minħabba id-domanda ferm żgħira li kien hemm, l-Awtorita’ qed taħdem fuq pjan ta’ kif tista’ takkomoda it-talba ta’ l-applikanti filwaqt li l-Awtorita’ ma tidħolx fi spejjes ta’ bini ta’ appartamenti li m’hemmx domanda għalihom.
Leg 11 PQ #7029 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Santa Luċija — Triq il-Ġnien Block 1 - rranġar

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru locks u tiġi rranġata it-tarġa tal-bieb komun ta' Block 1, Triq il-Ġnien, Santa Luċija, peress li meta jkun ir-riħ dejjem jissabbat u jidħol ħafna ħmieġ?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #7031 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna li ma taqbadx il-paga minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament li ma taqbadx il-paga minima u ser tkompli taħdem, huwiex minnu li trid tħallas il-bolla xorta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.