Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inductions of labour fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ “inductions of labour” li saru fl-aħħar għaxar snin sena b’sena huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Deliveries reported by “
Induction of labour”
2001
1565
2002
1527
2003
1554
2004
1456
2005
1374
2006
1427
2007
1372
2008
925*
2009
1268
2010
1124
*
Fis-sena 2008, kien hemm diffikultajiet li damu xi ftit xhur, li fihom l-informazzjoni dwar ‘
inductions
’ ma nġabritx b’mod regolari bħas-soltu. Ir-reġistru tat-twelidijiet (NOIS) qiegħed iwettaq
audit
matul is-sena 2011 sabiex jevalwa u jikkoreġi din il-figura għas-sena 2008. Il-figura hija mistennija li tkun qrib dik tas-sena ta’ qabel u ta’ wara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti/professjonisti jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u/jew f'xi sptar/diviżjoni/klinika tad-Dipartiment tas-Saħħa li għalqu l-61 sena? F'liema dipartiment iservu dawn? Xi kriterji jintużaw biex ċerti konsulenti/professjonijisti jkollhom il-kuntratt imġedded wara l-61 sena u oħrajn le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti f'kull wieħed minn dawn id-dipartimenti fl-Isptar Mater Dei:
a) mediċina;
b) kirurġija;
ċ) pedjatrija;
d) obstetrija;
e) ġinekoloġija; u
f) psikjatrija?
Kemm huwa n-numru average ta' pazjenti li kull wieħed minn dawn il-konsulenti jara fid-Dipartiment tal-Outpatients kull ġimgħa u kemm-il sodda għandu konsenjata lilu kull konsulent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — manutenzjoni u tiswija ta' magni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża tal-gvern fuq il-manutenzjoni u tiswija ta' kull magna, tagħmir u equipment ieħor, item b'item minn mindu beda jopera l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw magni, tagħmir u affarijiet oħra ġodda minn mindu beda jopera l-Isptar Mater Dei? Fiex jikkonsistu dawn l-affarijiet u x'kienet l-ispiża tal-gvern għal kull biċċa apparat jew magna jew tagħmir ieħor?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ordnax inkjesta fir-rigward tar-rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal "Illum" tal-20 ta' Marzu, 2011 dwar l-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Billi madwar ġimgħa ilu residenti ta’ block 10, Pietru Darmenia Str, Pembroke kienu għamlu ilment ma' tas-sanità dwar ir-riħa qawwija ta' drenaġġ madwar l-appartamenti tagħhom, u ġabu kif ġew mitluba lil tal-bowser biex jaraw jekk kienx hemm xi blockage – u dan a spejjeż tagħhom – jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar dan l-ilment sanitarju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-bidu ta’ din is-sena s’issa, uffiċjali ta’ dan id-Direttorat investigaw żewġ ilmenti li daħlu fl-24 ta’ Jannar u fil-25 ta’ Frar rispettivament, rigward irwejjaħ jintnu fi Triq Pietru Darmenia, Pembroke. Mill-investigazzjonijiet li saru, rriżulta li fiż-żewġ okkażjonijiet kien hemm sadd fil-drenaġġ pubbliku. Wara li tali sadd tneħħa minn ħaddiema fis-sezzjoni tad-drenaġġ fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-inkovenjent ġie eliminat.
Fis-17 ta’ Marzu 2011, reġgħet saret spezzjoni oħra fit-triq indikata w fl-inħawi minn uffiċjal ta’ dan id-Direttorat iżda ma ġew innotati l-ebda rwejjaħ jintnu. Ġie kkonfermat ukoll li ma kien hemm l-ebda sadd la fid-drenagg pubbliku u lanqas fis-sistema tad-drenagg ta’ Blokk 10A. Mill-istess spezzjoni rriżulta wkoll li l-pumping station ħdejn Pembroke Football Club kienet qed taħdem regolari.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li l-gvern jimpjega care workers direttament miegħu u mhux permezz tal-kuntrattur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma hemm l-ebda vakanzi approvati ta’ care workers fil-Capacity Building Exercise li ġie approvat fl-2010. Il-Capacity Building Exercise għas-snin 2011-2012 qed jigi diskuss.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ġew kanċellati tenders matul is-snin 2008/09/2010 u għal liema raġuni kienu ġew oriġinarjament miftuħa u mitluba? Għal liema raġuni ġew kanċellati t-tenders li jissejħu iktar bħala GHPST maħruġa mill-GPS u mid-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul is-sena 2010 saru spezzjonijiet biex jaraw li l-clinical waste qed jiġi trattat skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħala parti mill-ispezzjonijiet li jsiru kull sena biex jiġu liċenzjati sptarijiet u kliniċi privati bħal dawk tal-akupuntura, dentisti, podologisti, tattoo studios/body piercing, laboratorji mediċi dijanjostiċi u tal-X-Rays li b’kollox jammontaw għal 181 spezzjoni, jiġi stabbilit li l-iskart kliniku qed jiġi mormi skont kif jipprovdu ir-regolamenti.
It-trattament ta’ dan l-iskart ma jaqax taħt ir-responsabbilta tad-dekasteru tiegħi. Dan it-trattament huwa r-responsabbilta tal-Wasteserve u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ma' diversi kumpaniji li qed joffru servizz ta' riżorsi umani fi gradi differenti fid-dekasteru tas-saħħa u li fil-preżent tali kuntratti huma in vigore?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġi determinat jekk fl-istess kuntratti hemmx confidentiality clause.
Għalhekk dawn il-kuntratti ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra illum iżda se jitpoġġew meta dan l-eżerċizzju ikun lest.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' x-rays li ttieħdu fit-taqsima tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u fil-health centres f'dawn l-aħħar tliet snin, xahar b'xahar u skont il-post?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informzzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru (average) ta' pazjenti li qegħdin fuq anticoagulant therapy li jmorru l-Isptar Mater Dei kull xahar biex jiċċekkjaw id-demm (INR = International normalised ratio)? Kemm huwa stmat li jiswa finanzjarjament lil dan id-dipartiment kull xahar u kemm jiswa kull test fil-laboratorju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul is-sena 2010, kien hemm 21,765 każ ta’ pazjenti fuq anticoagulant therapy li marru l-isptar Mater Dei biex jiċċekkjaw id-demm permezz tat-test INR. Dan ifisser medja ta’ 1,814 fix-xahar (tinkludi repeated attendances). Din il-medja titla’ għal 5443 test fix-xahar meta wieħed jikkunsidra it-tests kollha tal-INR li jsiru fil-Mater Dei inklużi dawk li jiġu riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa. Kull test huwa stmat li jiswa €5. Dan ifisser li l-ispiża għal dan it-tip ta’ test hija ta’ madwar €27,000 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li d-Dipartiment tas-Saħħa jonfoq biex il-health centres jibqgħu miftuħin għall-pubbliku anke matul il-lejl u x'inhuwa n-numru ta' pazjenti li jirrikorru għall-għajnuna f'dawn l-istess health centres mill-5.00pm sa 12.00am u mill-12.00am sat-8.00am?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża medja biex id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja jħalli t-tlett l-health centres tal-Furjana, Mosta u Raħal Ġdid miftuħin kull jum għall-pubbliku bejn it-8.00 p.m. u 8.00 a.m. hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Din l-ispiża tinkludi salarji ta’ security officers, tobba, infermiera u health assistants.
Ċentru tas-Saħħa
Rati normali ta’ matul il-Ġimgħa
€
Rati bejn is-Sibt u l-Ħadd *
€
Furjana
1,355.52
1,903.20
Mosta
1,233.60
1,754.16
Paola
1,355.52
1,903.20
* Din ir-rata tinkludi 4 siegħat xogħol is-Sibt mit-8.00 p.m. sa nofs il-lejl u 8 siegħat il-Ħadd bejn nofs il-lejl u t-8.00 a.m.
Il-medja ta’ pazjenti li jirrikorru għall-għajnuna kuljum fiċ-ċentri tas-saħħa għax-xhur ta’ Jannar u Frar 2011, bejn il-5.00 p.m. u nofs il-lejl u minn nofs il-lejl sat-8.00 a.m. huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Centru tas-Saħħa
Numru ta’ Pazjenti li Attendew Kuljum Bejn (
average
)
5.00 pm – 12.00 am
Numru ta’ Pazjenti li Attendew Kuljum Bejn (
average
)
12.00 am – 8.00 am
Bormla (Miftuħ sa 8p.m)*
6
xejn
Furjana (Miftuħ 24 siegħa)
79
10
Gżira (Miftuħ sa 8p.m)*
8
xejn
Mosta (Miftuħ 24 siegħa)
67
20
Paola (Miftuħ 24 siegħa)
130
26
Qormi (Miftuħ sa 8p.m)*
5
xejn
Rabat (Miftuħasa 8p.m)*
5
xejn
* Bejn il-5.00 p.m u t-8.00 p.m ikun hemm biss servizz ta’ nfermiera.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti kategorija, kategorija jaħdmu:
a) fl-Isptar Mater Dei; u
b) fil-health centres?
Kemm minnhom għandhom permess biex jaħdmu privat? Kemm minnhom jaħdmu full-time mal-Gvern u allura ma jistgħux jagħmlu xogħol privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jagħtix il-pilloli Agregex peress li hemm individwu ta' 58 sena li qatgħulu parti minn saqajh minħabba ċ-ċirkolazzjoni u ġie mitlub li jieħu dawn il-pilloli regolari u hija diffiċli għalih li jixtri dawn il-pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-pilloli Agregex (Clopidogrel) jingħataw biss lill-pazjenti li jiġu operati biex tinfetħilhom l-arterja miżduda, fejn titpoġġa bħal molla (stent) biex l-arterja ma terġax tidjieq kif ukoll lil min jiġi rikoverat l-isptar bis-sindromu koronarju akut (Acute Coronary Syndrome).