Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #14295 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – parking – kisi ta’ tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qabel l-istaġun tas-sajf il-parking ta’ Marsalforn jitkompla jinkesa bit-tarmac peress li parti kbira mill-istess parkeġġ għadu qatt ma ġie mogħti t-tarmac u kull sena l-kundizzjoni tiegħu qed ikompli jiddeterjora?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’dan il-parkeġġ ser isir skont skeda ta’ prijoritajiet amministrata mil-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #14296 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq in-Neolitiċi u parti minn Triq 31 ta’ Marzu – tarmac ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol mill-Ministeru għal Għawdex biex Triq in-Neolitiċi u parti minn Triq 31 ta’ Marzu fir-Rabat Għawdex jingħataw wiċċ bit-tarmac għall-ewwel darba u jitneħħa l-inkonvenjent kbir għar-residenti? Jista’ jgħid jekk hemmx tender għal dan ix-xogħol u jekk iva meta mistenni jibda x-xogħol? Jekk le, hemm ħsieb li dawn it-toroq isiru matul is-sena 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm kuntratt wara sejħa għal offerti MGOZ/MPU T 27/2019. Ix-xogħol fuq din it-triq beda, imma qegħdin nistennew clearance mingħand is-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Leg 13 PQ #14297 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq Ġorġ Pisani — tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq Ġorġ Pisani fir-Rabat Għawdex issir bit-tarmac għall-ewwel darba u jitneħħa l-inkonvenjent li qed jiffaċċjaw ir-residenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq Ġorġ Pisani ser isiru bħala parti mil-link il-ġdid għat-triq ta’ Marsalforn.
Leg 13 PQ #14298 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – vjaġġi extra ta’ dangerous goods

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ extra b’dangerous goods sar mill-kumpanija Gozo Channel minn Malta għal Għawdex u minn Għawdex għal Malta u jgħid meta saru dawn il-vjaġġi u x’ħin matul ix-xahar ta’ April 2020? Jista’ jgħid kemm swew lill-kumpanija dawn il-vjaġġi u kemm daħlet mill-fees li tħallsu għal dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija mistoqsija ta’ natura kummerċjali. Il-kumpanija dejjem għamlet vjaġġi extra kull meta kien hemm il-bżonn li jsiru.
Leg 13 PQ #14354 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #14728 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ta’ Kerċem – sfreġju fuq l-Għadira ta’ San Rafflu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom wara sfreġju li sar fuq l-Għadira ta' San Rafflu f'Ta' Kerċem Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid bi preċiżjoni x'kienet is-sustanza li nxteħtet fl-ilma? Jista' l-Ministru jispjega xi ħsara saret lill-biodiversità taż-żona? Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir biex jitnaddaf l-isfreġju?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 14727.
Leg 13 PQ #14729 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Widien imnaddfa f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm widien f’Għawdex se jkunu qed jitnaddfu matul din is-sena u liema huma?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex akkwista fondi Ewropej sabiex jiġu mnaddfa 12-il wied f’Għawdex li huma: 1. Wied ix-Xlendi, 2. Wied tal-Grazzja, 3. Wied ta’ Mġarr ix-Xini, 4. Wied Riħan, 5. Wied Ta Grajgel/Daħlet Qorrot, 6. Wied Il-Wileg (li jinkorpora ukoll il-Wied Tal-Halq/Tal-Marġa ġewwa l- Qala), 7. Wied tax-Xħajma; 8. Wied Imgarr/Ġnien Migiarro ġewwa Għajnsielem; 9. Wied ta’ Marsalforn; 10. Wied tal-Ort, Għasri; 11. Wied l-Infern ġewwa ż-Żebbuġ; 12. Wied il-Kbir Dan il-proċess ta’ tindif tal-widien jkun jista jibda meta jinkisbu l-permessi tal-ERA.
Leg 13 PQ #14730 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – salini tal-melħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm żoni tal-kosta ta’ Għawdex jinsabu s-salini tal-melħ? Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn is-salini għadhom qed jitħaddmu? Jista' jgħid kemm kienet, fi kwantità u fi dħul, il-produzzjoni tal-melħ minn dawn is-salini sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm minn dawn is-salini jappartjenu lill-privat u kemm minnhom huma f'idejn il-privat b'kera jew ċens? Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex dawn is-salini jiġu konservati għall-ġenerazzjonijiet futuri?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #14731 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – masterplan għall-Pjazza Vittorja

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm biex il-Ministeru tiegħu, kif imwiegħed mill-istess Ministeru lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex fil-bidu tas-sena 2018, jiffinanzja u jwettaq Masterplan għaż-żona ta' Pjazza l-Vittorja u t-toroq tal-madwar ġewwa x-Xagħra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Ministeru għal Għawdex ikkonsulta mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra, irrizulta li bħalissa l-masterplan qiegħed onhold minħabba li għadhom fis-seħħ diversi restrizzjonijiet marbutin mal-imxija tal-COVID-19. Hija għal din ir-raġuni li fil-preżent ma tistax issir il-konsultazzjoni pubblika li hija mposta fuq il-kuntrattur, apparti li ma jistawx jittieħdu readings reali tat-traffiku peress li kwart tal-popolazzjoni, li hija kkunsidrata vulnerabli u għaldaqstant naqsu mit-toroq.
Leg 13 PQ #14744 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Direct Orders

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 13328 u 13853, jista’ l-Ministru jipprovdi t-tabella kompluta tad-direct orders li tinkludi: a. l-isem tal-individwu/kumpanija/entità li ħadet id- direct order , b. għal-liema servizz jew prodott; u c. kemm kien l-ammont f’kull każ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14591.
Leg 13 PQ #14825 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq għall-bajja tax-Xatt l-Aħmar – tneħħija ta’ blat kbir

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14642, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li dan il-blat kbir li waqa fil-passaġġ tax-Xatt l-Aħmar ilu li waqa u mblokka l-passaġġ, għadu se jiġi sottomess Environment Permit lill-ERA meta qegħdin fis-sajf? Għaliex din it-talba ma saritx qabel meta ilhom isiru rapporti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 14642.
Leg 13 PQ #14826 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq għall-bajja tax-Xatt l-Aħmar – tneħħija ta’ blat kbir

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14642, jista' l-Ministru jindika meta se jitneħħa dan il-blat li qed jimblokka il-passaġġ tax-Xatt l-Aħmar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-blat ser jitneħħa hekk kif ikollna l-permessi neċessarji.
Leg 13 PQ #40 Sitting 334 2020-05-25 Written · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.
Leg 13 PQ #58 Sitting 334 2020-05-25 Written · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-PQ 13977.
Leg 13 PQ #14242 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq li m’għandomx sistema tad-drenaġġ

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13583, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Ministeru għal Għawdex sabiex jassigura li fl-inqas żmien possibbli t-toroq segwenti f’Għawdex ikollhom sistema tad-drenaġġ peress li dawn sal-lum għadhom bla sistema tad-drenaġġ? Raħal Toroq Raħal Toroq Nadur il-Qortin Ix-Xagħra Sqaq Ġorf Taż-Żrajk Ta’ Stellini l-Emigranti Il-Buskett Rabat San Leonardu Daħlet Qorrot Munxar Ta’ Rinota area Xewkija Tal-Gruwa It-Torri Gorġun San Lawrenz Parti minn Rokon il-Kav. Lorenzo Zammit Haber Kerċem Għajn Tuta

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-maġġoranza tat-toroq u żoni imsemmija hemm problemi ta’ pendil negattiv. Pero’ ninsabu infurmati li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma qiegħda tagħmel ħilitha biex jiġi provdut is-servizz fiż-żona ta’ Rinota fil-Munxar u fi Triq ta’ Stellini fix-Xagħra peress li ma hemmx problemi ta’ pendil. Dawn ix-xogħlijiet huma ippjanati li jsiru fl-2021. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma qiegħda toffri is-servizz ta’ tbattil tal-fosos privati b’xejn fit-toroq l-oħrajn.
Leg 13 PQ #14243 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Żona tal-Menqa - proġett - perit

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 12931, jista’ l-Ministru jgħid x’irwol għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew il-kumpanija tiegħu, liema individwu deher waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-20 ta’ Diċembru 2019 ġewwa l-Menqa f’Marsalforn fejn intqal minnu stess u spjega li kien inkarigat mill-proġett tal-Menqa f’Marsalforn u fiex jikkonsisti dan il-proġett ġewwa ż-żona tal-Menqa f’Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u lanqas il-kumpanija tiegħu m’għad fadlilhom x’jaqsmu mal-Proġett tal-Menqa f’Marsalforn. Ix-xogħol fiż-żona tal-Menqa f’Marsalforn jikkonsisti f’xogħol ta’ skavar, bdil tas-servizzi u pavimentar.
Leg 13 PQ #14722 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra Għawdex – pont ta’ fuq il-Wied ta’ Żejta — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’manutenzjoni jew rikostruzzjoni saret jew se ssir f’din il-leġiżlatura fuq il-Pont fuq il-Wied ta’ Żejta li jgħaqqad in-niżla tas-Sellum ġewwa x-Xagħra Għawdex mar-Rabat? Jista’ jispjega fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid sarux kontrolli biex jiġi vverifikat li l-pont hu sigur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq ser isir fiż-żmien li ġej.
Leg 13 PQ #14234 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ triq arterjali ta’ Wara s-Sur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13743 kollha kemm hi u jgħid b’referenza għax-xogħol li xi darba għandu jsir fuq il-bini mill-ġdid tat-triq arterjali ta' Wara s-Sur ġewwa r-Rabat Għawdex u li minnha ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi u trakkijiet, a. jekk hux se jsiru walk through culverts biex is-servizzi jgħaddu minn ġo fihom u b’hekk ma jkunx hemm bżonn li terġa’ tinqala’ din it-triq arterjali meta jkunu se jsiru servizzi jew tiswijiet fuqhom; b. jekk din it-triq prinċipali ġewwa Għawdex hux ser titwessa’ fl-iktar parti dejqa tagħha fejn ma jgħaddux żewġ karozzi fl-istess ħin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkonsulta mal-Perit u esperti tekniċi rigward hemmx bżonn l-imsemmiegħa walk through culverts u t-twessiegħ ta’ parti mit-triq.
Leg 13 PQ #14235 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – għajnuna lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema għaqdiet sportivi f’Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu jew xi waħda mill-entitajiet li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar ta’ Diċembru 2019? Jista’ jgħid f’kull każ għal liema skop ingħatat din l-għajnuna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #14236 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza San Franġisk — concrete ready-mix

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari 12932 u jgħid s'issa kemm intużaw metri kubi ta' concrete ready-mix, kif ukoll min kejjel (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u xi grad ta' ready-mix hu, fil-Proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid kemm-il test sar, min għamel dawn it-testijiet (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u fiex kienu jikkonsistu dawn it-testijiet min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex s'issa u f’liema ġurnata, ħin tal-ġurnata u xahar saru u x'kien l-eżitu ta’ dawn it-testijiet kif ukoll jgħid ġewwa liema laboratorji saru dawn it-testijiet u jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa ntużaw: 1,159.26m3 - C25; 260.00m3 - C20; 255.40m3 - C15. Il-kejl tax-xogħlijiet sar mil-ħaddiema tal-Ministeru għal-Għawdex. It-testijiet qegħdin isiru mill-MCCAA u nkun nista’ npoġġiehom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikollna r-riżultati kollha u x’ħin ikunu iċċertifikati mill-Perit responsabbli.