Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann – Ġnien Karin Grech — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u jekk hux se jsir il-proġett ta’ Ġnien Karin Grech f’San Ġwann? Huwa konxju l-Ministru li dan il-ġnien qiegħed fi stat ħażin u huwa ta’ periklu għar-residenti u għat-tfal li jagħmlu użu minn dan il-ġnien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett għadu maħsub li jsir. Filwaqt li l-ħtieġa ta’ dan il-proġett hija rikonoxxuta, jeħtieġ ikun assigurat li jkunu koperti l-aspetti kollha, u huwa proprju għalhekk li t-taħditiet qed jinvolvu wkoll Ministeri oħra.

Awtorità tal-Artijiet – azzjonijiet ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ta' infurzar saret mill-Awtorità tal-Artijiet kull xahar fl-2015, fl-2016 u fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet, fis-snin mitluba, għamlet azzjonijiet ta’ infurzar, xahar b’xahar hekk kif ġej: 2015 2016 2017 January 126 129 146 February 134 88 137 March 79 101 87 April 149 95 96 May 110 89 197 June 94 83 88 July 104 99 154 August 69 108 113 September 82 93 67 October 84 70 110 November 100 116 82 December 70 143 75 1201 1214 1352

Awtorità tal-Artijiet — freephone

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-Awtorità tal-Artijiet ikollha Freephone fejn il-pubbliku jkun jista’ jċempel 24 siegħa kuljum, u jirraporta abbużi fuq art pubblika?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru jaqbel li għandu jerġa’ ikun riattivat il-Freephone fejn il-pubbliku jkun jista’ jċempel 24 siegħa kuljum, u jirraporta abbużi fuq art pubblika.

Bini tal-Berġa tal-Baviera – preżenza ta’ uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet li kienu fil-bini tal-Berġa tal-Baviera fil-lejl bejn it-2 u t-3 ta' Ġunju 2017, ftit sigħat qabel l-elezzjoni ġenerali? X'kienu qed jagħmlu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li skond ma jiena infurmat mill-istess Awtorita’, l-uffiċjal tal-Awtorità tal-Artijiet li kien fil-bini tal-Berġa tal-Baviera fil-lejl bejn it-2 u t-3 ta' Ġunju 2017, ftit sigħat qabel l-elezzjoni ġenerali huwa persuna impjegata ta’ l-awtorita li xogħolu huwa “Security officer” liema xogħol jirrikjedi li jkun għassa ġewwa l-awtorita ma tul il-lejl.

Pont tal-Mistra fil-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk semax il-karba tas-sewwieqa tat-trakkijiet Għawdxin f’Malta li jsuqu u jgħaddu kuljum minn fuq il-pont magħruf fosthom bħala 'tal-Mistra' fil-lokalità tal-Mellieħa? Peress li dan jinsab fi stat li partijiet minnu jistgħu jiġġarrfu, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bl-istat ħażin ħafna ta’ dan il-pont u jekk saru xi xogħlijiet, x’kienu dawn ix-xogħlijiet u kemm ġew jiswew ? X’beħsiebu jagħmel il-Ministru dwar dan il-pont fil-futur qarib?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew, bħala parti minn programm ta’ analiżi u manutenzjoni tal-istruttura, li qed isir minn Transport Malta, sar xogħol ta’ tindif fuq il-pont wara li nħarġet sejħa pubblika. Il-valur tal-kuntratt ta’ dan ix-xogħol ta’ tindif huwa ta’ €10,800.00 (VAT mhux inkluża). Bħalissa għadha għaddejja l-analiżi fuq l-istruttura, hekk kif il-post qed jiġi spezzjonat minn esperti strutturali u tar-restawr, li ngħataw il-konsulenza wara li nħarġet sejħa pubblika. Il-valur tal-kuntratt ta’ dawn l-esperti huwa ta’ €18,675.90 (VAT mhux inkluża). L-esperti strutturali u tar-restawr ser ikunu qegħdin jippreparaw rapport dettaljat li jindika fost l-oħrajn l-integrità tal-istruttura, u rikomandazzjonijiet fuq kif din tista’ tiġi mtejba.

Port il-Kbir — Trakkar tal-vapur t’Għawdex

Question

F’każ li jkun hemm maltemp tali li l-vapur ta’ Għawdex ma jkunx jista’ jittrakka fil-port taċ-Ċirkewwa, jista’ l-Ministru jgħidilna bil-preċiż fejn il-vapur jista’ jittrakka fil-Port il-Kbir ladarba ma jistax jittrakka Sa Maison ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li fiċ-Ċirkewwa hemm ukoll is South Quay. F’każ remot fejn il-vapur ma jkunx jista’ jitrakka mal-ebda moll fiċ-Ċirkewwa jsiru arranġamenti biex il-vapur jitrakka ma’ moll fil-Port il-Kbir fejn hemm faċilitajiet Ro-Ro.

Il-Mosta — Crash Barriers fit-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li jsiru crash barriers fuq naħa waħda tat-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija fil-Mosta għaliex f'din il-parti ta' triq hemm perikolu li karozzi jistgħu jaqgħu l-isfel fil-livell tal-għelieqi? (Din it-triq tibda minn Ta' Żejfa, limiti tal-Mosta u twassal sa Triq Sir Temi Zammit li tieħu lejn l-Imġarr u minnha li fiha perikolu li bil-crash barriers jista' jitnaqqas, qed jgħaddu ħafna ġenituri li jkunu qed jieħdu lill-uliedhom fl-iskola San Andrea, limiti tal-Imġarr.)

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Reserved Parking — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward reserved parking peress li ilu li applika erba' xhur u għadu mingħajr risposta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sinjur imsemmi separatament ma jikkwalifikax għall-Parkeġġ Riservat għax ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Policyli tirregola dawn il-parkeġġi. Din il-persuna ġiet avżata bid-deciżjoni permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Diċembru 2017.

Il-Mosta — Triq il-Kbira - Traffic Calming Measures

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3486, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex, permezz ta' Transport Malta, jara li jsiru traffic calming measures fi Triq il-Kbira l-Mosta, min-naħa għall-oħra, jiġifieri mill-bidu tagħha minn Ta' Qali sa fejn tibda l-lokalità tan-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma Iill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta kellha erba’ talbiet fejn ġew approvati erba’ Road Humps fi Triq il-Kbira fil-Mosta, dettalji hekk kif ġej; Date of Approval Request Details Street Name Locality 08/04/2006 Road Hump In the vicinity of door Nos. 355, 391 and 374 Triq Il-Kbira Mosta 07/02/2007 Road Hump Round Topped C/W Triq Il-Kbira Mosta 24/10/2006 Road Hump Round Topped as per site plan Triq Il-Kbira Mosta 12/07/2000 Road Hump Round Topped road hump - no more than 75mm high - adjacent to house no. 461 - as in site plan Triq Il-Kbira Mosta Transport Malta ma rċevietx aktar talbiet mill-Kunsill Lokali dwar Road Humps fi triq imsemmija.

Il-Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - xogħol ta' għoti ta' tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol ta' għoti ta' tarmak mill-ġdid fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta peress li din it-triq kienet imwegħda li jsir mill-Gvern kważi sena u nofs ilu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mosta — toroq - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta, li l-Gvern qed jippjana li jerġa' jagħti tarmak mill-ġdid biex b'hekk it-toroq kollha fil-Mosta jkunu ta' kwalità tajba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Mosta — Triq il-Farinal u Triq is-Sgħajtar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' għoti ta' tarmak fit-toroq ta' Triq il-Farinal u Triq is-Sgħajtar fil-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

San Ġwann — Triq Salvu Busuttil - xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3309, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmel referenza għalihom u jgħid x’qed jipproponu? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-residenti ta’ din it-triq ġewx ikkonsultati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-data tas-seduta fejn ġiet imwieġba il-mistoqsija parlamentari numru 3309, ġew ikkuntatjati il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u tal-Msida u dawn infurmaw lil Transport Malta li jixtiequ li t-toroq jerġgħu jirritornaw għall-istat li kienu.

Awtorità tal-Artijiet – digitisation ta’ files

Question

Jista’ l-Ministru dettaljatament jgħid fiex wasal il-proġett ta’ digitisation tal-Awtorità tal-Artijiet? Kemm-il file ġie digitised s’issa mill-2013 ‘l hawn, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil onorevoli interpellant li l-Awtorita’ għandha il fuq minn 250,000 file li jammontaw għal aktar min 25 milljun dokument. Intant il-proġett ta’ diġitaliżazzjoni kien ġie inkluż fil-proġett hekk imsejjah Lemis fejn is-sejha ghal l-offerti ħarget lura fl-2003 u ġiet aġġudikata fis-sena 2004 u beda il-proċess ta’ implimentazzjoni fis-sena 2010. Dan il-proċess jinkludi l-iscanning ta’ kull korrispondenza li tirċievi l-Awtorita’. Mis-sena 2017 ġie imniedi proġett ġdid ta diġitalizazzjoni tal-files bi sħab ma Malta Post u Jobs Plus, kif ukoll qed titwaqqaf sezzjoni ta’ file scanning fi ħdan l-Awtorita’ biex titħaffef din il-proċedura u tkun waħda aktar effiċjenti u produttiva. Dan kollu fid-dawl tal-kwantita kbira ta’ files li għandha l-Awtorita’.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ ġwiebi u pump-rooms barra ż-żona ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-bini ta’ ġwiebi u pump-rooms barra ż-żona ta’ żvilupp, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F’liema lokalità jinsabu? F’kull każ f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3095, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat seba’ mija tnejn u għoxrin applikazzjoni (722) tal-Ippjanar (Planning Applications) u mija ħamsa u sittin applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini jew alterazzjonijiet ta’ ġwiebi u pump rooms barra miż-żona ta’ żvilupp mill-01/01/2013 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni. Annessi hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. PAs 2013 67 2014 67 2015 139 2016 222 2017 226 2018 1 DNOs 2013 55 2014 37 2015 46 2016 27 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn iż-żona hija ndikata bħala barra ż-żona tal-iżvilupp u fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · pump + room/s · reservoir/s · ġiebja/ġwiebi · pompa/i

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3096, l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet ħames t’elef u tmienja u tmenin applikazzjoni (5,088) ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti minn Awwissu 2016 sad-data ta’ meta nġabret (12/01/2018) din l-informazzjoni. Annessa hawn tabella li tagħti l-ammont xahar b’ xahar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Sep 2016 35 Oct 2016 160 Nov 2016 223 Dec 2016 136 Jan 2017 235 Feb 2017 263 Mar 2017 387 Apr 2017 342 May 2017 534 Jun 2017 326 Jul 2017 434 Aug 2017 418 Sep 2017 380 Oct 2017 409 Nov 2017 353 Dec 2017 245 Jan 2018 208 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni li ġew aċċettati bħala kompluti mill-istess Awtorità. L-avviż legali tar-Regolarizzazzjoni nħareġ fid-19 ta 'Awwissu 2016. Sakemm l-ewwel applikazzjoni ġiet ikkumpilata, riveduta, imħallsa u aċċettata u għalhekk l-ewwel applikazzjoni kompluta kienet riċevuta uffiċjalment f'Settembru 2016.

Awtorità tal-Ippjanar – dħul ta’ flus biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar bħala fees/fines biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min ser jibbenefika minn dawn il-flus?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3097, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala fees/fines biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sat- 8 ta’ Jannar 2018 qiegħed jiġi provdut fit-tabella segwenti; Xahar Sena Ammont miġbur € Awwissu 2016 1,450.00 Settembru 2016 99,300.00 Ottubru 2016 384,550.00 Novembru 2016 625,800.00 Diċembru 2016 348,000.00 Jannar 2017 604,000.00 Frar 2017 632,550.00 Marzu 2017 824,730.00 April 2017 1,058,085.00 Mejju 2017 1,077,765.00 Ġunju 2017 844,256.66 Lulju 2017 981,434.92 Awwissu 2017 992,153.33 Settembru 2017 868,370.00 Ottubru 2017 955,835.83 Novembru 2017 776,661.66 Diċembru 2017 535,660.00 Jannar (sa 8 ta' Jannar) 2018 412,155.83 Dawn il-flus jitqassmu b'dan il-mod: - 70% tal-flus miġbura, sa massimu ta €8 miljuni, huma allokati għall-Iskema 'Irrestawra Darek'; - 20% tal-flus miġbura, huma allokati għall-fond tal-'Planning Gains', li minnu jibbenefikaw il-Kunsill Lokali fi proġetti ta' tisbieħ fil-lokalitajiet rispettivi; u - 10% tal-flus miġbura sakemm tintlaħaq l-allokazzjoni ta' €8 miljuni għall-Iskema 'Irrestawra Darek', jew 80% tal-flus miġbura wara li tintlaħaq l-allokazzjoni ta' €8 miljuni għall-imsemmija skema, huma dħul għall-Awtorita'.

Awtorità tal-Ippjanar – dħul ta’ flus minn applikazzjonijiet ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar (inklużi Development Permit Fees, Drainage Contribution, Road Contribution, eċċ.) minn applikazzjonijiet ta' żvilupp, xahar b' xahar, minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hekk kif ġej: (a) f'żoni ta' żvilupp; (b) f'żoni barra miż-żona ta' żvilupp; (c) f'żoni ta' konservazzjoni urbana?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli li jindikaw kemm daħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar (inklużi Development Permit Fees, Drainage Contribution, Road Contribution, eċċ.) minn applikazzjonijiet ta' żvilupp, xahar b' xahar, minn Marzu 2013 sa llum.

Awtorità tal-Ippjanar – Urban Improvement Funds – flus il-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu flus s'issa l-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex mill-fond tal-'Urban Improvement Funds' mill-Awtorità tal-Ippjanar, kunsill kunsill?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-fond tal-UIF ġie mibdul fid-"Development Planning Fund" li jiġbor flimkien id-dħul ta' l-Awtorita' minn diversi sorsi f'fond wieħed skont ma titlob il-liġi. Għalhekk it-tweġiba hija limitata għal-perjodu sakemm baqa jaħdem il-fond tal-UIF bħala fond distint - jiġifieri sa' l-aħħar tas-sena 2016. Nirreferi għat Tabella A hawn taħt. Din it-tabella qed turi l-bilanċ pendenti li għad fadallhom jieħdu il-kunsilli lokali indikati minn proġetti kontrattati taħt il-fond tal-UIF. F'ċertu każijiet dan ġara jew għax il-proġett għadu mhux lest (numru minnhom diġa ħadu pagamenti parzjali). F'każijiet oħra, il-kunsill biddel il-pjanijiet, talab għal estensjonijiet jew kien hemm xi komplikazzjonijiet oħra (inkluż azzjoni legali minn terzi). Madwar sena ilu kienet intbgħatet "reminder" jew numru ta' reminders lil dawn il-kunsilli. Xi wħud ma irrispondewx filwaqt li oħrajn verbalment indikaw li hemm kumplikazzjonijiet biex jikkonkludu it-talba għal-ħlas. F'kaz li xi kunsill jikkonferma bil-miktub li m'għadx għandu interess li jieħu il-fondi rimanenti, dawn jintefgħu lura fid-"Development Planning Fund" fil-fond tal-kunsill partikolari. TABELLA A - OUTSTANDING PAYMENTS TO LOCAL COUNCILS FOR CONTRACTED PROJECTS FUNDED THROUGH THE UIF FUND Kunsill Lokali Value Kuntrattat € Valur Mħallas € Bilanċ li għad jrid jitħallas € B'BUGIA 21,840.58 - 21,840.58 BIRKIRKARA 500,000.00 473,223.15 26,776.85 COSPICUA 39,393.96 - 39,393.96 DINGLI 18,933.23 - 18,933.23 GHAJNSIELEM 173,170.11 25,975.52 147,194.59 GHARGHUR 19,510.00 - 19,510.00 KERCEM 7,220.12 - 7,220.12 LUQA 18,195.98 - 18,195.98 NAXXAR 137,659.97 55,158.34 82,501.63 PIETA' 45,500.00 - 45,500.00 SANNAT 36,475.27 18,237.64 18,237.63 SENGLEA 4,438.50 - 4,438.50 SIGGIEWI 36,345.40 - 36,345.40 SLIEMA 365,942.82 285,749.25 80,193.57 ST.PAUL'S BAY 132,269.74 - 132,269.74 SWIEQI 106,897.72 - 106,897.72 VICTORIA (GOZO) 38,636.00 - 38,636.00 XAGHRA (GOZO) 30,428.54 - 30,428.54 ZABBAR 100,000.00 - 100,000.00 ZEBBUG (GOZO) / MARSALFORN 28,255.67 - 28,255.67 TOTAL 1,861,113.61 858,343.90 1,002,769.71

Tkabbir taż-Żona Industrijali ta’ Bulebel — studju

Question

Peress li l-Awtorità tal-Ippjanar waslet għall-konklużjoni li għandha titkabbar iż-Żona Industrijali ta’ Bulebel, jista’ l-Ministru jgħid xi studju sar biex art battala bejn fabbriki f’żoni industrijali tintuża b’aktar għaqal mingħajr ma jittieħed mir-raba’?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.