Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Luqa — ilment dwar is-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tat-trasport pubbliku li jgħaddi miċ-ċentru ta' Ħal Luqa kull filgħodu bejn is-6:30 a.m. sat-7:45 a.m. qed ikunu full-up bil-konsegwenza li passiggieri qed jitħallew jistennew fuq l-istages u l-istudenti qed jaslu tard?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta hija konxja tal-problemi u ġibdet l-attenzjoni tal-operatur li hu reponsabbli biex josserva l-maximum waiting time stipulat fil-kuntratt u kemm il-darba jippersisti fin-nuqqas tiegħu jibda jiġi mmultat wara l-4 ta’ Novembru 2011.

Imsida — Lane biex tmur lejn il-Belt

Question

B'referenza għal-lane lejn il-Belt Valletta li hemm fir-roundabout tal-Imsida biswit il-Monument tal-General Workers Union, liema lane mhix qed tilħaq l-iskop tagħha għax f'din il-lane bilkemm ikun hemm vetturi biex imorru lejn il-Belt anzi qed ikun hemm serbut vetturi fil-lane l-oħra li qed jimblokka t-traffic flow tal-lanes l-oħra, jista' l-Ministru jikkonsidra li jerġa' jinqaleb dan il-lane għall-użu normali, waqt li jżomm it-traffic lighs ma jaħdmux f'Rue Dargens, biex it-traffiku jerġa' jiġi flowing?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ġebel għall-bini tal-Parlament il-ġdid

Question

Jikkonferma l-Ministru r-rapporti li dehru fil-media li uħud mill-ġebel li qed jintuża għall-bini tal-Parlament il-ġdid se jittieħed minn barriera partikolari f'Għawdex li għandha notifika ta’ infurzar li minħabba f’hekk għadu ma nħarġilhiex il-permess ambjentali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Lista tat-toroq li saru u li għad iridu jsiru mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ toroq li saru mill-Gvern Ċentrali kif imwieghed sa mis-sena 2004 sal-lum, lokal b’lokal? Jista' jgħid ukoll liema huma t-toroq li hemm proġettati li ser isiru minn Ottubru 2011 sas-sena 2013, lokal b’lokal? Jista' l-Ministru jippreżenta tabella tat-toroq proġettati li ser jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra – 1. il-listi ta' toroq li saru mill-2004 sal-lum; 2. il-programm ta' toroq sa nofs is-sena 2012. Il-programm ta' xogħol mill-2012 sal-2013 għadu qed jiġi konkluż.

Proġett ta' Bieb il-Belt u l-Parlament

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Bieb il-Belt inkluż il-Parlament il-ġdid? Jista jghid kemm tlesta xoghol f’termini ta’ persentagg ? Jista jghid jekk ix-xogħlijiet humiex miexja on schedule? Jista jgħid kemm intnefqu flus fuq dan il-proġett s'issa u min kienu l-kuntratturi/konsulenti li tħallsu u kemm tħallsu ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjpni mitluba dwar l-istadju tal-proġett kif maqsum fid-diversi tenders meħtieġa kif ukoll l-ispejjeż li tħallsu, maqsuma skont il-kuntratturi u konsulenti. F’termini ta’ persentaġġ sal-aħħar t’Awwissu tlesta 20 fil-mija tax-xogħol. Jien infurmat li x-xogħlijiet mexjin skont kif kien ippjanat.

Għawdex — Reġistru Pubbliku - uffiċċju magħluq

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux jikkonsidra li jsaħħaħ l-Uffiċċju tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex u dan sabiex dawk in-nutara li huma rreġistrati f'Malta u jkollhom bżonn imorru Għawdex biex jinsinwaw atti u ipoteki fir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex ikunu jistgħu jinqdew peress li ħafna drabi ma jsibu lil ħadd fl-uffiċċju, bil-konsegwenza li dawk li jkollhom il-ħtieġa ta' dan is-servizz qed ikollhom imorru aktar minn darba b'telf kbir ta' ħin mill-qadi ta' dmirijiethom fil-professjoni tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid hux jikkonsidra li n-nutara reġistrati f'Malta jkunu jistgħu jirreġistraw l-atti u l-ipoteki tagħhom fl-Uffiċċju tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.28132.

Yacht Marinas — berths

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn yacht marinas f'pajjiżna? Jista' jgħid kemm-il berthhemm f'kull waħda minnhom? Jista' jgħid ukoll minn min hija mmexxi kull yacht marina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex hawn 9 yacht marinas. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni l-oħra mitluba.

Ricasoli — Tank Cleaning Farm

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min qed jitmexxa t-Tank Cleaning Farm ta' Ricasoli? Kemm-il darba ntuża minn Jannar 2011 s'issa u liema kienu l-bastimenti li għamlu użu minn din il-faċilità?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Transport Malta — bċejjeċ irreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irreġistrati ma' Transport Malta bċejjeċ tal-baħar maqsuma bejn dak sa' 5 metri, dawk minn 5 metri sa 7 metri, minn 7 metri sa 12-il metru, u dawk akbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Karozzi second hand importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand bejn Jannar 2011 u llum maqsuma skont minn liema pajjiż ġew importati, kif ukoll skont id-ditta u ċilindraġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-karozzi second hand li ġew impurtati bejn Jannar 2011 u l-aħħar ta' Settembru jammontaw għal 7992 vettura. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rappport bl-informazzjoni l-oħra mitluba. Irrid ngħid li l-għamla tal-vetturi mhix inkluża fir-rapport għar-raġuni li din hija informazzjoni kummerċjali sensittiva u b’hekk Transport Malta ma' tistax tgħaddi tali informazzjoni. Dan għaliex din l-informazzjoni tappartjeni primarjament lill-aġenti/ impurtaturi tal-karozzi nfushom.

Cruiseliners — passiġiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu cruiseliners f'Malta bejn Jannar 2011 s'issa? Liema kienu l-cruiseliners u kemm niżżlu passiġiera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-15 ta' Settembru 2011 ġew Malta 195 cruise liner li kellhom fuqhom total ta' 380,979 passiġġier. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-cruise liners u n-numru ta' passiġġieri li ġarrew.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma nxtrawx karozzi mill-Ministeru tiegħi.

Ħal Qormi — Rotta 63

Question

Jaf l-Ministru li l-passiġġieri li jirkbu mill-stages li huma serviced b'rotta 63, ħafna minnhom fil-ħinijiet tax-xogħol qed ikollhom jistennew ħin twil, minħabba li din tgħaddi kull siegħu u peress li oħrajn minkejja l-ħin twil ta' stennija, lanqas jirnexxielhom jirkbu peress li tkun mimlija, u għaldaqstant hemm min qed imur tard għax-xogħol, bil-konsegwenza li hemm min qed inaqqsulu mill-paga u oħrajn anke jipperikolaw l-impjieg? Jista' jimmedja biex ir-rotta 63 li tgħaddi min-naħa ta' Ħal Qormi San Ġorġ, tgħaddi aktar frekwenti partikolarment fil-ħin tax-xogħol u lura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi r-rotta 63 tibda minn San Ġorġ, Ħal Qormi stess u allura mhux kwistjoni ta’ li din “tgħaddi” mimlija imma li proprju timtela’ minn fejn tibda. Din hi waħda mir-rotot ġodda li ġew introdotti x-xahar li għadda u kemm- il darba jirriżulta li konsistentement jiġri dak li qed tgħid l-Onor.Interpellant, tkun trid tiżdied il-frekwenza.

Ħal Luqa — Rotta 71 u Rotta 72

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta fl-1 ta' Settembru 2011 saru tibdiliet fir-rotot, Ħal Luqa ġiet introdotta r-rotta 72 tal-Qrendi biex titlaq mill-Belt għal Triq Valletta, għal Triq il-Ġdida, għal Triq Dun Pawl, għall-Pjazza ta' quddiem tal-Knisja ta' Hal Luqa u mhux rotta 71 dik taż-Żurrieq? Dan peress li għalkemm ir-rotta 72 solviet parti mid-diffikultajiet li l-Ħal Luqin iffaċċjaw bl-introduzzjoni tar-riforma l-ġdida f'Lulju li għadda, billi għallinqas issa hemm rotta li tgħaddi mill-qalba tar-raħal hija u ġejja mill-belt, iżda l-Ħal Luqin, bl-introduzzjoni ta' din ir-rotta tal-Qrendi biss, tnaqqsulhom għad ta' benefiċċji li kellhom bir-rotta taż-Żurrieq? Għaldaqstant, jaf li għad ta' Ħal Luqin kienu jużaw r-rotta taż-Żurrieq biex nhar ta' Ħamis imorru s-Suq li jarma ż-Żurrieq, filwaqt li nies miż-Żurrieq, minn Ħal Safi u minn Ħal Kirkop kienu jużaw din ir-rotta taż-Żurrieq regolarment, biex imorru Ħal Luqa biex jiġbru mediċini mill-berġa ta' Ħal Luqa? Jaf li din l-istess rotta taż-Żurrieq kienet tintuża minn għad ta' Ħal Luqin fil-weekends u fi ġranet oħra tal-ġimgħa biex imorru għal ħarġa fiż-Żurrieq, partikolarment f'Wied iż-Żurrieq? Min-naħa l-oħra r-rotta taż-Żurrieq kienet tintuża minn turisti li jżuru Ħal Luqa u wara jmorru Wied iż-Żurrieq. Ma jarax li r-rotta taż-Żurrieq setgħet tiġi promossa aktar mat-turisti, speċjalment meta f'Ħal Luqa jsiru attivitajiet kulturali u tradizzjonali bil-għan li t-turisti jgħaqqdu ż-żjara tagħhom f'Wied iż-Żurrieq, b'waqfa ukoll f'Ħal Luqa u b'hekk jgħin biex jiġi ġġenerat ukoll in-negożju f'Ħal Luqa? Għalhekk jista' l-Ministru jintervjeni bil-għan li din ir-rotta taż-Żurrieq, terġa' tibda topera mill-qalba ta' Ħal Luqa, sabiex il-Ħal Luqin jerġgħu jgawdu minn dawn il-benefiċċji u ukoll jerġa' jkollhom frekwenza fir-rotta huma u ġejjin mill-Belt Valletta, partikolarment, li r-rotta tal-Qrendi ma tagħtihomx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Rotta 71 tgħaddi minn Triq l-Imgieret biex tagħti servizz ta’ 4 karozzi kull siegħa bejn il-Belt Valletta u San Vincenz de Paule. Dan jitnaqqas sew jekk ikun segwit il-parir tal-Onor. Interpellant. Infurmat ukoll li rotta 71 taż-Zurrieq fi triqtha lejn il-Belt Valletta, tidħol sal-pjazza ta' Ħal Luqa u toħrog minn triq il-Karmnu għal Triq Ħal Qormi. Għaldaqstant, in-nies ta' Ħal Safi u Ħal Kirkop jistghu jibqgħu jmorru Ħal Luqa kif kienu jagħmlu qabel. F’każ li n-nies ta' Ħal Luqa jkunu jridu jmorru ż-Żurrieq, jistgħu jieħdu r-rotta 71 minn Triq San Tumas, Ħal Luqa. Jistgħu wkoll jieħdu r-rotta tal-Qrendi bin-numru 72 u jieqfu fuq il- bus stop ta' wara l-mina ta' Ħal Kirkop b’isem ‘Mini’ u min hemm ibiddlu r-rotta jew mal-71, 117 u 118 liema rotot iwaqqfuhom fil-pjazza taż-Żurrieq. Irrid madankollu nghid li l-osservazzjonijiet tal-Onor Interpellant huma nnuttati u jkunu kkunsidrati f’revizjonijiet futuri tar-rotot.

Mosta — infiq ta' proġetti ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'din il-leġislatura kemm kien l-infiq ta' proġetti ta' toroq li saru l-Mosta? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa totali għal bini ta' Triq il-Ħtajriet fil-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din il-leġislatura fil-Mosta tlestew toroq b'valur ta' madwar €2,475,000. In-nefqa totali ta' Triq il-Ħtajriet kienet ta' € 1,022,152.

Linji sofor quddiem garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel isiru l-linji sofor quddiem garaxx partikolari, jiġix ivverifikat li l-proprjetà hi verament garaxx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta, meta taslilha talba bħal dik imsemmija mill-Onor. Interpellant mingħand il-kunsill lokali, din it-talba tiġi eżaminata mill-lat ta’ immaniġġjar tat-traffiku biss. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kartanzjan — benefiċċji mit-trasport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26526 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'benefiċċji se jkollhom fit-trasport l-anzjani meta jippreżentaw il-Kartanzjan, kemm fuq servizzi tal-art bħal trasport bix-xarabanks u anke fuq il-vapur ta' Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li persuni li jippreżentaw il-Karta Anzjan għandhom skont ta' 86% fuq biljett ta' sagħtejn, skont ta' 81% fuq biljett ta' ġurnata u skont ta' 81% fuq biljett ta' ġimgħa fuq it-trasport pubbliku fuq l-art. L-istess persuni jivvjaġġaw b'xejn fuq il-vapur t'Għawdex u għandhom skont ta' 30% għan-noll għall-karozza tagħhom. Residenti t'Għawdex li jippreżentaw il-Karta Anzjan għandhom skont ta' 15% għan-noll għall-karozza tagħhom.

Kartanzjan — benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26525 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'benefiċċji għandhom l-anzjani li jippreżentaw il-Kartanzjan li jipprovdilhom l-Istat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema benefiċċji qed jirreferi.