Jista’ l-Prim Ministru jgħid sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, kemm offriet ‘placements’ lil studenti l-Aġenzija Maltija għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija (MITA)?
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tad-direct orders kollha maħruġa minn kull ministeru u kull entità taħt dawn il-ministeri, bejn is-26 ta' Marzu u l-25 ta' Mejju, 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 15- il persuna li huma Position of Trust u 18 li huma Persons of Trust. Rigward is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali hemm 3 persuni li huma Position of Trust u 6 li huma Persons of Trust.
Rigward l- organogramma nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 184.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-persuni li huma impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma dawk msemmija fil-manwal li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jqis li jsir il-bdil leġiżlattiv meħtieġ fil-L.S. 35.01 fejn uħud mid-drittijiet hemm elenkati fattwalment jinġabru minn awtoritajiet pubbliċi u mhux minn dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll fejn f’xi istanzi d-drittijiet inkwistjoni huma elenkati taħt Ministeri li jew in-nomenklatura tagħhom inbidlet jew m’għadhomx jeżistu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni impjegati hemm ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, għal dawn l-aħħar għoxrin sena maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Ċivil u awtoritajiet statutorji – impjegati li għandhom impjieg ieħor
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sal-14 ta’ Mejju 2022, kemm hemm persuni impjegati maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizazzjonijiet parastatali li għandhom impjieg ieħor abbażi full-time u/jew part-time, b’mod rispettiv?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali mill-ġurnata li ġie xolt il-Parlament tat-13-il Leġiżlatura, u ċjoè mill-20 ta’ Frar tas-sena 2022, sal-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, u ċjoè sas-26 ta’ Marzu 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew impjegati maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali mill-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, u ċjoè mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-14 ta’ Mejju 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti — benefiċċji għal użu tal-mobile
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'benefiċċji jieħdu l-Assistenti Personali tas-Segretarji Parlamentari u l-Ministri, fejn jidħol l-użu tal-mobajl? Dawn il-benefiċċji żdiedu matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 184. Rigward dawn il-benefiċċji, ninsab nfurmat li din l-allokazjoni kienet l-istess f'leġiżlaturi preċidenti.
Jista’ l-Prim Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill- Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 5265 u 17087 tal-Leġislatura nru 13, inżid li minn April 2022 'l hawn kien hemm dawn l-konsulenti. Irid jingħad illi dawn il-konsulenzi għadhom ma tħallsux.
Lill min ingħatat il-konsulenza
Tip ta' servizz
Ammont € VAT eskluż
Dr Alexei Dingli
Servizzi ta' Konsultazzjoni fuq Artificial Intelligence
€9,500
Profs Gordon Pace
Servizzi ta' Konsultazzjoni fuq Smart Contracts u Blockchain
€9,750
Profs Saviour Formosa
Servizzi ta' Konsultazzjoni fuq Spatial Data
€9,900
Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali – ħidma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-aġenda ta’ ħidma tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) minn Jannar 2022 u x’riżultati ntlaħqu? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-pjan ta’ ħidma sal-aħħar ta’ din is-sena 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-aġenda għall-laqgħat tal-MCESD kienet dan li ġej:
- Fis-27 ta’ Jannar 2022 kien diskuss il-programm ta’ xogħlijiet tal-MCESD għas-sena 2022 u r-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.
- Fil-15 ta’ Marzu kienet diskussa s-sitwazzjoni tal-Ukrajina u ingħata aġġornament tas-sitwazzjoni.
- Fil-11 ta’ April kien hemm fuq l-aġenda l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma.
Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kunsill għas-sena 2022 qed jiffoka fuq oqsma varji skont il-prijoritajiet kurrenti. Dawn il-prijoritajiet jiġu diskussi iktar fid-dettall permezz tal-Gruppi ta’ Ħidma fi ħdan l-istess Kunsill u dokumenti ta’ riċerka li jsiru mill-istess gruppi ta’ ħidma.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-aġenda ta’ ħidma tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) minn Jannar 2022 u x’riżultati ntlaħqu? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-pjan ta’ ħidma sal-aħħar ta’ din is-sena 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-aġenda għall-laqgħat tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD) kienet dan li ġej:
- Fis-27 ta’ Jannar ġie diskuss il-Pjan ta’ Ħidma għall-2022 għall-Kumitat Reġjonali ta' Għawdex.
- Fil-11 ta’ Marzu kien hemm analiżi dwar kif Għawdex kien inkluż fil-Manifesti Elettorali.
- Fl-4 ta’ Mejju kien hemm preżentazzjoni dwar l-Aġenda ta’ Trasformazzjoni Diġitali għal Għawdex.
Il-Pjan ta’ ħidma għal dan il-Kumitat hu li jkompli jiġu diskussi t-temi ta’ prijorita’ għall-Gżira Għawdxija, inkluż il-qasam tat-trasformazzjoni diġitali, biex eventwalment, matul din is-sena l-membri jkomplu jindirizzaw u jinsistu fuqhom sabiex dawn jiġu mwettqa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-aġenda ta’ ħidma tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) minn Jannar 2022 u x’riżultati ntlaħqu? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-pjan ta’ ħidma sal-aħħar ta’ din is-sena 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-aġenda ta’ ħidma tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili fi ħdan il-Kunsill Malti għall-I¿vilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) kienet dan li ġej:
- Fl-10 ta’ Jannar 2022 saret diskussjoni dwar it-Tibdil fil-Klima
- Fit-8 ta’ Frar 2022 saret diskussjoni mal-President tal-MCESD biex ikunu diskussi l-punti mqajjam fil-Laqgħa tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili.
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li l-mandat tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili fi ħdan l-MCESD ntemm f'April 2022. Il-proċess elettorali sar u ġie ffurmat kumitat ġdid. Ninsab infurmat ukoll li l-ewwel laqgħa ta’ dan il-Kumitat għandha ssir għal nofs Mejju u l-pjan ta' ħidma għax-xhur li ġejjin se jiġi stabbilit matul l-ewwel laqgħat tal-kumitat.
Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali – rwol konsultattiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jirriforma l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-operat tiegħu biex, fi kliem l-istess imsieħba soċjali, ma’ jibqax talking shop u jerġa’ jieħu r-rwol konsultattiv li għalih inħoloq?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Gvern jemmen bi sħiħ fl-irwol attiv u s-sehem kostruttiv tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Altru milli talking shop, l-MCESD kien strumentali sabiex ressaq l-isħab soċjali flimkien sabiex instab kunsens fuq numru ta’ materji li ħallew impatt dirett fuq l-għajxien tan-nies, fosthom il-miżuri ta’ għajnuna li ddaħħlu fil-pandemija. Filwaqt li l-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ id-djalogu soċjali fi ħdan l-MCESD, ser tiġi kkonsolidata l-ħidma ta’ dan il-Kunsill flimkien max-xogħol li jsir minn Servizzi Ewropej f’Malta f’entità waħda. Din l-entità ser ikollha l-għan li tipprovdi appoġġ ħolistiku lill-imsieħba soċjali u tassigura l-parteċipazzjoni ta’ firxa akbar ta’ partijiet interessati fil-konsultazzjoni pubblika, speċjalment fejn jidħlu żviluppi relatati mal-Unjoni Ewropea u l-aċċess għall-fondi Ewropej.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għal perjodu ta bejn l-2017 u 2019 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12850, ninsab infurmat li għal-informazzjoni mitluba wara dak l-perjodu, it-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23397 u 21961 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?