Legislature:
Category:
Reset
Active:

EquestriMalta — Kumpless tal-Korsa taż-Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' moniteraġġ qiegħda tagħmel EquestriMalta biex tara li l-kumpless tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa jkun fl-aħjar stat possibbli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur privat hu obbligat li jżomm il-korsa fi stat tajjeb. Infurmat li l-EquestriMalta tgħamel moniteraġġ kontinwu u tiġbed l-attenzjoni lill-operatur fejn ikun hemm bżonn. Infurmat ukoll li l-EquestriMalta jiltaqa’ regolarment mal-istakeholders konċernati sabiex jiżguraw li l-korsa tinżamm kif mixtieq.

Skola Guardian Angel — Fact Finding Board - Rakomandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema mir-rakomandazzjonijiet li ngħataw fir-rapport tal-Fact Finding Board dwar l-Iskola Guardian Angel ġew attwati, kif ġew attawati u meta ġew attwati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

EquestriMalta — Safar minn uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'safar mill-uffiċjali ta' EquestriMalta, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Korsa taż-Żwiemel — Xogħlijiet ippjanati

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta' dati ta' xogħlijiet ippjanati biex isiru fil-proġett tal-Korsa taż-Żwiemel b'investiment ta' aktar minn €18-il miljun mill-privat, kif imwiegħed mill-Gvern fl-2019?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.

MCAST — Degree fis-Social Work

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed issir pressjoni mill-Awtoritajiet Governattivi (primarjament mill-Kap Eżekuttiv tal-FSWS) biex id-Degree fis-Social Work tal-MCAST jibda f’Ottubru li ġej, u dan minkejja li hemm ħafna preparazzjonijiet li għad iridu jsiru u li minħabba f’hekk il-pariri tal-akkademiċi konċernati huma li dan il-programm jibda fis-sena akkademika 2025-2026 biex ikun hemm żmien biżżejjed ta’ preparazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanat li l-kors imsemmi beda dan ix-xahar. Dan ser ikun ta’ livell akkademiku u professjonali kif ġie maqbul mas-Social Work Profession Board.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Events

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm saru events organizzati mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

European Sport Forum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min irrappreżenta lil pajjiżna fil-European Sport Forum li għadu kif sar f'April 2024 u ċjoè min kienu l-persuni u kif intgħażlu? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li SportMalta, bħala kordinatur tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport, tkun mistiedna biex tieħu sehem fil-Forum. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta u kif ukoll Manager fi ħdan l-entità rrapreżentaw lill-pajjiżna fil-Forum imsemmi, fejn l-ispiża totali kienet ta’ €2,008 li tinkludi per diems u akkomodazzjoni. Infurmat li din l-ispiża tiġi koperta mill-fond Ewropew tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

Ftehim Settorjali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ftehim Settorjali ffirmat nhar il-15 ta' Lulju 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hi meqjusa bħala kummerċjalment sensittiva, b’hekk tali dokument ma jistax jiġi ppublikat.

MFHEA u MQRIC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) qattx kellha lmenti formali dwar il-fatt li l-bord taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta (MQRIC) ma kienx qed jitlaqqa' matul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità għamlitx pressjoni (evidenti u allura bil-miktub) fuq il-Ministeru biex dan jibda jiffunzjona ladarba huwa dritt legali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qed jirreferi għall-bord tal-Appelli, dan il-bord qed jiffunzjona.

MFHEA – Rendikont finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont finanzjarju dettaljat tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) ladarba huwa dokumentat li l-Awtorità se jkollha żieda fid-defiċit tagħha sal-2027? Jista' jgħid ukoll x'passi qed jittieħdu biex l-Awtorità jkollha biżżejjed finanzjament biex topera?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar snin il-Gvern żied l-allokazzjoni finanzjarja għall-entità msemijja b’mod kontinwu, sabiex jassisti fejn ikun hemm bżonn.

MFHEA – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA), meta ġew appuntati u xi ħlas (jew perkaċċi jew remunerazzjoni) għandhom? Jista' jagħti wkoll it-terminu li għandhom fil-karigi rispettivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-membri tal-bord imsemmi ġiet ippublikata nhar it-22 ta’ Marzu ta’ din is-sena fuq il-Gazzetta tal-Gvern, u li din qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-membri, din tingħata skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tal-bord u l-kumitati maħtura mill-Gvern.

MFHEA – Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid min kien preżenti u minn x'ħin sa x'ħin kienet kull laqgħa li ttellgħet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul Lulju tas-sena 2023 u Lulju tas-sena 2024, il-bord imsemmi ntaqgħa 11-il darba. Preżenti għal dawn il-laqgħat kien ikun hemm il-membri tal-bord u kif ukoll CEO tal-MFHEA u fejn ikun neċessarju impjegati mill-istess entità.

Ftehim settorjali

Question

Fid-dawl tal-ftehim settorjali ġdid tal-għalliema, li ġie mħabbar li hu retroattiv mill-1 ta' Jannar 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-għalliema li kienu jgħallmu sal-aħħar ta' Diċembru 2023? Jekk iva, jista’ jgħid kif ser jitħallsu l-arretrati tagħhom u fejn hemm ħtieġa, hux se ssir korrezzjoni tal-pensjoni tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il ħaddiema li rtiraw jew irreżenjaw se jkunu qed jibbenefikaw mill-1 ta’ Jannar 2023 sa l-aħħar ġurnata tax-xogħol tagħhom. Dawn se jieħdu l-arretrati f’Diċembru. Il-pensjoni tkun tista tiġi rranġata min naħa tal-uffiċju tal-pensjonijiet peress li ma tinħadimx min dan il-Ministeru.

AIMS — Għaqdiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' għaqdiet, eċċ. li huma aċċettati u reġistrati mal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20665.

L-Imsida — Skola - carbon neutral

Question

B'referenza għall-istqarrija tal-Ministeru għall-Edukazzjoni maħruġa fil-5 ta' April 2024, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kalkoli li saru li permezz tagħhom ġie kkonfermat li l-Iskola tal-Imsida hija carbon neutral?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti neċessarji li permezz tagħhom ġie kkonfermat li l-Iskola msemmija hija carbon neutral, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.