Legislature:
Category:
Reset
Active:

Data Cenres tal-MITA — emails stored

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema mid-data centres tal-MITA se jiġu stored l-emails tal-gvern? Għal liema medda ta' żmien se jinżammu dawn ir-records li jgħaddu mill-Gov.mt portal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-soluzzjoni ta’ email użat mill-gvern huwa fil-fatt implementat b' mod tali li tista’ topera minn kull data centre tal-MITA sabiex f’kaz ta’ downtime f’xi waħda mill-faċilitajiet, is-servizz jibqa’ jiġi pprovdut b’mod normali. It-tul ta’ żmien li email tinżamm tiġi ddeterminata mill-utent li jirċievi l-email u mhux mis-sistema li tikkomunika dik l-email.

PC leasing tender — suppliers

Question

Dwar il-pc leasing tender il-kbir li nħareġ ftit xhur qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid jekk l-obbligi kuntrattwali ta' kull supplier ġewx onorati minn dak iż-żmien 'l hawn? F'dawk il-każijiet fejn dan ma kienx il-każ, jista' jgħid liema kienu d-ditti li ma żammewx mal-ftehim u x'passi ttieħdu dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Venera — Corporate Data Centre - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti tal-parkeġġ hemm għal dawk kollha li b'xi mod se jkollhom x'jaqsmu mal-Corporate Data Centre tal-Malta Information and Technology Agency f'Santa Venera? Dan aktar u aktar minħabba l-limitazzjonijiet ta' parkeġġ li hemm bħalissa fl-akwati.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-binja li ħa tintuża bħala Corporate Data Centre f’Santa Venera kienet binja eżistenti li ma kellhiex parkeġġ. Il-MITA għamlet tibdil fil-bini pero' dan ma jinkludix faċilita’ ta’ parkeġġ. Id-dettalji kollha jinsabu fil-permess maħrug mill-MEPA bin-numru PA/03987/10. Infurmat ukoll li, sabiex ikun evitat l-iskariġġ għall-impjegati kif ukoll biex itaffi l-impatt fuq ir-residenti ta’ Sta Venera, l-Aġenzija ser tkun qed tuża ix- shuttle service intern tagħha biex tiffaċilita t-trasport tal-impjegati bejn il-parkeġġ fi Blata l-Bajda u Santa Venera.

Tiswija ta' linja tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-linja tat-telephone ta' mara separata, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab bla ebda komunikazzjoni u li tgħix flimkien ma' uliedha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Għawdex — Reġistru Pubbliku - diretturi li ma jiffirmax insinwi u ipoteki

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permessibbli u legali li d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex ma jiffirmax il-kopji tal-insinwi u ipoteki u jagħti kopja tagħhom lin-nutara? Jekk dan mhux permessibbli u mhux legali, x'passi se jittieħdu kontra dawn l-abbużi?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor Interpellant li mhix il-konswetudini li l-Ministri jagħtu pariri legali fi tweġibiet għal domandi parlamentari. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, peress li l-amministrazzjoni tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex hija totalment reponsabbilta ta' Ministeru ieħor, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku - ħaddiema li jagħmlu xogħol part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li impjegati tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku t'Għawdex jagħmlu xogħol relatat part-time? Jekk iva, liema dawk il-karigi li għandhom il-permess u liema huma dawk il-karigi li m'għandhomx permess? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat b'dawk li qed jagħmlu xogħol part-time relatat max-xogħol tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex? Jekk mhux infurmat, il-Ministru se jinvestiga u/jew se jieħu xi passi dixxiplinarji kontra min qiegħed jabbuża mill-kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-amministrazzjoni tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex hija totalment responsabbilità ta' Ministeru ieħor, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Reġistru Pubbliku - abbużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux permess li peress li n-nutara u l-iskrivani tagħhom mhux dejjem ikunu jistgħu jinqdew mir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex għaliex ma jkunx hemm min huwa responsabbli, qed jitħallew ċekkijiet vojta sabiex isiru l-ħlasijiet meħtieġa? Jekk dan mhux permess, x'passi se jittieħdu kontra min qiegħed jagħmel u jħalli dan l-allegat abbuż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.28132.

Għawdex — Rabat - Putirjal - zebra crossing faded

Question

Peress li fi triq Putirjal fir-Rabat Għawdex tneħħiet iż-zebra crossing li kien hemm u saret oħra f post differenti u peress li din iz-zebra crossing li saret la fiha dwal u hija faded ħafna u allura qed tinħoloq konfuzzjoni fost is sewwieqa, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ż-zebra crossing inżebgħet mill-ġdid riċentement u d-dwal għandhom jitwaħħu fil-ġimgħat li ġejjin.

Transport Malta — nies ġodda impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mat-Transport Malta minn Jannar 2011 s'issa? Jista' jgħid f'liema grad kienu? Jista' jgħid ukoll kif ġew impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta impjegat 40 persuna ġdida mill-1 ta' Jannar s'issa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni meħtieġa.

Grand Harbour Regeneration Consortium

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies li jiffurmaw parti mill-Grand Harbour Regeneration Consortium, kif ukoll x'inhi l-posizzjoni tagħhom? Jista' jgħid x'inhu s-salarju u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-Ministeru tiegħi ma' għandu ebda enti bl-isem indikat.

Grand Harbour Regeneration Consortium — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabilità tal-Grand Harbour Regeneration Consortium?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28476.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Wileġ - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li kienu ġew approvati erba' snin ilu, u li għadhom qatt ma bdew jiffunzjonaw minkejja li l-arbli tagħhom ilhom imwaħħla xhur sħaħ, fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar (ħdejn il-ground tal-football), fil-fatt jibdew joperaw biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jkunu għaddejjin minn dawk l-inħawi u jkunu jridu jaqsmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn il-pelican lights se jiġu stallati fil-ġimgħat li ġejjin.

provvista ta' trasport pubbliku — tender

Question

Jiista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender li nħarġet għall-provvista ta' trasport pubbliku? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mal-Arriva?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra CD b'kopja tat-tender li nħarġet għall-provvista tat-trasport pubbliku. Min din qed titneħħa informazzjoni dwar salarji minimi għall-impjegati b'rispett għall-kunfidenzjalita kummerċjali. Fir-rigward tal-kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mal-Arriva, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27764.

limiti ta' Ħal Lija — tneħħija ta' traffic lights

Question

Jista' l-Minsitru jirrevedi d-deċiżjoni u jneħħi t-traffic lights ta' fejn Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija li ġew stallati sabiex kultant taqsam it-triq il-karozza tal-linja peress li dawn it-traffic lights qegħdin joħolqu ħafna traffic jams kbar matul ir-rush hours u fuq kollox il-karozzzi tal-linja faċilment jistgħu jmorru fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi jduru mar-roundabout li hemm ftit 'il fuq minn din il-junction?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru la hu u lanqas għandu ntenzjoni jibda jieħu d-deċiżjonijiet dwar fejn jiġu stallati t-traffic lights imma jħalli dawn id-deċiżjonijiet tekniċi f'idejn it-tekniċi u nassigurah ukoll illi dawn it-tip ta' deċiżjonijiet ma' jiġux riferiti lili għall-approvazzjoni.

Birgu, l-Isla u Bormla — proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-proġetti kapitali li bdew isiru f'din il-leġislatura u kemm hi n-nefqa totali għal dawn il-proġetti kapitali li jinsabu fil-lokalitajiet tal-Birgu, l-Isla u Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġetti huma tal-Baċir Nru 1 li jinkludi Xatt ir-Risq u l-Housing Estate u l-Proġett tar-Rijabilitazzjoni madwar ix-Xatt tal-Isla. Dawn il-proġetti huma stmati li se jiswew €11.3 miljun

Transport Malta — Trasport Pubbliku mill-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontribu qiegħda tagħti Transport Malta fl-operat tat-trasport pubbliku mill-Arriva? Jista' jgħid kemm hemm persuni ta' Transport Malta nvoluti f'dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

konċessjoni tal-Malta Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni preżenti tal-konċessjoni tal-Malta Freeport u jekk għadhiex f'idejn is-CGM-CMA?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi xejn ma' nbidel fil-koncessjoni tal-Malta Freeport Terminals Ltd minn Frar 2008 meta giet imtawla l-kirja ghal 65 sena. It-tmexxija għadha f'idejn Malta Freeport Terminals Limited li kkontrollata mis-CMA-CGM.