Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq materjal ta’ reklamar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24049 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ebda entità jew aġenzija fid-dekasteru tal-Prim Ministru kif ukoll s- Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-ebda entita jew aġenzija fid-dekasteru tiegħu ma ta l-ebda kuntratt, direct order, donazzjonijiet jew benefikati lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dan huwa proċess kontiwu. In-numerar huwa eżerċizzju dinamiku li mhu se jieqaf qatt u fl-ebda mument ma jista’ jingħad meta se jiġi fi tmiemu.
Kuntratt li bih indivdwu qiegħed juza juża uffiċċju f’Sa Maison
Question
Jista’ l-Prim Ministru jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed juża uffiċċu f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, l-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex kien jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irċeviet wara li f’Jannar, 2020 kienet irriżenjat minn Ministru u minn membru tal-Kabinett?
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irċeviet wara li f’Diċembru, 2021 irriżenjat minn Ministru u minn membru tal-Kabinett?
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irceviet wara li fi Frar , 2021 irriżenjat minn Segretarju Parlamentari u minn membru tal-Kabinett?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex kien jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċieva wara li f’Novembru 2019, irriżenja minn Ministru u minn membru tal-Kabinett?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lanqas is- Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej ma għamlu reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022.
Reklutaġġ ta’ ħaddiema minn aġenziji fis-settur pubbliku – Public Service Management Code
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu applikabbli l-Public Service Management Code lill-ħaddiema li jiġu reklutati direttament mill-bosta aġenziji li llum jeżistu fis-settur pubbliku, kif isir tali reklutaġġ u x'ġurisdizzjoni għandha l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fuq tali ħaddiema?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Public Service Management Code japplika biss għal uffiċjali pubbliċi mhux għal impjegati pubbliċi. Ir-reklutaġġ fl-agenziji jsir skont il-ligijiet applikabbli. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għandha gurisdizzjoni biss fuq uffiċjali pubbliċi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward ta’ impjegati fis-settur pubbliku li waslu biex jirtiraw mis-servizz mingħand l-eta u li pero jixtiequ jkollu jaħdmu sa’ 65 u aktar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li, skont ir-regolamenti fis-seħħ, talbiet sabiex jiġi estiz is-servizz ta’ impjegati pubbliċi wara l-eta’ tal-irtirar (bhalissa 63 sena sa l-aħħar ta’ 2021, u wara 64 sena) sa l-eta’ ta’ 65 sena jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti jew Kap tal-Entita’ Pubblika, skont il-kaz. Tali approvazzjoni tingħata skont il-htieġa jew għal raġunijiet umanitarji u xi kundizzjonijiet oħra. Estensjonijiet ‘il fuq minn 65 sena, jiġu riferuti lid-Divizjoni ta’ Nies u Standards, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23717 u jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li kien hemm 36 applikazzjoni ġdida għal telework, 15 il applikazzjoni għal remote working u 103 talba għal tiġdid ta’ telework.Dawn intlaqgħu kollha.
Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2021-2027 – skemi ta’ Għajnuna
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22389 kollha kemm hi (intera) u jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati sa issa taħt il-Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2021-2027 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif diġà mħabbar, għall-programm ta’ finanzjament Ewropew għal 2021-2027, Għawdex se jkun qed jibbenefika minn 10% tal-fondi allokati fil-Programm ta’ Koeżjoni u dak tal-Agrikoltura li jammonta għal aktar minn €112 miljun. Dan jgħodd ukoll għall-fond ESF+ fejn diversi skemi favur l-impjiegi, t-taħriġ u ż-żagħżagħ, fost oħrajn, se jitkomplew fil-futur. Bħalissa għaddejin diskussjonijiet tekniċi mall-Kummissjoni Ewropea.
Infakkar li bħalissa skemi simili qed jiġu ffinanzjati mill-fond ESF 2014-2020 taħt ir-regola tal-N+3.
Għawdex se jkun qed jibbenefika ukoll minn allokazzjoni oħra marbuta ma’ żvilupp sostenibbli urban li jammonta għal €60 miljun. Tajjeb li wieħed ifakkar li fil-programm 2014-2020, Għawdex qed jibbenefika minn €110 miljun.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 14 il-persuna li huma Position of Trust u 18 li huma Persons of Trust. Rigward is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej hemm 2 persuni li huma Position of Trust u 10 li huma Persons of Trust fejn wieħed minnhom huwa fuq ba¿i ta’part-time.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ kirja ta’ binja f’Santa Venera/Ħamrun li fiha ser jiċċaqilqu l-Planning & Priorities Coordination Division; Funds & Programmes Division; Measures & Support Division u l-European Union Programmes Agency?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jagħmilx sens kummerċjali li l-kirja ta’ iktar minn €30,000 fix-xahar għall-binja f’Santa Venera/Ħamrun għall-Planning & Priorities Coordination Division; Funds & Programmes Division; Measures & Support Division u l-European Union Programmes Agency bdiet sena ilu fl-2021, meta sal-lum l-imsemmijin uffiċini għadhom ma bdewx joperaw mill-binja msemmija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fuq l-imsemmija uffiċini għaddejjin numru ta’ proċessi ta’ xiri pubbliku bħal għamara li ma setgħux jinbdew qabel kien konkluż il-proċess tal-kirja tas-sit u qabel ma jitlestew dawn l-proċessi kollha ma jkunx jista’ jitlesta u jidħlu l-haddiema.Ninsab ukoll infurmat li l-kuntratt tal-binja kkonċernata sar wara proċess ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23119 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
National Lotteries Good Cause – proġetti f’Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna min-National Lotteries Good Causes Fund f'din l-aħħar sena u fiex kien jikkonsisti kull proġett? Jista' jgħid ukoll is-somma li ngħata kull proġett?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il remote workspace infetaħ s'issa f’Għawdex, u kemm jistgħu joqogħdu ħaddiema fihom? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa sabiex jitlestew dawn il-work spaces u fejn jinsabu? Jista' jgħid kemm sar użu ta' dawn il-work spaces xahar b'xahar minn meta nfetħu u jekk hemmx pjanijiet li jinfetħu aktar remote workspaces fil-gżira t'Għawdex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li f’Għawdex infetaħ remote workspace wieħed li jinsab ġewwa l-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija u li jakkomoda total ta’ 32 Uffiċjal Pubbliku. In-nefqa biex tlesta dan ir-remote workspace kienet ta’ €51,103 (VAT eskluż). S’issa m’hemmx pjani li jinfetħu iktar remote workspaces fil-gżira Għawdxija għax għadu prematur li jsiru dawn meta jitqies li l-użu ta’ dan l-ispazju għadu ma qabadx rittmu stabbli.