Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pillola ġdida għad-dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-pillola li ssemmiet fil-gazzetta "The Times" tas-16 ta' Diċembru 2008, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tista' tintuża minflok l-injection fuq il-pazjenti tad-dijabete, hux se titniżżel fil-lista ta' pilloli b'xejn fil-kartuna r-roża? Jista' jgħid jekk isirx costing ta' kemm qed jiġi jiswa pazjent illum u kemm jiġi jiswa jekk din il-pillola tidħol fis-seħħ? Jiġi kkunsidrat li jekk tidħol din il-pillola l-pazjenti ma jkollhomx għalfejn jittaqqbu iktar u allura jkollhom inqas tbatija?

Response (DALLI, JOHN)

Il-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Agius Decelis hija il-Januvia li hija d-ditta ta’ l-ingredjent farmaċewtiku Sitagliptin. Fil-preżent hemm applikazzjoni pendenti mill-Marketing Authorisation Holder biex din il-mediċina tiġi kkunsidrata għall-introduzzjoni fil-formularju tal-gvern. Rigward il- costings u il-vantaġġi ta’ medicini ġodda fuq oħrajn alternattivi li diġa qegħdin fil-formularju, wieħed irid jgħid li dawn jagħmlu parti integrali mill-evalwazzjoni ta’ kull mediċina li għaliha jkun hemm talba biex tiġi inkluza fil-formularju.
Leg 11 PQ #7256 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei Dipartiment tal-Emerġenza — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6727 u jgħid x’inhu jsir biex jitnaqqas iż-żmien ta’stennija għal dawk li jkollom bżonn jużaw id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Japprezza li trid issir xi ħaġa ta’malajr biex in-nies jinqdew mill-aktar fis possibbli għaliex skont ittri fil-ġurnali dan l-aħħar kien hemm min stenna sitt sigħat u aktar qabel ma ngħata l-kura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7257 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Importazzjoni ta' mediċini minn sptarijiet Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6724 u jgħid minn fejn huma mportati fil-maġġoranza tagħhom il-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżerji tal-Gvern? Issir importazzjoni mill-Albanija? Jekk iva, x’mediċini jinġabu minn dan il-pajjiż? Min jimporta minn hemm?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-maġġoranza tal-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżeriji tal-Gvern huma mportanti minn pajjiżi membri tal-Gvern huma mportati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja. Ma ssirx impostazzjoni ta' mediċini mill-Albanija.

Lifts f'binjiet tal-gvern

Question

Fil-każ ta' lifts li ġew stallati f'binjiet tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jerfa' r-responsabbiltà li jsiru l-ispezzjonijiet regolari minn inġinier? Min qed jivverifika li jkun hemm maintenance contract li jiżgura li l-lifts huma rreġistrati u li qed jinġiebu skond ir-regolamenti stabbiliti għal-lifts fiż-żmien stipulat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li r-responsabilita’ tal-manutenzjoni tal-lifts u spezzjonijiet regolari minn inġinier f’każijiet ta’ blokki residenzjali tal-Gvern, taqa’ fuq l-Assoċjazzjoni tar-Residenti tal-Blokk. Fil-maġġoranza tal-każijiet, hekk kif il-lift jitlesta u jiġi ċertifikat, dan jiġi mgħoddi lill-Assoċjazzjoni tar-Residenti tal-Blokk, li tassumi r-responsabbilta’ kollha tal-amministrazzjoni tal-lift. F’ċerti każijiet l-inkwilini jaċċettaw li, mal-kera, jħallsu wkoll miżata sabiex il-lift jiġi amministrat direttament mill-Awtorita’ tad-Djar. Nitlob ukoll lill-Ononevoli Interpellant biex jirreferi għall-Avviż Legali numru 231 tas-sena 2007 li jistipula r-regolamenti kollha dwar responsabbilitajiet ta’ Spezzjonijiet u reġistrazzjoni ta’ liftijiet.

Applikazzjonijiet għal balzmaturi full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti għal balzmaturi full-time? F'każ illi hemm, kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet u kemm hu mistenni li jdumu aktar sabiex jinħarġu l-liċenzji relattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #7365 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Cost accounting exercise

Question

Jista ' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6835 u jgħid kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, giet appuntata biex tagħmel cost accounting exercise fl-Isptar Mater Dei u jekk ġietx appuntata wara ħruġ ta' tender jew b'direct order ? Jekk b'tender min kienu l-applikanti, x'kienu r-rati u fuq liema bażi ġiet appuntata l-persuna magħżula? Jista' jgħid x'esperjenza għandha d-ditta li isimha qed jingħata b'mod separat fl-operat ta' sptar tad-daqs ta' Mater Dei kif ukoll kemm-il persuna qed taħdem fuq l-eżerċizzju ta' cost accounting ? Jekk b'direct order għaliex intgħażlet din id-ditta, kemm hija s-somma li qed titħallas, kemm se jdum għaddej dan l-eżerċizzju u kemm se tkun in-nefqa totali ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-persuna konċernata ġiet appuntata b’direct order. Id-ditta għandha esperjenza fuq xogħlijiet simili fi tliet sptarijiet: Monte Carmeli, Sir Paul Boffa u Zammit Clapp. Hemm żewg persuni li qed jaħdmu fuq l-eżeċizzju. Informat ukoll li d-ditta intgħażlet għaliex fil-passat ħadmet b’mod sodisfaċenti fl-isptarijiet imsemmija hawn fuq. Din id-ditta setgħet tiġi appuntata għaliex l-eżercizzju jaqa’ fil-limitu permess minn direct order , ċioe` li għandu jieħu anqas minn sitt xhur u in-nefqa totali ser tkun ta’ €23,000.
Leg 11 PQ #7371 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Care worker għal persuna b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6941 u 6156 u cioè: Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li din it-tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika u li l-familja tagħha fittxet l-assistenza għaliha, professjonisti tal-Aġenzija SAPPORT għamlu l-assessment tagħhom tas-sitwazzjoni, liema assessment ġie diskuss mal-Maniġer tas-Servizzi u l-Kap Operattiv tal-Aġenzija. Wara li ġew kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tagħha fid-dawl tar-riżorsi disponibli, ġie deċiż li t-tifla tingħata assistenza ta’ sagħtejn kuljum għal ħamest ijiem fil-ġimgħa, għal sitt ġimgħat, total ta’ sittin siegħa ta’sapport. Peress li l-familja xtaqet aktar sigħat minn hekk, u bil-ħsieb li l-Aġenzija tassisti bl-aħjar mod li tista’, ġiet offruta l-possibiltà li l-Aġenzija tara li s-support worker tagħha li hi mgħallma kif taħdem ma’ din it-tfajla, tkun disposta għal aktar sigħat kuljum, liema sigħat iħallsu għalihom il-familja. Għalhekk, sar qbil bil-miktub mal-familja fejn kien formalizzat dan il-ftehim.
Leg 11 PQ #7381 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li jaħdmu b'ġimgħa mnaqqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema f'Malta u Għawdex separatament li qed jaħdmu b'ġimgħa mnaqqsa fil-mument? Kemm minnhom huma nisa, kemm irġiel u kemm żgħażagħ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ammont ta’ ħaddiema f’Malta li fil-preżent qed jaħdmu b’ġimgħa mnaqqsa huwa ta’ 1910 filwaqt li f’Għawdex hemm 178 ħaddiem li qed jaħdmu wkoll b’ġimgħa mnaqqsa. F’dan ir-rigward id- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg ma jżommx statistika ta’ kemm minn dawn il-ħaddiema huma irġiel, nisa jew żgħażagħ.
Leg 11 PQ #7382 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpanniji li naqqsu l-ħaddiema tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpanniji f'Malta u Għawdex li naqqsu l-ħaddiema matul din is-sena? Kemm hu n-numru globali ta' ħaddiema li tilfu l-impjieg? Kemm minnhom kienu nisa, kemm irġiel u kemm żgħażagħ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ ħaddiema li ġew issensjati f’Jannar u Frar 2009 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 531. Minn dawn kien hemm 279 irġiel, 97 kienu nisa u 155 kienu żgħażagħ irġiel u nisa. Ma nħossx li hu opportun li nsemmi min kienu dawk il-fabbriki/kumpaniji li taw is-sensji għaliex din l-informazzjoni jista’ jkollha effett ħażin fuq il-prospetti kummerċjali ta’ l-organizzazzjonijiet involuti.
Leg 11 PQ #7383 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proċedura biex kumpannija tnaqqas il-ġimgħa tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex kumpannija privata tnaqqas il-ġimgħa tax-xogħol tal-ħaddiema? Kemm mill-kumpanniji in kwistjoni segwew din il-proċedura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-kumpanija privata li jkollha l-intenzjoni tnaqqas il-ġimgħa tax-xogħol tal-ħaddiema għandha permezz tal-prinċipal tagħha tressaq talba lid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Sussegwentement l-uffiċjali tad-Dipartiment imorru fuq il-post biex jivverifikaw is-sitwazzjoni tal-kumpanija b’diversi modi bħal intervisti mal-ħaddiema u mad-diretturi u jikkontrollaw kotba u dokumenti li jissostanzjaw it-talba tal-prinċipal. Kull talba tista’ tkun approvata għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ ġimgħat u jekk, fi tmiem dak il-perjodu, il-kumpanija titlob mill-ġdid dan il-permess terġa’ ssir verifika tas-sitwazzjoni mill-uffiċjali tad-Dipartiment. Informat ukoll li mill-kumpaniji kollha li fil-preżent qed jaħdmu b’ġimgħa mnaqqsa kien hemm ħamsa li bdew jaħdmu b’dan il-mod qabel ma talbu l-approvazzjoni tad-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. F’dan ir-rigward id-Dipartiment esiġa li l-paga kollha dovuta toħroġ daqs li kieku il-ġimgħa tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema ma ġietx imnaqqsa.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6970, 6261 u 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 680 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is-supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6973, 6250 u 5937 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, jista' l-Ministru jgħid minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħux jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-għadd ta' antibijotiċi huma inklużi fil-formularji tal-gvern. Dawn ikopru l-maġġoranza ta' infezzjonijiet anke dawk li jkunu reżistenti għal ċertu antibijotiċi. L-inklużjoni ta' antibijotiċi ġodda jiġu diskussi mill-kumitat nazzjonali tal-antibijotiċi u d-deċiżjonijiet jittieħdu flimkien mad-Direttorat tal-Politika Farmaċewtika u Moniteraġġ (DPPM) skond l-eżiġenzi nazzjonali li jqumu minn żmien għall-żmien.

spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6974, 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Tilqim tal-Influwenza

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsijiet parlamentari 6975, 6265 u 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'records ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7399 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Availability ta' urine bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment m'għadux jagħti (jekk hemm available) urine bags ta' 500cc li kienu utili ħafna għal min huwa ambulanti u jkun jixtieq joħroġ u jkompli b'ħajtu normali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

każ ta' post sub standard

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tingħata akkomodazzjoni alternattiva minħabba li l-post fejn qed jgħixu huwa sub standard u jinsab f'sitwazzjoni ħażina, anke minħabba problemi ta' saħħa u mobilità li qed ibati minnhom membru ta' din il-familja? Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna konċernata toqgħod waħidha ġo dar bi tlett kmamar tas-sodda imqassma fuq tlett sulari b’żewġ kmamar f’kull sular. Is-Sinjura kienet ġiet allokata din id-dar li kienet rekwizizzjonata fl-1993 qabel ma għamlet operazzjoni f’daraha u kellha tibda’ tagħmel użu mill-wheelchair. Din il-proprjeta’ mhiex substandard imma s-soqfa tat-tromba tat-taraġ u tal-washroom huma fi stat ta’ periklu. Hi kienet applikat taħt l-Iskema 5 sabiex tirrendi l-post abitabbli, pero’ din l-applikazzjoni ġiet ikkanċellata minnha peress li kienet qed tiġi rikoverata ġewwa l-isptar Mount Carmel għal perjodi twal. Is-Sinjura kienet offruta appartament tal-Gvern Fuq Verdala Bormla li hi irrifjutat minħabba li jinsab ‘il boghod mill-familja tagħha (huma jgħixu l-Birgu). Dan l-appartamenti kien fi pjan terran u l-Awtorita’ tad-Djar għamlet refurbishing tiegħu sabiex din il-persuna setgħet tidħol tabita fih mingħajr ebda xkiel. Fil-preżent l-Awtorita’ m’għandiex appartament b’kamra tas-sodda waħda fil-post li trid din is-sinjura.