Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 6 irġiel li għalqu l-eta' tal-irtirar, 1 fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u 5 fil-Korp tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #9647 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bouncers — liċenzji tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk biex persuna taħdem ta' bouncer fi stabbilimenti ta' divertiment għandux bżonn ta' liċenzja tal-pulizija? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm liċenzjati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jista' jara li dawk li jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol jiġu ċċekkjati dwar il-liċenzja tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun impjegata ma' bars u nightclubs, ma tenħtieġx liċenzja sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Pero' jekk dan is-servizz ikun qiegħed jiġi provdut minn xi persuna mhux hekk impjegata tal-istabiliment, din il-persuna irid ikollha liċenzja ta' Gwardjan Privat. Il-Ministeru qiegħed fil-proċess sabiex jintroduċi sistema ta’ liċenzjar għall- bouncers fl-istabilimenti imsemijja, sabiex is-settur tal-gwardjani privati jkun regolat b’mod aktar komprensiv.

Korp tal-Pulizija — Nuqqas ta' faċilitajiet

Question

Peress li ċertu pulizija anke f'din it-temperatura jridu jagħmlu eżerċizzju fiżiku u fosthom hemm ukoll Għawdxin li jridu jqumu fil-ħamsa ta' filgħodu biex jitilghu Malta mal-vapur tas-sitta, dawn imorru għal dan it-training u lanqas fejn jinħaslu m'għandhom u għandhom ġurnata maħsulin bl-għaraq, jista` l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni inumana tiġi ndirizzata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-Akkademja tal-Pulizija hemm biżżejjed showers biex jakkomodaw lil dawk il-membri tal-Korp, kemm nisa kif ukoll irġiel, li wara t-taħriġ tagħhom jixtiequ jinħaslu.

Regolamenti tat-traffiku — no-ways

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti tat-traffiku bħalma huma no-ways li japplikaw għall-vetturi, japplikawx ukoll għall-karozzini u bicycles?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għar-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġjata, (L.S. 65.05.)

Kawżi li qed jistennew sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kważi pendenti quddiem il-qrati ta' Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-kważi qed jistennew is-sentenza? Kemm minnhom ilhom 'il fuq minn sentejn jistennew is-sentenza? Taħt liema mħallfin qegħdin dawn il-kawżi li qed jistennew is-sentenza? X'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien esaġerat? Ma jaħsibx li min qed jistenna dawn is-sentenzi qed jiġi mċaħħad mid-dritt fundamentali tal-bniedem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel tliet domandi tal-Mistoqsija Parlamentari. Rigward dewwmien tas-sentenzi, mhuwiex possibbli li wieħed jagħti raġuni li tgħodd għal kull każ u dan għaliex kull kawża jkollha l-fatti speċie partikolari tagħha, pero' dan huwa fil-kontroll esklussiv tal-Ġudikant assenjat bil-kawża.
Leg 11 PQ #9547 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati ta' Malta — termini taż-żmien għal inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li l-inkjesti li jsiru fil-Qrati tagħna jkollhom termini ta' żmien li fih trid tinstema' l-investigazzjoni u dan biex ma jkunx hemm dewmien esaġerat biex tali inkjesti jitlestew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Liġijiet ta' Malta diga' jeżisitu termini dwar meta tinfetaħ inkjesta, Kap. 9 fil-Kodiċi Kriminali, Artiklu 550A.
Leg 11 PQ #9549 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar — każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mis-serqiet rappurtati fl-Imġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar, fil-fatt kienu solvuti, għas-snin 2007 u 2008? Kemm minn dawn is-serqiet rappurtati saru minn postijiet kummerċjali, kemm minn residenzi ta' Maltin u kemm minn residenzi ta' barranin, jew ta' villeġġatura?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9552 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni l-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, kemm kienu l-priġunieri Maltin fil-ħabs u minn liema lokalitijiet kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9554 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tlajjar għall-prostituzzjoni — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, saru rapporti lill-pulizija dwar tlajjar għall-prostituzzjoni, kemm minn dawn ir-rapporti spiċċaw il-Qorti u f'liema lokalitajiet kull sena kien qed isir dan it-tlajjar għall-prostituzzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2004 u l-2008 il-Pulizija kellha 196 rapport dwar prostituzzjoni, kif jidher f'din it-tabella:- Sena 2004 2005 2006 2007 2008 Numru ta’ rapporti 16 46 49 58 27 Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu il-Pulizija bdiet 1,801 każ quddiem il-Qorti fuq tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni. Dawn kienu mqassma hekk:- 2004 2005 2006 2007 2008 Floriana 3 - - - - Msida – Gzira – Ta’ Xbiex 158 262 503 155 37 Marsa 86 117 227 82 165 St Paul’s Bay 1 - - - - Valletta 3 - - - 2 Numru ta’ kazi 251 379 730 237 204
Leg 11 PQ #9555 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mtella' qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b 'sena, kemm ittellgħu Maltin il-Qorti fuq hold ups, serq, attentat ta' serq, stupru, abbużi sesswali, abbuż u tixrid ta' droga, feriti gravi, ħsara volontarja, qtil jew attentat ta' qtil u minn liema lokalitajiet kienu dawk imtella' l-Qorti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar in-numru ta’ persuni Maltin li ttellgħu l-Qorti li huwa disponibbli taħt forma ta’ statistika, huwa dak li jirrigwarda hold ups, pussess u traffikar ta’ droga u omiċidji. Dawn kienu kif gej: 2004 2005 2006 2007 2008 Hold ups 14 8 18 9 7 Pussess ta’ droga 374 331 407 310 302 Traffikar ta’ droga 130 81 103 88 100 Omiċidju 6 5 1 1 4

Pulizija — full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhomx full complement? F'liema skala l-pulizija għandhom nuqqas? Meta hemm il-ħsieb li jiġu ingaġġati dawn il-persuni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi skont l-esiġenzi preżenti fil-Korp tal-Pulizija hemm vakanzi fir-rank ta 15 il-Spettur, 5 Surġent Maġġuri, 43 Surġent u 122 Kuntistabbli. Infurmat ukoll illi bħalissa għaddej il-proċess ta’ għażla għad-dħul f’kors ta’ disa’ xhur għall-kuntistabbli fl-Akkademja tal-Pulizija, skont sejħa għall-applikazzjonijiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-10 ta’ Marzu 2009, filwaqt li għaddej ukoll il-proċess ta’ għażla għall-promozzjonijiet għall-Surġenti.
Leg 11 PQ #9605 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

OIWAS — entità governattiva

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le, jekk l-OIWAS hiex uffiċċjalment rikonoxxuta bħala entità mill-Gvern? Jekk le, jidhirlux illi hu l-waqt li dan issir, ħalli b'hekk tiġi apprezata aktar il-ħidma tagħha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi ai termini tal-Att XV tal-2008 u l-Att XVII tal-2005 u dawn bħala emendi fl-Att Dwar ir-Refuġjati, din l-organizzazzjoni għandha tinqaleb f'Aġenzija.
Leg 11 PQ #9610 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kummissjoni Elettorali — bord li jagħti ismijiet lit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi nomina ta' persuna mibgħuta mill-Kummissjoni Elettorali bħala rappreżentant tagħha fuq il-Bord li jagħti l-isem lit-toroq u li qed tistenna l-approvazzjoni tal-Ministru? Jekk hemm, jista' jgħid kemm ilha tistenna biex tiġi approvata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru rċieva rakkomandazzjonijiet mingħand il-Kummissjoni Elettorali għan-nomina ta' rappresentant f'Settembru li għadda, liema rakkomandazzjoni għadha qed tiġi kkonsidrata.
Leg 11 PQ #9611 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Detention services — ħaddiema - kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema tad-detention services jingħataw xi forma ta' kuntratt ta' impjieg? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għandhomx jew le xi forma ta' insurance minħabba fin-natura tax-xogħol tagħhom? Hemm xi ħsieb jew le li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jiġu riveduti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi kull darba li sar ingaġġ fis-Servizz ta' Detenzjoni, dawk magħżula ingħataw ittra ta' ingaġġ fuq bażi temporanja (każwali). Ngħarrfu wkoll li l-Gvern, bħala norma, ma joffrix kopertura ta' insurance lill-impjegati tiegħu. Fil-preżent ma hemmx il-ħsieb li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jiġu riveduti.
Leg 11 PQ #9614 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — liġijiet li huma iddraftjati

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm liġijiet li huma iddraftjati u li qegħdin quddiem l-Avukat Ġenerali biex jaħdem fuqhom? Liema huma dawn il-liġijiet u kemm ilhom li waslu fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali? Hemm indikazzjoni meta dawn il-liġijiet se jiġu ippreżentati għad-diskussjoni fil-Parlament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-materja tad-domanda tikkonċerna r-relazzjoni ta’ avukat u klient bejn l-Uffċċju ta’ l-Avukat Ġenerali u l-Ministeru jew Dipartiment kkonċernat u għalhekk ma inhix liberu li nagħti l-informazzjoni rikjesta apparti l-fatt li l-Uffiċċju ta’ l-Avukat Generali jkollu diversi abbozzi ta’ liġijiet fi stadji diversi ta’ żvilupp li kontinwament jinbidel minn żmien għall-ieħor.
Leg 11 PQ #9636 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukat Ġenerali — Nulle prosecui

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il nulle prosecui ħareġ l-Avukat Ġenerali matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2006 'l hawn kien hemm Att ta' akkuża wieħed li ġie ċedut fl-2006 u żewġ Atti ta' akkuża li ġew ċeduti fl-2009.
Leg 11 PQ #9745 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mosta — żuntier - barriers mal-istruttura

Question

Jista' l-Ministru permezz tal-Pulizija jara li maż-żuntier tal-knisja tal-Mosta, jkun hemm barriers li jagħlqu l-aċċess għal dan iż-żuntier fejn hemm ċertu periklu? Jista' jordna lill-Pulizija jivverifikaw il-periklu li jeżisti ma' din l-istruttura? Kemm-il darba il-Pulizija jivverifikaw dan il-periklu, jista' l-Ministru jordna lill-Pulizja fil-Mosta biex jikkordinaw mad-direzzjoni tal-parroċċa biex jaraw li fix-xhur Lulju sa Settembru ż-żuntier ikollu l-aċċess tiegħu magħluq għal ħinijet ta' bejn it-8.00 pm sa 5.00 pm u dan biex jitbiegħed il-periklu għaż-żgħażagħ li fix-xhur tas-sajf jifrekwentaw il-pjazza u jistgħu faċilment ikunu f'periklu kemm-il darba joqgħodu jitilgħu fuq din l-istruttura?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fin-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-allegat periklu, il-Pulizija talbet l-assistenza ta’ perit tal-Gvern sabiex jispezzjona z-zuntier imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u jirrapporta dwar il-periklu li jista’ jkun hemm. Meta l-Pulizija jkollha dan ir-rapport tkun tista’ tieħu l-passi meħtieġa skont l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10).

Mellieħa — Għadira - Bejjiegħa tal-ħaxix illegali

Question

Jista’l-Ministru jgħid jekk matul is-sena li għaddiet u fl-2009 s’issa sarux xi rapporti lill-pulizija dwar bejjiegħ ta’ ħaxix li qed jarma llegalment fil-bajja tal-Għadira tal-Mellieħa? Kemm saru minn dawn ir-rapporti? X’passi ħadu l-pulizija u meta ħadu dawn il-passi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-aħħar 12-il xahar il-Pulizija kellha 4 rapporti, li tnejn minnhom saru din is-sena, dwar bejjiegħ tal-ħaxix fil-bajja tal-Mellieħa. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija jirriżulta li dan il-bejjiegħ huwa liċenzjat sabiex jeżerċita n-negozju ta' bejjiegħ fit-toroq, (hawker). Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tipproċedi kontra l-bejjiegħ imsemmi u qegħeda tagħmel spezzjonijiet regolari. Meta jirriżulta li jkun hemm xi rregolaritajiet, jittieħdu passi skont il-Liġi.
Leg 11 PQ #9168 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm żewġ entitajiet governattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi li jipprovdu għajnuna lill-Kunsilli Lokali, kif ġej:- a) Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija inkarigati mid-Diviżjonijiet iżommu laqgħat regolari ma' rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta' kull lokalita' fid-Diviżjon tagħhom sabiex jiddiskutu l-materji kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Pulizija. Dan it-tip ta' servizz jingħata skont kif stipulat fl-Art. 115 tal-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164). Fuq inizjattiva tal-Pulizija, dawn il-laqgħat ġew estiżi biex jinkludu wkoll il-parteċipazzjoni ta' uffiċjali li jaħdmu fi skwadri speċjalizzajti, bħalma huma dawk ta' kontra d-droga, il-vizzji, is-CID, eċċ, biex b'hekk tkompli tissaħħaħ il-kordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' prevenzjoni ta' reati. b) Min-naħa tal-Qrati tal-Ġustizzja, dawn jipprovdu awla lill-Kunsilli Lokali sabiex fiha jsiru s-seduti tat-Tribunal Lokali tal-Belt Valletta.