Legislature:
Category:
Reset
Active:

Estimi tal-Budget — miscellaneous receipts

Question

B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul minn concession fees huwa ġenerat minn sejħiet li tagħmel il-Privitisation Unit għall-konċessjonijiet fl-2012.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — impjegati sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sportiv u coach/tekniku sportiv hu reġistrat bħala full-time u part-time mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni separatament? Kemm-il persuna/kumpanija/klabb/għaqda sportiva ddikjarat li ħallset pagi u/jew allowances lil sportivi matul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif miżmuma mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma tinkludix il-kategorija jew klassifikazzjoni tal-impjieg, jew ta’ linja tan-negozju jew tal-professjoni tal-individwu li jkun reġistrat. Għaldaqstant mhux possibbli tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija skont id-dettalji mitluba.

Bank of Valletta, Valletta Fund Management Ltd u Valletta Fund Services Ltd — informazzjoni dwar l-istaff

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi lista ta’ membri tal-istaff u ta’ qraba, ġenituri, tfal jew aħwa jew nies oħra li jgħixu fl-istess household tagħhom, liema staff kienu jaħdmu fil-Bank of Valletta, Valletta Fund Management Ltd u Valletta Fund Services Ltd matul l-2008 u li fdew l-investiment tagħhom fil-La Valette Multi Manager Property Fund? Jekk il-Ministru jsib oġġezzjoni li jidentifika l-istess individwi, jista' jagħti l-istess informazzjoni forma ta’ statistika? Jista’ jikkonferma li diġà ftit ġimgħat wara l-ewwel allegazzjonijiet li saru f’dan ir-rigward, l-Awtorità ta' Malta dwar Servizzi Finanzjarji diġà kienet sabet evidenza prima facie ta’ dan it-tip wara eżerċizzju ta’ intelligence gathering li kienet għamlet? X’irriżulta s’issa fir-rigward tal-investigazzjoni tal-fidi ta’ dan l-investiment minn direttur tas-SICAV, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, kif joħroġ ċar minn dokumenti pubbliċi? Jista' jikkonferma li fl-ewwel xhur tal-2008 saret kampanja low-key fost il-Financial Planning Officers tal-Bank of Valletta li fid-dawl tal-aħbarijiet ħżiena li kienu qed jirċievu dwar il-Belgravia kellhom jikkuntattjaw lill-klijenti li kienu jqisu preferenzjali, inkluż dawk b’holdings kbar, biex jgħidulhom ibiegħu jew inaqqsu kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi tali informazzjoni ma tixtax tingħata billi l-MFSA hija prekluża milli tippubblika tali informazzjoni minħabba kunfidenzjalita u data protetta. L-investigazzjoni relatata għadha mhix konkluża.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — records ta' ħsarat

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30177, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, skont ir-records tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, in-numru ta' rapporti li daħlu dwar ħsarat fis-sistema tal-ilma u drenaġġ, rispettivament, fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar, matul ix-xhur, individwalment ta' Awwissu, Settembru u Ottubru 2011? Kemm minn dawn il-ħsarat għadhom ma ġewx imsewwija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — relacation tal-Corporate Headquarters

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra b’mod approssimattiv kemm mistennija tiġi tiswa r-relocation tal-Corporate Headquarters tal-Malta Enterprise minn San Ġwann għal Gwardamanga li għandu jinkludi r-refitting kollu li mistenni jsir lill-Istitut tal-Healthcare fl-ex Sptar San Luqa? Kemm mix-xogħlijiet ħarġu b’sejħa għall-offerti u kemm minnhom ħarġu b’direct order? Jista' jagħti lista tad-direct orders li nħarġu s’issa bil-valur tagħhom b’kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ispiża approssimattiva biex il-Malta Enterprise tirrilloka fl-uffiċini l-ġodda ġewwa l-ex Sptar San Luqa hija ta’ €3.87M (VAT inkluża). Minħabba ż-żmien qasir li fiħ kellu jsir ix-xogħol u x-xogħlijiet li saru, 17 ġew mgħotija bi proċess ta’ Restrictive Tendering’ filwaqt li 3 ġew mogħtija bħala Direct Orders li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispiża biex jinkera post simili kienet ser tkun ta' €500,000 fis-sena u għaldaqstant kien aktar għaqli li jsir investiment fi propjetà tal-gvern fejn l-investiment jista’ jiġi rkuprat fuq perjodu ta’ sitt snin.

Prodott Gross Domestiku — kontribut tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30074 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'pajjiżna, kemm kien il-kontribut tal-biedja għall-Prodott Gross Domestiku lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30653.

Malta Enterprise — funzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-funzjonijiet li jitwettqu u s-servizzi li jingħataw mill-Uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex illum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 23162.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Minisrtru jara li jinħareġ il-kont tad dawl u ilma tal-koppja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha ma tirċevih sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

importazzjoni ta' xorb alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' xorb alkoħoliku li ġie importat f'Malta (jew inġieb għas-suq Malti) matul l-2010 u matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Accruals system — implimentazzjoni

Question

Billi l-gvern ilu jwiegħed l-implimentazzjoni sħiħa tal-accruals systems, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30604 u jgħid meta dan se jseħħ b'mod totali?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Gvern diġà jirrapporta iċ-ċifri tiegħu skont ir-regoli tal-ESA 95 li jinkorporaw fihom il-prinċipju tal-accrual accounting skont il-parametri tal-Eurostat.

Terminal taċ-Ċirkewwa — kirja tal-uffiċini

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30603 u jgħid kemm hija l-kirja tal-uffiċini tal-Gozo Channel għaż-żmien sakemm jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Mingħand liema kumpanija jew individwu qed tinkera? Hemm xi relazzjoni bejn is-sidien ta' dawn l-uffiċini u l-famlija tal-Ex Chairman tal-Gozo Channel li rriżenja ftit jiem ilu biss? Meta ġiet fis-seħħ il-kirja u sakemm mistennija ddum b'mod approssimattiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

importazzjoni ta' inbid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' nbid li ġie importat f'Malta matul l-ewwel għaxar xhur tal-2011? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dan l-inbid ġie Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

xiri u bejgħ ta' deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx moniteraġġ ta' min imur ibiegħ id-deheb tiegħu għand il-ħwienet tad-deheb? Jista' jserraħ ras l-anzjani li dan il-ħafna xiri ta' deheb u reklami f'mumenti importanti tat-televiżjoni mhumiex qed jinkoraġġixxu iktar serq tal-istess materjal mid-djar tal-poplu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministru responsabbli mill-Intern.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Prodott Gross Domestiku — kontribut tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30487 u 30074 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'pajjiżna, kemm kien il-kontribut tal-biedja għall-Prodott Gross Domestiku lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kontribut tal-biedja lokali għall-Valur Miżjud Gross (Gross Value Added) matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Sena 2006 2007 2008 2009 2010 Agrikoltura bħala % tal- Valur Miżjud Gross 1.70% 1.42% 1.32% 1.49% 1.35%

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30486 u 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

trakkijiet li joħorġu mill-impjant tad-drenaġġ tax-Xgħajra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il trakk joħroġ mill-impjant tad-drenaġġ tax-Xgħajra kuljum b'materjal għar-rimi? Fejn jintrema? Minn liema toroq jgħaddi f'kull lokalità sakemm jasal fid-destinazzjoni tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

mains tal-ilma li nbidlu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien it-tul ta' mains tal-ilma li nbidlu matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? F'liema lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorari saru bidliet minn dawn il-mains?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — spezzjonijiet fuq is-sistema kollha tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlitx spezzjonijiet fuq is-sistema kollha tad-drenaġġ fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar permezz tas-CCTV? Jekk le, jista' jitlob li ssir tali spezzjoni biex jiġu identifikati l-ħsarat kollha li jista' jkun hemm fis-sistema ta' dawn l-inħawi biex b'hekk ikun jista' jitfassal programm ta' manutenzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.