Peress li ħafna drabi ċ-charging stations elettriċi ma jkunux qed jaħdmu b'konsegwenza li s-sidien tal-karozzi elettriċi qed jispiċċaw jaħlu ħafna ħin fi skariġġ żejjed iduru minn charging station għall-oħra bit-tama li jsibu waħda taħdem, jista' l-Ministru jara li jsiru kontrolli neċessarji biex dawn il-kumpaniji jinvestu aktar fil-manutenzjoni u l-effiċjenza tal-istess charging points?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istand tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, fl-Expo 2024, ġiet tiswa €52k. F’din l-istand il-Ministeru offra lill-pubbliku attivitajiet varji, inkluż logħob diġitali u interattiv fejn kulħadd seta’ jesperjenza x-xogħol li jsir mill-uffiċċjali pubbliċi. L-Expo kopriet il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-entitajiet: Transport Malta, Infrastructure Malta, Malta Air Traffic Services Ltd. u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema”Ħiliet”. L-istess attività serviet ta’ tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f’dawn l-aħħar snin, b’aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità.
Jista' l-Ministru jgħid liema entità, dipartiment jew istituzzjoni hija responsabbli li tneħħi mit-toroq, karozzi bla liċenzja u bla number plates?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta hija waħda mill-entitajiet responsabbli, permezz tal-Liġi Sussidjarja 65.13, sabiex tneħħi mit-toroq karozzi bla liċenzja u bla number plates.
Il-Fgura — Triq Patri Mawrizju Mizzi - Tneħħija ta’ karozza
Question
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq karozza Jaguar griża li ma għandhiex number plates u ma għandhiex liċenzja u li ilha xi sitt xhur tokkupa parkeġġ fi Triq Patri Mawrizju Mizzi, il-Fgura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħadet azzjoni immedjata dwar dan il-każ u tikkonferma illi tali vettura m’għadhiex tokkupa parkeġġ fi Triq Patri Mawrizju Mizzi, il-Fgura.
Transport Malta –Flight Operations Inspector — Sejħiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-vakanzi 330/2023 u 978/2023 Flight Operations Inspector ma' Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew short-listed għall-interviews, kemm għaddew mill-interviews, kemm ġew impjegati minnhom u kemm inżammu fuq il-waiting list?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduti permezz tal-punti segwenti:
Għas-sejħa ta’ Flight Operations Inspectors CAD 330/2023 mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta:
§ Short-listed – 1
§ Għaddew – 1
§ Impjegati – 1
§ Waiting list – N/A
Għas-sejħa ta’ Flight Operations Inspectors CAD 978/2023 mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta:
§ Short-listed – 1
§ Għaddew – 1
§ Impjegati – 1 ‘refused job offer’
§ Waiting list – N/A
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-vakanza 99/2023 Inspecting Officer CAD ma' Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew short-listed għall-interviews, kemm għaddew mill-interviews, kemm ġew impjegati minnhom u kemm inżammu fuq il-waiting list?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar is-sejħa ta’ Inspecting Officer CAD 99/2023 mal-awtorità għat-Trasport f’Malta qiegħda tiġi provduta permezz tal-punti segwenti:
§ Applikaw – 20
§ Short-listed – 18
§ Għaddew – 18
§ Impjegati – 5 aċċettaw l-offerta ta’ xogħol u 1 ‘pending job offer’
§ Irrufjata ix-xogħol – 5
§ Waiting list – 7
Tender IM006/2020 — Transformers u switchgears li ġew installati
Question
B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tip ta’ transformers u switchgears li ġew installati fil-proġett, u l-ispecifications u r-ratings tagħhom skont il-każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi t-tip u ratings ta’ transformers u switchgears li ġew installati fil-proġett imemmi b’risposta ghal-mistoqsija 21114.
Jista’ l-Ministru jara li tingħata d-direzzjoni sabiex sewwieqa tal-karozzi bil- “Y-Plates” jitfakkru li m’għandhomx iwaqqfu jew jiġbru l-passiġġieri tagħhom minn madwar roundabouts senjatament l-iktar minħabba l-perikolu inkors?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tara li r-regoli tas-sewqan jiġu osservati minn kull sewwieq fit-toroq ta’ pajjiżna, kemm dawk li jsuqu vetturi privati, dawk kummerċjali, kif ukoll sewwieqa tal-Y Plates. Madanakollu, minn żmien għal żmien l-Awtorità tagħmel ukoll kampanji edukattivi għall-informazzjoni tas-sewwieqa kollha.
Transport Malta – Uffiċjali għaż-żamma tal-ordni fit-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan Transport Malta li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għandha sittax (16)-il uffiċjal li jaħdmu fis-sezzjoni tal-muturi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20168 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Proġetti Strateġiċi u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19449 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hu approvax li jsiru l-kurduni tal-metall madwar is-soft areas tal-proġett il-ġdid tal-bajja tal-Mellieħa u jekk dawn hux ser jitħallew peress li huma ta’ periklu kbir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kurduni tal-metall madwar il-‘landscaping’ huma parti minn sistema teknika stabilita fil-qasam tal-‘landscaping’. Dawn huma sistemi illi ntużaw għal diversi snin, f’diversi pajjiżi, u anka fi proġetti lokali bħal dak tal-baċir numru wieħed ta’ Bormla – li ilhom snin aċċessibli għat-tgawdija tal-pubbliku. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda informazzjoni li tidentifka din is-sistema bħala periklu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18758 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-istakeholders li ltaqa’ magħhom il-Ministeru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-ħruġ ta’ liċenzja biex wieħed isuq jew iżomm karozzin, hemmx ir-rekwiżit li s-sewwieq irid ikun liebes uniformi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sewwieq ta’ karozzin li għandu liċenzja maħruġa lilu mill-Awtorità mhux meħtieġ illi jilbes uniformi waqt li jkun qed isuq il-karozzin, iżda huwa għandu jżomm dehra nadifa u jilbes f’post li tidher sew it-tag maħruġa lilu mill-Awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il parkeġġ personalizzat hemm fil-Belt Valletta għall-użu ta’ entitajiet u karigi oħra? Jista' jgħid ukoll f’liema toroq jinsabu dawn il-parkeġġi u min jista’ jużahom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-proposta għall-miżura EM 04.043, immirata biex tistudja u tikkonsidra "Close Passing By Legislation", kif deskritt fil-paġna ta' Inizjattivi u Proġetti għal-Mobbilità Sostenibbli fuq is-sit ta' Transport Malta? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-esperti li tqabbdu u r-riżultat tal-konsultazzjoni mal-istakeholders?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-miżura flimkien mal-feedback ta’ konsultazzjonijiet preċedenti qegħdin jiġu kkunsidrati b’mod ħolstiku sabiex lejn l-aħħar ta’ din is-sena jkun jista’ joħroġ għal konsultazzjoni pubblika Pjan Nazzjonali għaċ-ċikliżmu f’Malta.
Trasport Malta — Żamma tad-data tal-liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Trasport Malta żżommx id-data relatata ma’ liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi b'mod diġitali biss, jew jinżammux ukoll kopji fiżiċi tal-informazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta ilha mis-sena 1995 iżżomm data b’mod diġitali relatata ma’ liċenzji tas-sewqan u tal-vetturi. Kopji fiżiċi dwar tali informazzjoni bdew jinżammu mis-sena 2015 ’il quddiem.
Transport Malta — Diġitalizzazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn liema sena Transport Malta qalbet għal sistema diġitali fejn tidħol informazzjoni relatata ma' liċenzji tas-sewqan u liċenzji tal-vetturi? Jista' jgħid ukoll jekk l-informazzjoni ta' qabel din id-data ġietx diġitizzata, u jekk iva, jgħid jekk inżammux il-kopji fiżiċi?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19656, jista’ l-Ministru jara li sakemm isir l-upgrade minnu indikat fil-bidu ta’ Triq Santu Rokku, il-Kalkara min-naħa tal-Kunvent tal-Kapuċċini, isiru dawn iż-żewġ zebra crossings sabiex inaqqsu l-periklu għall-pubbliku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunvent tal-Kapuċċini, immarkat bil-blu hawn fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huwa mdawwar bit-toroq Santa Liberata, Ġużeppi Valerju Abela u Kapuċċini. Triq Santu Rokku, immarkata bl-aħmar, ma tmissx mal-Kunvent tal-Kapuċċini. Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant huwa mitlub juri eżatt fejn qiegħed jissuġġerixxi li jsiru ż-żewġ zebra crossings sabiex l-Awtorità għat-Trasport tkun tista’ tevalwa din it-talba.
Transport Malta — Użu ta’ dgħajjes għall-infurzar marittimu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tagħmel użu Transport Malta minn dgħajjes ta’ kuljum biex twettaq infurzar marittimu kontra illegalitajiet hekk kif ikunu speċifikati fin-Notices to Mariners?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima tal-Infurzar Marittimu u t-Taqsima tal-Ispettorat tal-Port huma bħalissa mgħammra bi flotta ta’ tlett bastimenti speċjalizzati għall-użu ta’ spezzjonijiet kif ukoll sabiex jiġi żgurat l-infurzar tar-regolamenti marittimi ta’ kuljum.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17891 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.