Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema — Kwereli

Question

Fid-dawl li l-Kummissarju tal-Pulizija naqas li jagħti risposta fuq il-kwereli, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti update/risposta fuq dawn il-kwereli, li saru minn diversi residenti li joqogħdu f’Tas-Sliema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12639.

Paceville – Tipjip tal-kannabis fil-pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15336 u 14638, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-użu tal-kannabis fil-pubbliku huwiex wieħed legali jew illegali? Jekk dan il-konsum fil-pubbliku huwa u għadu wieħed illegali, jista’ jgħid kemm inqabdu persuni jabbużaw mill-użu tal-kannabis fil-pubbliku ġewwa Paceville bejn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u l-20 ta’ Marzu 2024, kien hemm ħmistax-il każ fejn persuni nqabdu mill-Pulizija jagħmlu użu tal-kannabis fil-pubbliku. Dawn kienu fil-lokalitajiet tar-Rabat, Malta, in-Naxxar, Marsaskala, il-Marsa, Valletta, Paola u ż-Żurrieq.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Abbużi minn sustanzi illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li preżentement jinsabu ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inqabdu jabbużaw minn sustanzi illegali bejn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-kuntrarju ta’ amministrazzjoni preċedenti, id-droga mhux tollerata jew imħeġġa ġewwa l-ħabs, tant li jsiru testijiet frekwenti u kull każ ta’ persuna pożittiva jittieħed b’serjetà. Dan għin sabiex għal dawn l-aħħar snin kellna ħabs ħieles mid-droga. Fil-perjodu msemmi, bejn Jannar 2023 u Marzu 2024, saru 7,051 test spontanju lill-persuni li qed jiskontaw sentenza. Is-7,051 test jinqasmu kif ġej: 5,500 saru tul l-2023 u minnhom ħarġu biss 8 persuni pożittivi jew 0.15% mit-tests kollha filwaqt li mill-bidu ta’ din is-sena sad-data li qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari saru 1,551 test li minnhom żewġ persuni biss ħarġu pożittivi jew 0.13%. Wara li persuna tinstab pożittiva għal xi sustanza, isiru l-investigazzjonijiet neċessarji mill-awtoritajiet sabiex jiġu stabbiliti l-fatti u jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. Dan l-impenn qed iżomm ħabs nieqes mid-droga, li mbagħad ikun jista’ jiffoka fuq mir-rijabilitazzjoni tal-persuni permezz ta' diversi professjonisti.

Żwiġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn l-2010 u l-2023 maqsuma b’sena sena u kemm kien hemm żwiġijiet bil-Knisja bejn l-2010 u l-2023 maqsuma b’sena sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tinsab it-tabelli t'hawn taħt: MARRIAGES 2010 TO 2023 By Dates of Marriage - Gozo Only YEAR RELIGIOUS CIVIL 2010 193 47 2011 147 38 2012 156 55 2013 125 48 2014 158 62 2015 143 69 2016 135 73 2017 139 77 2018 129 82 2019 98 70 2020 46 29 2021 150 38 2022 118 68 2023 131 80 MARRIAGES 2010 TO 2023 By Dates of Marriage - Malta Only YEAR RELIGIOUS CIVIL 2010 1547 740 2011 1444 838 2012 1490 1036 2013 1248 1065 2014 1317 1231 2015 1373 1284 2016 1262 1451 2017 1222 1405 2018 1123 1382 2019 1007 1376 2020 315 714 2021 1006 992 2022 1032 1217 2023 834 1194

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15084 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2020 kien hemm ħdax (11)-il persuna li tressqet il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali. Il-proċess għadu sub judice f’ħames (5) każi. F'żewġ (2) każijiet il-persuna lliberata. Fi tliet (3) każi oħra il-persuna kkonċernata ġiet meħlusa b’kondizzjoni u kien hemm każ (1) fejn il-proċeduri ġew eżawriti.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15085 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika, fis-sena 2023 kien hemm ħamsa u ħamsin (55) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, kien hemm elfejn u dsatax (2019) -il każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati mill-GBDVU. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli għal din is-sena, meta l-proċess jitlesta.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15086 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika, fis-sena 2022 kien hemm erbgħa u sittin (64) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, kien hemm elf sitt mija u sittin (1660) każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati mill-GBDVU. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli għal din is-sena, li fiha il-proċeduri fil-qrati ġew ċentraliżżata u ma baqgħux mifruxa ma’ diversi seduti distrettwali.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15087 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika fis-sena 2021 kien hemm tlieta u ħamsin (53) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, kien hemm elf sebgħa mija u sebgħa u sebgħin (1777) każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati mill-GBDVU. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli mis-sena 2022, id-data meta l-proċeduri fil-qrati ġew ċentraliżżata u ma baqgħux mifruxa ma’ diversi seduti distrettwali.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15088 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar reati marbuta ma’ vjolenza domestika, fis-sena 2020 kien hemm ħamsin (50) każ ta’ persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija f’Għawdex. F’Malta, meta l-każi ta’ vjolenza Domestika ġew ċentraliżżati minn Ottubru 2020 mat-Taqsima tal-GBDV, kien hemm erba’ mija u sittin (460) każ ta’ persuni li ġew imressqa fuq l-istess reati. Dwar l-eżitu ta’ dawn il-każi, din l-informazzjoni mhux disponibbli u hemm proċess biex din tkun disponibbli mis-sena 2022, id-data meta l-proċeduri fil-qrati ġew ċentralizzati u ma baqgħux mifruxa ma diversi seduti distrettwali.

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17286 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 16926, 16927 u 16928, jista’ l-Ministru jgħid, x’qed isir biex tiġi indirizzata ż-żieda allarmanti tan-numru ta’ persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li jiddaħħlu l-Isptar Mater Dei, il-pulizija ġeneralment tiġi nfurmata meta jkun hemm każi ta’ overdose, anke f’każ ta’ drogi bi preskrizzjoni, biex tkun tista’ tinvestiga. Infurmat li investigazzjonijiet isiru wkoll meta l-persuni jkunu ġew riferuti mill-pulizija stess fl-isptar. Il-pulizija, speċjalment dawn fit-taqsima ta’ kontra droga, tagħti sehma wkoll biex tali materja tiġi ndirizzata. Dan hekk kif torganizza taħdidiet u diskussjonijiet matul is-sena skolastika fejn tisħaq fuq l-effetti negattivi ta’ droga, kif ukoll l-alkoħol. Taħdidiet isiru wkoll f’positijiet oħra fil-komunità, biex jintlaħaq l-istess għan, fejn jirrigwarda persuni adulti. Il-Ministeru u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi għandom wkoll ftehim mal-Caritas sabiex ikunu megħjuna joħorġu mill-vizzji dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza l-ħabs

Raħal Ġdid — Għassa tal-Pulizija - Apparat tal-interrogazzjonijet awdjo viżwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-apparat li jieħu l-interrogazzjonijiet b’mod awdjo viżwali fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid ilu xhur ma jaħdimx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-apparat tal-interrogazzjonijet awdjo viżwali fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid saritlu manutenzjoni u tiswija meħtiega, u dan jista’ jintuża.

FCID u Depot tal-Pulizija — Apparat tal-interrogazzjonijet awdjo viżwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-apparat tal-interrogazzjonijet awdjo viżwali fil-Financial Crimes Investigations Department (FCID) u fid-Depot tal-Pulizija għadu b’DVD li ħadd għadu ma juża, minflok b’USB?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi jintuża DVD fl-apparat tal-interrogazzjonijet awdjo viżwali fil-Financial Crimes Investigations Department (FCID) u fid-Depot tal-Pulizija u mhux USB / pen drive. It-tip li jintużaw huwa secure storage li ma jistax jiġi mbagħbas. Dan kuntrarju għal pen drives li ma humiex read-only, u għaldaqstant l-użu tagħhom mhux ikkunsidrat bħala secure storage.

Talbiet għal Avukat tat-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mis-sena 2015 sal-aħħar tas-sena 2023, sena b’sena, il-Pulizija talbet lill-Qorti sabiex jinħatar Avukat tat-Tfal sabiex jassisti f’każijiet fejn il-minuri huma vittma, skont l-Artikolu 14 ta’ Kap. 539 (Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn in-nomini kienu jirrigwardjaw Avukati tat-Tfal u kemm kienu Avukati tal-Għajnuna Legali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15078 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2022 kien hemm tlett (3) persuni li tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Il-proċess għadu sub judice f’żewġ każi. Fit-tielet każ il-persuna kkonċernata ġiet meħlusa b’kondizzjoni għal sitt xhur u mmultata 150 Ewro.

Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15079 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2021 kien hemm erbgħa (4) persuni li tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. F’każ minnhom il-persuna mressqa ngħatat ordni ta’ probation – f’ każ ieħor persuna ma nstabetx ħatja - każ għadu għaddej u f’każ ieħor il-persuna ngħatat obligazzjoni in atti.

Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15080 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2020 kien hemm persuna li tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Il-każ għadu sub judice.

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15081 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2023 kien hemm tnejn u għoxrin (22) persuna li tressqet il-Qorti akkużati b' reat marbut ma' fastidju sesswali. Il-proċess għadu sub judice fi sbatax (17) -il każ. Kien hemm każ (1) fejn il-persuna ġiet illiberata. Każ (1) fejn inħarrġet ordni ta’ probation u każ (1) fejn nħarġet ordni ta’ probation u ħamsin siegħa xogħol fil-komunità. F’każ (1) ieħor ingħatat sentenza sospiża u ordni ta’ trażżin għal tlett snin u każ (1) fejn il-persuna ġie lliberat b’kondizzjoni.

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15082 li orġinarjament saret lill Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2022 kien hemm dsatax il-każ fejn (19) -il persuna tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali. Disa’ (9) każi għadhom sub-judice u każ (1) fejn il-persuna ġiet lliberata. F’żewġ (2) każi il-ħatja ngħataw liberta kondizzjonata għal sentejn u f’każ (1) ieħor persuna ngħatat ordni ta’ Probation u erbgħin siegħa xogħol fil-komunità. Persuna (1) ngħatat ordni ta’ probation u ordni ta’ protezzjoni. Kien hemm żewġ każi (2) fejn il-proċeduri ġew eżawriti u żewġ każi (2) fejn inħarġet ordni ristrettiva u ordni ta’ protezzjoni għal tlett snin. F’każ (1) ieħor fejn ingħatat obligazzjoni in atti.

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15083 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill fis-sena 2021 kien hemm erbatax (14) -il każ fejn persuni tressqu il-Qorti akkużati b'reat marbut ma' fastidju sesswali. Erba’ każi huma sub-judice. Żewġ każi fejn il-persuna ġiet lliberata, waqt li żewġ każi kienu preskritti. Tlett każi oħra kellhom il-proċeduri eżawriti, f’każ kien hemm ordni ta’ probation, u każ ieħor fejn il-persuna weħlet multa u ngħatat ordni ta’ protezzjoni għal tlett snin. Każ ieħor qiegħed għas-sentenza.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15429, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17073.