rapport dwar l-addattazzjoni għat-tibdil tal-kliema
Question
Billi r-rapport tal-Working Group immexxi mill-persuna, li d-dettlaji dwarha qed jingħataw separatament, dwar l-addattazzjoni għat-tibdil tal-klima kellu jkun lest fir-rebbiegħa li għaddiet, u aktar tard fil-bidu tas-sajf ingħata x'nifhmu li kien wasal biex jiġi finalizzat, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport? Kemm-il darba ltaqa' dan l-istess kumitat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Istrategija Nazzjonali ta’ addattament għat-tibdil fil-klima waslet biex tigi ffinalizzata u mistennija li tkun pubblikata fil-ġranet li ġejjin.
Il-Kumitat iltaqa erbgħa darbiet però iċ-
chairman
tal-Kumitat iltaqa' mal-membri individwali diversi drabi b’mod informali.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Konsulenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19396, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-konsulenti indikati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ismijiet tal-konsulenti jidhru fit-tabella li tidher hawn taħt:
Isem tal-Konsulent/a
Xogħol ta’ Konsulenza
Salarju
Kif impjegat
Carmelo Abela
Adviser - Agriculture & Fisheries
25654
Full-time
Andrea Roberto Balbo
Adviser - Food Health and Veterinary Enforcement
25654
Full-time
Peter Calleja
Adviser – Appraising project proposals and programmes for maintenance works
22211
Full-time
Joseph Degiorgio
Adviser – EU Affairs
16034
25 siegħa fil-ġimgħa
Leyla Knittweis
Adviser – Malta Centre for Fisheries Sciences
22800
Full-time
Romwald Lungaro Mifsud
Adviser – Rehabilitation Projects
25654
Full-time
Karl Vella
Legal Adviser – On various issues related to the environment particularly on emission reduction legislation, etc.
25654
Full-time
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk hux se jkun permess li f'dawk l-inħawi fejn spieri jintużaw minn diversi bdiewa dawn ikunu jista' jkollhom l-arloġġ (meter) tagħhom, għaliex mhux dejjem faċli jintuża l-istess arloġġ mill-bdiewa kollha li jużaw dik l-ispiera partikolari?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ser jitwaħħal arloġġ prinċipali mas-sors u imbagħad jekk il-persuni nvoluti jkunu jridu jistgħu jitwaħħlu submeters mal-pajpijiet tagħhom. Nirreferi l-Onor. Interpellant ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20158.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20153, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-NGO's li ssottomottew offerta biex ikunu jistgħu jmexxu il-faċilità tal-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali? Min kien li finalment intagħżel biex imexxi din l-istess faċilità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm żewġ NGOs li ssottomettew offerta wara sejħa pubblika għal-espressjoni ta’ interess biex imexxu l-faċilità San Franġisk f’Ta’Qali. Dawn kienu Happy Paws u l-SPCA. It-talba tagħhom għall-ħlasijiet kienet ferm aktar għolja mill-offerta li finalment intgħażlet. Nirreferi l-Onor Interpellant ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20153.
Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin
Question
Tenut kont li fl-2006 is-soċjetà Wastserv ressqet applikazzjoni biex tiżviluppa żona li tinsab eżatt biswit l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant Antnin f'Family Park, jista' l-Ministru jikkonferma li dan il-park - li fih innifsu huwa żvilupp pożittiv - se jkun safe u tajjeb biex il-familji jattendu fih peress li se jkun eżatt biswit l-impjant ta' riċiklaġġ il-ġdid, fl-istess post fejn kien hemm l-impjant l-antik? Xi studji ta' saħħa inkluż health assessments saru f'dan is-sens? Minn min? Meta saru? X'inhuma l-perikli ta' saħħa li jistgħu jitwieldu mill-fatt li l-Family Park se jkun imiss eżatt mal-impjant ta' riċiklaġġ il-ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-permess għall-Family Park inħareġ mill-MEPA fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija fl-Environmental Planning Statement (EPS) li ġie rikjest mill-istess awtorita. F’dan l-EPS ġie kkunsidrat l-impatt fuq is-saħħa pubblika bħala użu ta’ sit li fil-perjodu 1974 – 1979 kien qed jintuża bħala miżbla. Fl-Environmental Impact Assessment (EIA) li sar fuq is-sit tal-impjant ta’ Sant’ Antnin ġie stabilit li riskji fuq is-saħħa pubblika kienu baxxi jew xejn, kif jidher f’sezzjoni 13.9.2 tal-istudju, li kien sar għall-MEPA.
Applikazzjonijiet għall-photovoltaics u solar water heater
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet kull xahar sal-lum:
a) għal
photovoltaics
u
b) għal
solar water heaters
minn Malta u Għawdex separatament li ġew aċċettati u kemm minn dawn l-applikanti ngħataw is-sussidju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-applikazzjonijiet għal grant fuq pannelli fotovoltajċi damu miftuħa ġimgħatejn bejn it-28 ta’ Lulju u 10 ta’ Awwissu. Matul dan il-perjodu l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi laqgħet 1,831 applikazzjoni minn residenti f’Malta u 254 applikazzjoni mingħand residenti minn Għawdex.
b) In-numru ta’ applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għal grant fuq ix-xiri ta’ solar water heating systems kienu kif ġej:
Frar: Malta 2, Għawdex 1
Marzu: Malta 13, Għawdex 20
April: Malta 23, Għawdex 16
Mejju: Malta 34, Għawdex 14
Ġunju: Malta 12, Għawdex 9
Lulju: Malta 16, Għawdex 7
Awwissu: Malta 19, Għawdex 10
Settembru: Malta 43, Għawdex 38
Ottubru: Malta 11, Għawdex 12
Applikazzjonijiet li għaddew għall-pagament tal-grant
Lulju: Malta 35, Għawdex 33
Awwissu: Malta 1, Għawdex 1
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li diversi dwal li kienu fl-art fil-pjazza quddiem il-Parlament mhumiex qegħdin jinxtegħlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa d-dwal tal-art ta’ quddiem iż-żewġ bibien tal-Palazz u l-partijiet tal-faċċata li huma mikxufin biss qegħdin jinxtelu. Dan sabiex jiġi evitat li jinxtal dwal wara l-għarmar u l-hoarding eżistenti, bil-konsegwenza li jkerrah id-dehra sabiħa tal-faċċata. Kien hemm ukoll ġurnata meta kien hemm ħsara li ssolviet fi ftit ħin.
latrini pubbliċi — offerta lil xi kuntrattur - impjegati tas-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15439 u jgħid x'qed isir mill-impjegati tas-servizz pubbliku u li ħafna minnhom huma persuni b'diżabilità li jieħdu ħsieb il-latrini meta dawn l-istess latrini pubbliċi jingħataw b'offerta lil xi kuntrattur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-ħaddiema imsemmija se jiġu rilokati f’latrini pubbliċi oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali.
Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim hemm bħalissa ma' kumpaniji biex ifittxu u jħaffru għaż-żejt fl-ibħra Maltin? Jista' jgħid liema huma dawn il-kumpaniji u f'kull każ f'liema stadju jinsab ix-xogħol għat-tiftix u tħaffir għaż-żejt fl-ibħra Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħalissa hemm ftehim tat-tip 'Production Sharing Contract' ma’ Heritage Oil u ieħor ma’ Malta Oil. Kemm Heritage Oil u Malta Oil qegħdin fit-tielet sena ta’ l-ewwel fażi ta’ esplorazzjoni.
Kwistjonijiet pendenti mal-Italja, mat-Tuneżija u mal-Libja
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kwistjonijiet pendenti hemm mal-Italja, mat-Tuneżija u mal-Libja dwar inħawi fl-ibħra ta' madwarna li m'hemmx qbil fir-rigward ta' min huma u li qed iżommu lill-kumpaniji bi ftehim mal-gvern Malti milli jħaffru għaż-żejt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-kwistjonijiet li ilhom miż-żmien li Malta marret il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja huma fil- Lvant u Punent tal-linja deċiża mill-Qorti għax kemm l-Italja, l-Libja u t-Tunezija iddikjaraw interessi f'dawn l-ibħra. Malta qiegħda f'diskussjonijiet mat-tliet pajjiżi sabiex tinstab soluzzjoni li tkun tajba għal Malta.
Estensjoni tal-kuntratt għat-tħaffir u tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji li qed jistennew risposta mingħandu biex jestendu l-kuntratt li għandhom mal-gvern Malti għat-tħaffir u tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin, peress li l-kuntratt wasal biex jiskadi? Kemm ilhom jistennew risposta dawn il-kumpaniji? Għaliex iddum daqshekk ma tingħata risposta? Meta se tingħata risposta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-kumpaniji li qed jistennew risposta huma Heritage Oil u Malta Oil.
Heritage Oil għamlu talba f' Lulju ta’ din is-sena. Malta Oil għamlu talba f'Ġunju ta’ din is-sena.
Hu mistenni li risposta għaż-żewġ każijiet tingħata fil-ġimgħat li ġejjin. Tajjeb li jingħad li dawn ir-risposti huma ta' natura legali u għalhekk ikun hemm bżonn ta’ konsultazzjoni qabel ma tingħata tweġiba.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq titjib fl-infrastruttura tal-Pitkalija? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol ? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20323.
Biċċerija Ċentrali tal-Marsa — tibdil taċ-chillers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq tibdil taċ-chillers li jintużaw fil-biċċerija ċentrali tal-Marsa? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20325.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq l-ewwel fażi tal-irranġar ta’ breakwater f’Marsaxlokk? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol ? Jista' jgħid meta huwa mahsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20322.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq il-bini ta’ Pixkerija ġdida fil-Marsa? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol? Jista' jgħid meta huwa mahsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20324.
Familji li bbenefikaw minn għajnuna tas-solar water heaters
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ familji li matul l-ewwel disa' ta’ din is-sena bbenefikaw mill-iskema imħabbra fl-aħħar budget li kellha toffri għajnuna fuq solar water heaters ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li taħt l-iskema mħabbra fil-budget għas-sena 2010, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ħarġet 216 grant letters lil dawk l-applikanti li ssodisfaw il-kriterji kollha mitluba fl-iskema.
Familji li benefikaw minn għajnuna fuq sistemi fotovoltajċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ familji li matul l-ewwel disa' ta’ din is-sena bbenefikaw mill-iskema imħabbra fl-aħħar budget li kellha toffri għajnuna fuq sistemi fotovoltajċi ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-aħħar skema li ħarġet f’Lulju ta’ din is-sena kien hemm 2087 applikazzjoni u issa bdew jinħarġu l-grant offers. Dawn għandhom sa massimu ta’ sitt xhur ċans biex iwaħħlu l-pannelli u jibbenefikaw mill-iskema. Kien hemm ukoll 32 familja li gawdew minn grant fuq ix-xiri ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi minn skema oħra li ħarġet iktar kmieni din is-sena u li diġà waħħlu l-pannelli.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18422, fil-parti tar-risposta li titkellem dwar il-majjal, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'ġara matul l-2009 mid-differenza bejn il-kwota u l-qatla (111,336 rjus u l-qatla ta' 85,975 rjus f'Malta u 7416 rjus u l-qatla ta' 4165 rjus f'Għawdex)? Kif inhi s-sitwazzjoni din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-booking tal-qatla tal-majjal tiddecidih il-KIM skont il-bejgħ li jkollha.