Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9452 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Minsteru tal-Ġustizzja u l-Intern — Għawdex - Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħamrun — serqiet minn djar residenzjali

Question

B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalità tal-Ħamrun, jista' jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk qed jinġabar mill-fergħat tal-Korp.

Warrants ta' nutara u avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar 15-il sena kemm saru eżamijiet tal- warrants ta' nutara u ta' avukati u jgħid meta saru u meta ttieħed il-ġurament? Jista' jgħid kemm qagħdu għall-eżamijiet rispettivi u kemm għaddew u ħadu l-ġurament tal-ħatra? Kemm minnhom irrinunzjaw għall-warrant u meta? Kemm minnhom kienu Għawdxin u kemm minnhom Maltin? Meta dehru l-avviżi relattivi fil-Gazzetta tal-Gvern, kemm rigward il-ħatra kif ukoll rigward ir-rinunzji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Rigward l-aħħar parti tad-domanda, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika dwar l-avviżi relattivi fil-Gazzetta tal-Gvern u lanqas dwar in-numru ta' avukati li jirrinunzjaw għall-warrant. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija rigward in-nutara lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #9158 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Minsteru tal-Ġustizzja u l-Intern — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-snin 2007 u 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Qorti tal-Familja — Medjaturi

Question

B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari 8574, jista' l-Ministru jgħid kull wieħed u waħda mill-medjaturi xi kwalifiki għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9138 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku

Question

Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda kumpanija b'investiment pubbliku ma tifforma parti mid-dekasteru tiegħi.

Ħaż-Żebbuġ — Mdina Road - ostaklu fis-service road

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-Pulizija biex ma jibqax l-abbuż li qed isir ġewwa s-service road ta' Mdina Road, Ħaż- Żebbuġ fl-area li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li l-operatur qiegħed joħroġ barra vetturi second hand għal bejgħ bla pjanċi u liċenzji, li qed jostakolaw il-passaġġ liberu f'din il-karreġġjata apparti li qegħdin joħolqu inkonvenjent għal operaturi oħra li jaħdmu fil-qrib, kif ukoll għar-residenti? Jista' l-Ministru jassigura li l-forzi tal-ordni kif ukoll il-wardens li jkunu fejn il-lok jieħdu l-azzjoni opportuna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa' ħadet passi quddiem il-Qorti kontra l-operaturi ta' l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u ser tkompli bil-ħidma tagħha sabiex dan l-abbuż ikun imrażżan.

Persuni mressqa l-qorti fuq moħqrija tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 kemm kien hemm każi fejn il-pulizija ressqet persuni l-Qorti akkużati b'moħqrija fuq l-annimali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 8 persuni fuq akkużi dwar moħqrija fuq annimali.

Persuni li jġelldu l-klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 x'ħidma saret mill-Pulizija biex taqbad persuni li għadhom iġelldu l-klieb u x'irriżulta minn din il-ħdima?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel rondi regolari sabiex tipprevjeni kemm jista' jkun twettiq ta' reati, inkluż dak imsemmi mill-Onorevoli Membru.

Pulizija mgħarrfa iktar dwar il-moħqrija tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2008 sarux xi korsijiet, taħdidiet jew esperjenzi ta' formazzjoni edukattiva mal-Pulizija biex isiru iżjed sensittivi u jkollhom għarfien aħjar dwar il-moħqrija tal-annimali f'pajjiżna, peress li diversi persuni ilmentaw miegħi li marru għand il-Pulizija b'rapporti dwar moħqrija tal-annimali u ma ħaduhomx bis-serjetà tant li ma ħadux passi kontra min ħaqar l-annimali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008, fl-Akkademja tal-Pulizija ingħata taħriġ lil diversi pulizija fuq l-Att dwar l-Annimali li minnu nnifsu jittratta wkoll moħqrija nflitta fuq annimali. Infurmat ukoll li dan it-taħriġ se jkompli jingħata din is-sena. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jgħaddili r-rapporti msemmija minnu.

Riżorsi umani dedikati kontra l-moħqrija tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-riżorsi umani, finanzjari u faċilitajiet oħrajn li l-Korp tal-Pulizija jiddedika kontra l-moħqrija ta' l-annimali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa' spjegajt fi tweġibiet preċedenti, il-pulizija tagħmel ir-ronda u tingħata taħriġ fuq bażi regolari sabiex tipprevjeni milli jiġu mwettqa atti kriminali, li jinkludu l-moħqrija tal-annimali. Għaldqastant, mhux possibbli li wieħed jikkwantifika dak li qed jitlob l-Onorevoli Membru.
Leg 11 PQ #9055 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 9048.
Leg 11 PQ #9092 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — żamma fuq immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Korp tal-Pulizija fuq żamma ta' immigranti illegali s-sena l-oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 6441.
Leg 11 PQ #9080 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti irregolari — tfittxija fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk issirx tfittxija fuq l-immigranti irregolari ġaladarba jidħlu Malta? Jekk iva, kemm instabu flus kontanti u f'xi forma oħra bħal credit cards eċċ. u passaporti fuq immigranti maqbuda is-sena l-oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hija l-proċedura li mal-waslu tal-immigranti illegali issir tfittxija fuq kull wieħed u waħda minnhom. Infurmat ukoll li wara tfittxijiet li saru fuqhom mill-pulizija ġew elevati dawn is segwenti affarijiet:- Flus; US$ 59, 980 Euros 12,684 Dinari Libjani 300 Flus Somali 3000 shilling Dokumenti; 5 dokumenti mahruga mill UNHCR 13 ID card Somali 24 passaport Somali 16 ID card Eritrejana 2 passaporti Eritrejani 1 licenzja tas sewqan Eritrejana 1 ID card tat Togo 1 passaport tat Togo 1 ID card tal-Mali 1 ID card tac-Chad 2 ID cards Etjopjani 1 Licenzja tas sewqan tas-Sudan 1 passaport Libyan fost dokumenti oħra varji li mhumiex ta’identita Telefones ċellulari; 88 ta marki varji 28 sim card Ma instabu l’ebda credit cards .
Leg 11 PQ #9081 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti irregolari li reġgħu lura Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm immigranti irregolari li ħarbu minn Malta u reġgħu nstabu lura Malta? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm minn dawn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 25 immigrant illegali li kienu ħarbu minn Malta u nsatbu f'pajjiż ieħor.
Leg 11 PQ #9085 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti irregolari li jinżammu kontra ir-rieda tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi każi ta' persuna jew persuni mill-immigranti irregolari li ġew miżmuma kontra ir-rieda tagħhom fiċ-ċentri ta' detenzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi skont il-politika ta' detenzjoni, l-immigranti rregolari huma kollha miżmuma fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni kontra r-rieda tagħhom.

Qrati ta' Malta — impjegati li qegħdin on loan

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati tal-Qrati ta' Malta illi m'humiex tal-post, iżda qegħdin on loan u li kienu jaħdmu f'xi dipartiment ieħor tal-Gvern? Jista' jelenka d-dati li fihom dawn l-impjegati inġiebu jaħdmu fil-Qrati ta' Malta mill-perijodu April 2004 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-perijodu April tal-2004 sallum inġiebu 2 impjegati on loan jaħdmu fil-Qrati ta' Malta.. Dawn huma Senior Counsel for the Republic, li kien jaħdem mal-Avukat Ġenerali u Senior Tradesman, li kien jaħdem l-MSD (Manufacture and Service Department), li bdew fit-13 ta' Novembru, 2007 u f'Ġunju 2007 rispettivament.

Qrati ta' Malta — impjegati on loan

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-grad ta' kull impjegat fil-Qrati ta' Malta illi huwa on loan u mhux impjegat dirett tal-Qrati ta' Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-gradi tal-impjegati li huma on loan fil-Qrati ta' Malta huma:- Senior Counsel for the Republic 1 ( mill-2007) General Hand 1 (mill-1973) Senior Tradesman 1 (mill-2007)

Qrati ta' Malta — karozzi użati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tintuża mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta, għal liema skop jintużaw u jekk dawn hux qed jiġu użati għall-attivitajiet soċjali, personali u politiċi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-karozzi li jintużaw mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta huma kif jidher hawn taħt: Membri tal-Ġudikatura 34 Diretturi 4 Marixxalli 14 Użu Ġenerali 4 Infurmat ukoll li l-karozzi allokati lill-Membri tal-Ġudikatura u lid-Diretturi jintużaw kemm għal użu uffiċjali kif ukoll għal dak personali, filwaqt dawk allokati lill-Marixxalli u għal użu ġenerali jintużaw fuq xogħol uffiċjali biss.

Qrati ta' Malta — fuel gġall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fuel għall-karozzi kollha użati mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta minn April 2008 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq fuel għall-karozzi kollha użati mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta minn April tal-2008 sallum kienet ta' €92,038.52