Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13763, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kirja tal-hotel fir-Rabat, Għawdex li fiha ttieħdu l-anzjani li kienu residenti f'Sant' Anna hux qed titħallas mill-Gvern jew inkella minn Steward Healthcare?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13581.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività ta’ gala dinner għall-World Tourism Day li saret matul is-sena 2019? Jista’ jgħid x’tip ta’ tenders jew quotations ħarġu rigward din l-attività, min organizza din l-attività (isem u kunjom tal-kumpanija, individwu), kemm tħallsu u fejn ġiet organizzata din l-attività u x’kera tħallset?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li l-attività ta’ Gala Dinner fl-okkażjoni tal-World Tourism Day li saret matul is-sena 2019 ġiet tiswa s-somma ta’ €36,152.37 (VAT eskluż). Is-servizzi marbutin ma’ din l-attivita gew ingaġġati permess ta’ direct order. L-attività saret fil-Villa Rundle u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda spejjeż relatati ma’ kera.
Għajnsielem – Dar tal-Anzjani San Ġużepp – servizz minn professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm avukati, periti u professjonisti oħra taw is-servizz tagħhom u ġew mħallsa in konnessjoni mad-Dar tal-Anzjani San Ġużepp f’Għajnsielem minn meta beda dan il-proġett sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew magħżula, min kienu, x’servizz taw u kemm kien il-ħlas f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13809 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u issa ħiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student Għawdxi qed jikri appartament ġewwa Malta, minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-kirjiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 35 student li qed jieħdu l-benefiċċju tal-kera (students rental accommodation subsidy scheme) li dawn jieħdu sa massimu ta’ €900 fis-sena. Apparti minn hekk, hemm ukoll 919 student li jieħdu €1,500 fis-sena mill-Gozitan Students studying in Malta Scheme, liema skema hija maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament għalfejn it-toilets pubbliċi ġewwa x-Xlendi għad mhux miftuħa għan-nies? Jista' jgħid ukoll għalfejn il-mobile toilets temporanji ġewwa l-istess bajja, jinsabu moħbijin min-nies u ostakolati minn karrijiet tad-dgħajjes?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrina pubblika tax-Xlendi mhix miftuħa għall-pubbliku, peress li qegħdin isiru x-xogħlijiet fuq id-dry standing area u allura kien ikun ta’ periklu għan-nies li jagħmlu użu minn din il-latrina waqt li qegħdin isiru dawn ix-xogħlijiet. B’hekk biex tiġi issalvagwardjata s-saħħa u s-sigurta’ tal-pubbliku din il-latrina ingħalqet. Il-latrina ser tinfetaħ fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif il-proġett tad-dry standing area ser jiġi inawgurat u miftuħ fix-xahar li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun tesa' bċejjeċ tal-baħar id-dry standing area fix-Xlendi, ladarba titlesta? Jista’ jgħid meta din id-dry standing area ser tkun lesta għall-użu? Jista' jagħti garanzija li ladarba titlesta d-dry standing area, mhux ser tibqa l-ħtieġa li ħafna bċejjeċ tal-baħar jibqgħu jokkupaw parkeġġi għall-vetturi bħal fil-preżent?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dry standing area fix-Xlendi, l-ammont jiddependi mill-kobor tal-bċejjeċ tal-baħar li jitpoġġew hemmhekk. Hemm il-ħsieb li din id-dry standing area tkun lesta u tibda tintuża x-xahar id-dieħel.
L-użu prinċipali tagħha
huwa dak tat-tiswija u l-manutenzjoni tad-dgħajjes u għaldaqstant din id-
dry standing area
tkun tista’ tieħu numru sostanzjali ta’ dgħajjes minn inħawi fejn bħalissa qed jinżammu temporanjament id-dgħajjes fix-Xlendi meta ma jkunux fil-baħar.
Għajnsielem – Triq għall-bajja tax-Xatt l-Aħmar – tneħħija ta’ blat kbir
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jieħu passi dwar blat kbir li sfronda u imblokka t-triq li tieħu għall-bajja u l-kmamar li hemm fix-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem billi jien infurmat li diversi nies ppruvaw jgħaddu minn fuqu, b’riskju li setgħu jweġġgħu? Billi dan il-blat kbir, ilu li sfronda u għalaq l-aċċess għal parti sostanzjali mix-Xatt l-Aħmar, meta hemm il-ħsieb li dan jitneħħa ladarba l-kunsill lokali ma ħa ebda passi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex se jisottometti Environment Permit mal-ERA biex jitneħħa dan l-blat il-kbir.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13702, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari kollha kemm hi u jgħid min fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex awtorizza dawn il-varjazzjonijiet ta' mijiet ta' eluf ta' euro fil-proġett li sar mill-Miniseru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tal-Pjazza prinċipali tax-Xewkija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-varjazzjonijiet ġew iċertifikati mill-Perit responsabbli mill-Proġett u approvata skont il-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-varjazzjonijiet li kien hemm fil-Proġett li sar mill-Ministeru għal Għawdex ta' bini ta' Dar tal-Anzjani ġewwa Għajnsielem, Għawdex? Jista' jagħti spjegazzjoni ta' kull varjazzjoni li saret, min approva dawn il-varjazzjonijiet u min awtorizza l-istess varjazzjoni? Jista' jagħti data meta din id-Dar tal-Anzjani għandha tilqa' fiha l-ewwel anzjani peress li x-xogħol fuq din id-dar issa ilu għaddej aktar minn ħames snin? Jista' jgħid kemm-il parkeġġ ser jkollha din id-dar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13708, jista' l-Ministru jgħid xi studji għaddejjin bħalissa fuq il-breakwater ta' Marsalforn? Jista' jgħid min qed jagħmel dawn l-istudji u kif intgħażlu? JIsta' jgħid xi studji ġew konklużi s'issa u filwaqt li jgħid min għamilhom u kemm tħallas tagħhom, jpoġġi kopja tal-istess studji konklużi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji mistennija jħarsu lejn studji simili li saru fil-passat biex ikun jista’ jiġi żviluppat ftehim aħjar tal-kundizzjonijiet tas-sit, jiġi żviluppat disinn tal-pjan preferut biex ikunu jistgħu jitħejjew stimi tax-xogħlijiet, tinġabar biżżejjed informazzjoni biex jiġi żviluppat Project Description Statement u Environmental Impact Assessment, u biex isir ukoll optimisation tal-pjan tal-breakwater skont l-immudellar matematiku tal-mewġ u tal-bajja.
L-istudji qegħdin isiru mill-kumpanija Royal Haskoning DHV u s’issa tħallsu s-somma ta’ € 50,450.00.
Ministeru għal Għawdex – Wild Bird Regulation Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha mwaqqfa s-sezzjoni tal-Wild Bird Regulation Unit (WBRU) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? X’inhuma x-xogħlijiet ta’ din is-sezzjoni, taħt liema Dipartiment/sezzjoni taqa’ din is-sezzjoni, kemm hemm ħaddiema jaħdmu f’din is-sezzjoni u kif intgħażlu biex jaħdmu f’din is-sezzjoni, x’inhu l-grad tagħhom u x’tip ta’ xogħlijiet jagħmlu, fejn jinsabu l-uffiċini ta’ din is-sezzjoni? Kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu aktar ħaddiema fil-ġimgħat li ġejjin f’din is-sezzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) twaqqfet f’Mejju tal-2013, bl-iskop fost l-oħrajn ikun li tiġi implimentata politika ta’ kaċċa sostenibbli. Sa minn Jannar li għadda, din it-Taqsima taqa taħt il-protafoll tal-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex.
Mal-WBRU bħalissa hemm jaħdmu 22 impjegat, li 12 minnhom jaħdmu fl-uffiċju Malta u 11 fl-uffiċju ta’ Għawdex. Nofs l-impjegati tat-Taqsima ġew magħżula wara sejħa għal applikazzjonijiet, filwaqt li l-oħrajn ġew trasferiti minn dipartimenti/aġenziji oħra.
L-impjegati kollha li jaħdmu fis-settur tal-policy huma ggradwati fil-bioloġija u xjenza, inkluż il-Kap tat-Taqsima, li huwa ggradwat bħala conservation biologist b’Masters Degree mill-Università ta’ Londra.
Ix-xogħol tal-impjegati fit-Taqsima jinkludi, fost oħrajn, rapporti dwar derogi u dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-għasafar, preparazzjoni ta’ abbozzi legali u konsultazzjoni pubblika, koordinazzjoni ta’ tenders, servizz ta’ customer care, pariri tekniċi lil diversi awtoritajiet, laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea, spezzjonijiet mal-Pulizija li jinkludi servizz ta’ on-call, seduti fil-Qrati f’Malta u Għawdex u servizz ta’ segretarjat għall-funzjonijiet tal-Kumitat Ornis.
Dan apparti proċeduri relatati mal-ħruġ tal-liċenzji tal-kaċċa tal-għasafar u l-fenek selvaġġ, l-insib, l-ibbalzmar, il-falkunerija u l-bird-ringing u għajnuna finanzjarja lill-organizazzjonijiet non-governattivi għal proġetti relatati mal-konservazzjoni tal-għasafar.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14105, jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’ x’kienu x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni msemmija minnu? Jista’ b’mod partikolari jgħid jekk sarux xogħlijiet biex jiġu msaħħa s-sisien tat-triq in kwistjoni? Jista’ jgħid min wettaq ix-xogħlijiet kollha li saru f’din it-triq u kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni, li jaqgħu taħt tender bin-numru MGOZ/MPU T 37/2019 – Framework agreement for the provision of general road works including the laying of hot asphalt to the Ministry for Gozo, saru biex ma tkomplix issir ħsara fl-istruttura tat-triq. Ix-xogħlijiet saru minn Road Construction Ltd u x-xogħol huwa mistenni li jiġi jiswa madwar €22,000 (excl VAT).
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14106, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament min kienu dawk l-entitajiet jew esperti li ġew ikkonsultati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li jeżistu dwar ix-xogħol meħtieġ li jsir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu kuntratt ma’ Wirt Għawdex biex jiġu mħejjija t-topographic surveys u t-technical reports.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport Ġeoloġiku tal-istudju tat-terren ta’ Għar Kalipso.
Attachments:PQ 14508 - Xagħra Għawdex – Għar ta’ Kalipso - xogħlijiet.pdf
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13853, jista’ l-Ministru jagħti t-tabella kompluta bl-isem tal-persuni, individwi jew kumpaniji li ħadu dawn id-direct orders, x’kien is-servizz jew prodott li pprovda lill-enità msemmija, kif ukoll l-ammont għal kull direct order?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 14591 - Ministeru għal Għawdex - direct orders.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol fuq parti mill-ħajt ta’ lqugħ li ċeda fit-triq li tagħti għall-Bajja ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur? Jista’ l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir malajr kemm jista’ jkun u qabel jibda l-istaġun tas-sajf peress li hemm periklu serju li per konsegwenza tiegħu jista’ jsir xi inċident fatali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir rapport tekniku mil-Perit.
Tender CfT Title: CT3245/2018 — Delivery and Commissioning of Six (6) Fully Electric Powered Buses for the Ministry for Gozo including Energy Efficient Monitors
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender li ħareġ il-Ministeru għal Għawdex fil-25 ta’ Novembru 2018 CfT Title: CT3245/2018 - Delivery and Commissioning of Six (6) Fully Electric Powered Buses for the Ministry for Gozo including Energy Efficient Monitors u jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk dawn il-buses inxtrawx, humiex qed jintużaw, u fejn qed jinżammu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender - CT3245/2018 - Delivery and Commissioning of Six (6) Fully Electric Powered Buses for the Ministry for Gozo including Energy Efficient Monitors - ġie awarded f’April 2019 u bħalissa qiegħed fil-fażi ta’ stennija għall-konsenja.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar biex inkera l-vapur Nikolaos mill-kumpanija Gozo Channel? Jista' jgħid mill-ġurnata minn meta nkera l-ewwel darba sal-lum kemm kien l-ammont li l-Gozo Channel ħallset għall-kirja ta' dan il-vapur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12574.
B'referenza għar-risposta mogħtija mill-Ministru għall-Ambjent għall-mistoqsija parlamentari 13616, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinħarġu l-permessi meħtieġa u meta huwa ppjanat li jinħarġu l-permessi meħtieġa biex isir il-proġett ta' Multi Modal Hub f’Ta' Xħajma fin-Nadur Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għaddej f’konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi flimkien ma’ Transport Malta biex l-applikazzjoni tgħaddi mill-fażijiet li jmiss hekk kif stabbilit mill-istess policies li għandhom iż-żewġ awtoritajiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13213 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12635, jista’ l-Ministru jgħid:
1. Kemm kien l-ammont jew valur misruq f’kull każ?
2. F’kull każ x’insteraq? u
3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.