Forzi Armati ta' Malta – Taħriġ organizzat mill-Frontex
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet snin il-Frontex organizzatx xi taħriġ għall-Forzi Armati ta' Malta, u jekk ikun il-każ jipprovdi d-dati, kemm-il suldat ipparteċipa, u x'kien it-taħriġ li sar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Description of Training
No. of Participants
Dates
FRONTEX Training Border Surveillance Officer Maritime Operations, Estonia
2
Sept. 2022
FRONTEX European Coast Guard Functions Officer, Italy
1
Nov. 2022
FRONTEX Pre-Deployment Induction Training
22
Feb. 2023
8
Apr. 2023
6
Jan. 2024
Każijiet ta’ traffikar ta' persuni rrappurtati Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' persuni ġie rrappurtat f’Malta? Jista’ wkoll jipprovdi informazzjoni dwar x'passi ttieħdu f'dawn l-aħħar tliet snin, u jipprovdi d-dati rispettivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar tlett snin kien hemm żewġ każi ta’ traffikar ta' persuni rrappurtati f’Malta fejn ittieħdet azzjoni dwarhom mill-pulizija. F’Mejju 2022 tlett persuni tressqu l-Qorti in konnessjoni ma’ l-ewwel każ, filwaqt illi r-raba’ persuna nvoluta fl-istess każ tressqet fil-bidu ta’ Ġunju 2022. F’Ġunju 2022 żewġ persuni tressqu l-Qorti rigward it-tieni każ. Il-proċeduri fiż-żewġ każi għadhom sub judice.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq priġunieri, kemm minn priġunieri stess jew inkella minn membri tal-istaff minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, s’passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi sar rapport fis-sena 2023 fuq fastidju sesswali lejn membru tal-istaff tal-ħabs minn priġunier, u sar rapport lill-Pulizija. Rapport ieħor ta’ fastidju sesswali fuq priġunier minn priġunieri oħra, sar fil-bidu ta’ din is-sena fejn sar rapport lill-Pulizija, u l-Aġenzija infurmata li ttieħdu passi quddiem il-Qrati.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17378 dwar tneħħija ta’ vettura minn Triq Piscopo Macedonia, Xemxija, jista' l-Ministru jgħid liema entità, dipartiment, eċċ. neħħa dan il-mutur? Jista’ jgħid ukoll meta tneħħa dan il-mutur u fejn tpoġġa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-vettura li kienet fi Triq Piscopo Macedonia, Xemxija u li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Membru, tneħħiet mill-pulizija fit-18 ta’ Marzu 2024 u bħalissa qiegħda fil-kumpless ġewwa Ta’ Kandja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17362 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali u jgħid xi studji saru fl-aħħar għaxar snin fuq il-prevalenza ta’ xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari? Jekk saru studji f’dan is-sens, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li Jobsplus m’ għamlitx studji fuq dak imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17363 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali u jgħid x’miżuri ħa jew qed jieħu l-Gvern biex jonqos ix-xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-Taqsima tal-Law Compliance fi ħdan Jobsplus torganiżża diversi spezzjonijiet fuq il-lant tax-xogħol biex tiżgura li x-xogħol ikun dikjarat. Barra minn hekk Jobsplus tirċievi informazzjoni mill-Inspections Coordination Office fi’ ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ta’ nies li jkunu ġew intervistati jew impjegati f’ ażjendi u positijiet tax-xogħol li jkunu ġew spezzjonati minn diversi entitajiet oħra.
Ir-Rabat, Għawdex — Pjazza San Ġorġ – Passaġġi pubbliċi - Interventi mill-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm drabi f'din l-aħħar sena, li l-Pulizija intervjeniet biex ir-regoli tal-passaġġi pubbliċi fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat Għawdex, jibqgħu mħarsa u ma jiġux maħnuqa mill-imwejjed u s-siġġijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija jassisti kull meta kien hemm il-ħtieġa u l-Pulizija ġiet mitluba tassisti lill-uffiċjali tad-dipartimenti kkonċernati biex tali regolamenti jiġu mħarsa, kemm f’attivitajiet reliġjuzi u diversi funzjonijiet oħra, u din l-assistenza dejjem ingħatat. Ma tinżammx data ta’ kemm il-darba din l-assistenza ngħatat, minħabba li din hi parti mid-doveri abitwali ndirizzati mill-pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew suwiċidji bejn l-2013 u l-2023 sena b’sena u maqsuma bl-età (age groups) bejn 18-30 sena, bejn 31-50 sena, bejn 51-65 sena u 65 sena 'l fuq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żwiġijiet bejn is-sena 2010 u l-2023:
i. kienu bi żwieġ bil-Knisja?
ii. kienu koppja Maltin?
iii. kienu barranin it-tnejn?
iv. kienu mħalltin?
Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kien żwieġ ċivili biss u kemm minnhom;
i. kienu koppji Maltin?
ii. kienu barranin it-tnejn?
iii. kienu mħalltin?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma reġistrati taħt ġenitur wieħed (il-ġenitur l-ieħor mhux magħruf)? Kemm minn dawn huma reġistrati taħt nisa jew irġiel biss? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal reġistrati mal-istess single parent (single parent b’iktar minn wild wieħed?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li skont reġistrazzjonijiet irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta sal-14 ta’ Frar 2024, fl-2023 ġew reġistrati 91 tarbija taħt ġenitur wieħed, fejn il-ġenitur l-ieħor mhux magħruf u kollha huma reġistrati taħt nisa. Minn dawn il-ġenituri, kien hemm 16 li għandhom aktar minn wild wieħed irreġistrat taħt isimhom. Dawn il-figuri ma jinkludux adozzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika matul is-sena 2023? JIsta' jgħid ukoll:
i. kemm minn dawn kienu magħmulin minn persuni li jidentifikaw mal-ġeneru femminili?
ii. kemm minn dawn kienu magħmulin minn persuni li jidentifikaw mal-ġeneru maskili?
iii. kemm minn dawn il-persuni kienu jidentifikaw ma’ ġeneri oħra?
Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità fejn huma residenti l-persuni li għamlu r-rapport u skont l-età tal-persuni li għamlu r-rapport (f’age brackets)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 kien hemm elfejn u wieħed u sebgħin (2071) rapport ta’ vjolenza domestika irreġistrati fis-sistema tal-Pulizija. Dawn ġew irreġistrati fil-lokalitajiet fejn seħħ l-inċident, skond kif jidhru fit-tabella mmarkata A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, liema residenza mhiex neċessarjament ir-residenza tal-persuni li għamlu r-rapport jew il-vittmi.
Qed titpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella oħra mmarkata B li turi kemm mir-rapporti kienu magħmulin minn persuni femminili u dawk maskili skond kif irreġistrati fis-sistema, kif ukoll kategorija ta’ età tal-vittmi.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-proċess li fih intgħażlet il-Kmandant tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati kif imħabbar nhar it-13 ta' Jannar 2024, filwaqt li jipprovdi informazzjoni dwar l-edukazzjoni, il-kwalifiki u l-motivazzjoni wara n-nomina tal-Ministru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal stqarrija maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni bir-referenza PR230050 nhar it-13 ta' Jannar 2023, u mhux 2024 kif intqal fil-mistoqsija, li tipprovdi dak mitlub u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati — Investiment u nfiq
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'investiment u nfiq sar fl-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati mit-13 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-msitoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ġewwa l-Akkademja għal Forzi dixxiplinati matul l-aħħar snin ingħata taħriġ varju li jinkludi: Il kors għal tħejjija sabiex issir kuntistabbli tal-Pulizija li huwa kors akkreditat mill-Malta Further and Higher Education Authority, korsijiet għal surġenti ġodda u għal spetturi ġodda, korsijiet għal Pulizija ta’ riserva u korsijiet għal dawk il-membri tal-korp li jkunu nteressati jingħaqdu mall-Pulizija tal-Komunità. Matul is-sena 2023 ingħata taħriġ intensiv sabiex iħejji lil Pulizija għal avveniment tal-Europride li sar ġewwa pajjiżna. Jingħata wkoll taħriġ fuq mentoring u ġie organizzat kors speċjaliżżat għal sewwieqa ta’ Muturi (blue light driving) lil diversi entitajiet li nkludew il- Pulizija, uffiċċjali tal-komunità tal-LESA, membri tal-Awtorita għat-Trasport u membri tal-Protezzjoni Ċivili. Barra minn hekk jingħata taħriġ kontinwu ‘in service’ lil membri tal-Korp li jinkludi kemm aspett akkademiku u dak prattiku.
Ingħata ukoll taħriġ lil membri tal-Armata bi tħejjija għal promozzjonijiet u lill-membri tal-Protezzjoni Civili. Perjodikament jingħataw ukoll korsijiet fil-Border Management. Dawn jattenduhom membri tal Korp, uffiċċjali tad-Dwana u uffiċċjali tal-Immigrazzjoni pajżana.
L-akkademja tmur ukoll lil hinn mit-taħriġ għal Forzi Dixxiplinati. Jsiru numru ta’ laqgħat ma’ entitajiet oħra li juru nteress li jibbenifikaw min taħriġ speċjaliżżat offrut mil-Akkademja. Għaldaqstant jingħata wkoll il-basic training course lil dawk li jkunu jixtiequ jsiru uffiċċjali tal-komunità (LESA), jsiru wkoll korsijiet għal promozzjonijiet fi ħdan din l-entita’ u korsijiet oħra skond il-bżonn. Ingħata wkoll kors ta’ taħriġ fuq immaniġġjar tat-traffiku lil membri tal-Water Services Corporation matul is-sena 2023. Matul is-sena 2023, l-Akkademja intuzat mil-Europol bħala bażi ta’ taħriġ li ngħata ġewwa pajjiżna.
Minn barra korsijiet ta’ reklutaġġ, fil-ġimgħat li ġejjin l-Akkademja se tkun qed tagħti kors fuq ‘Fundamental Human Rights’ lil membri tal-Armata u taħriġ ieħor lil uffiċċjali tal- Aġenzija Identità. Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda wkoll kors għal Spetturi ġodda fil-Korp tal-Pulizija.
Fl-aħħar snin kompla għaddej xogħol infrastrutturali fejn żdiedu l-kmamar tat-taħriġ, inbniet guardroom u saru alterazzjonijiet fuq bini eżistenti. Ukoll, tħejjew il-pedamenti sabiex tinbena blokka ġdida li se tinkludi aktar klassijiet, librerija, gym u canteen. Inxtara apparat għal taħriġ fiżiku kif ukoll apparat ieħor li jgħin fit-taħriġ prattiku.
Fix-xhur li għaddew tnehdiet ukoll uniformi ġdida għall-istaff tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati.
Forzi Armati ta' Malta – Ħidma konġunta mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema istanzi, f'dawn l-aħħar tliet snin, il-Forzi Armati ta' Malta assistew jew ingħaqdu ma' ħidma li saret b'mod konġunta mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex, u dan billi jipprovdi d-dati, informazzjoni dwar il-ħidma u kemm-il membru tal-Forzi Armati serva?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli t’hawn taħt.
Frontex Operational Year 2021
Joint Operation Terra
19/05/2021
08/09/2021
16
Border Surveillance
Joint Operation Poseidon Sea
24/03/2021
21/05/2021
32
Border Surveillance
Support for Logistics
11/08/2021
26/01/2022
3
Logistical Support
FSC Aerial Surveillance
27/01/2021
26/01/2022
17
Communication Support
Frontex Operational Year 2022
Joint Operation Terra
18/05/2022
02/11/2022
24
Border Surveillance
Joint Operation Poseidon Sea
05/10/2022
30/11/2022
32
Border Surveillance
05/10/2022
30/11/2022
2
Border Surveillance
Support for Logistics
13/07/2022
09/09/2022
1
Logistical Support
FSC Aerial Surveillance
26/01/2022
25/01/2023
20
Communication Support
Frontex Operational Year 2023
Joint Operation Terra
22/03/2023
12/11/2023
24
Border Surveillance
Joint Operation Poseidon Sea
22/03/2023
17/05/2023
32
Border Surveillance
22/03/2023
17/05/2023
2
Border Surveillance
FSC Aerial Surveillance
26/01/2023
24/01/2024
22
Communication Support
Frontex Operational Year 2024
Joint Operation Poseidon Sea
21/02/2023
17/04/2023
4
Border Surveillance
FSC Aerial Surveillance
24/01/2024
22/03/2024
4
Communication Support
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex – Ħidma fil-Baħar Mediterran
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu l-Gvern Malti dwar il-ħidma li qed issir mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex fil-Baħar Mediterran, u jagħti spjegazzjoni dwar ir-riżultati li nkisbu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant jifhem li l-Ministru ma jistax jirrispondi għall-Aġenzija Frontex.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.