Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Furjana – ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena – fondi allokati għaż-żamma tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi allokat biżżejjed fondi sabiex il-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar, billi għandhom bżonn kura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-fondi li l-Kunsilli Lokali jingħataw sabiex iwettqu l-funzjonijiet statutorji tagħhom, inkluża l-funzjoni taż-żamma u manutenzjoni ta’ ġonna u parks pubbliċi, huma kif stabbiliti fil-formula li hemm fl-Att dwar Gvern Lokali (Kap. 363). Intant infurmat ukoll mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsill Lokali tal-Floriana din is-sena ġie allokat is-somma ta’ €55,900 għal din il-funzjoni.

San Ġiljan — ġbir ta’ skart barra mill-iskeda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6055, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-boroż maħruġa barra mill-iskeda hux qed jinġabru ġewwa San Ġiljan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant illi l-Kuntrattur m’għandux obbligu li jiġbor boroz jekk dawn ikunu maħruġa barra mill-iskeda. Madanakollu infurmat li sakemm l-iskeda l-ġdida tindara minn kulħadd, il-Gvern ċentrali ħaseb li jkun hemm pjan ta’ kontinġenza sabiex l-ebda skart ma jitħalla fit-toroq.

Xemxija – Dawret in-Nawfraġju – manutenzjoni ta’ turġien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ tal-ħadid minn Dawret in-Nawfraġju, fix-Xemxija, għall-boat houses peress li ilhom fi stat deterjorat u ma jistgħux jintużaw għal snin sħaħ? Jista’ jgħid ukoll meta l-promenade ta’ Dawret in-Nawfraġju se jkun irranġat kif imwiegħed mill-kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokal ta’ San Pawl il-Baħar illi t-taraġ minnu msemmi ma jaqax fir-responsabbilità tal-istess Kunsill Lokali. Intant, infurmat mill-istess Kunsill Lokali li mhuwiex minnu li f'din il-leġiżlatura l-Kunsill Lokali wiegħed li l-promenade ta' Dawret in-Nawfraġju ser jiġi rranġat kif inhu allegat fl-interpellanza parlamentari.

Ħal Tarxien – liberija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Lokalità Kotba mixtrija ġodda - 2022 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Tarxien 89 115

Libreriji pubbliċi – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta' kotba ġodda matul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Kotba fiżiċi mixtrija ġodda - 2022 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – 2022 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 11,031 Eur 78,120.66 19,974

Siġġiewi – bandli Nalizpelra – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret il-manutenzjoni fil-bandli Nalizpelra fis-Siġġiewi, u x’tip ta’ manutenzjoni saret, matul l-aħħat tliet snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li l-manutenzjoni tal-bandli kkoncernat ssir b'mod regolari. Infurmat illi fl-aħħar sena saret manutenzjoni tal-equipment u bdil ta' diversi partijiet, fosthom it-teddybear swing, u seats oħrajn li saru ġodda, iż-zip line, ċinturini, u fittings biex ikunu ta' sigurtà għat-tfal. Issir ukoll tiswija u manutenzjoni wara li jidħlu rapporti ta’ vandaliżmu lill-istess Kunsill. Intant infurmat ukoll li bħalissa beda l-proċess tal-procurement sabiex jinbidel is-safety material li ser ikun iffinanzjat minn skema ta' fondi.

Ħal Balzan – Triq il-Kbira

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6770, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Wara li l-Kunsill Lokali bagħat ’il fuq minn 30 email biex jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet konċernati dwar l-istat li fih tinsab Triq il-Kbira, Ħal Balzan, wara xogħol ħażin li sar bħala parti mill-Flood Relief Project, kif anke ġie kkonfermat mill-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali stess, jista' l-Ministru jgħid meta dan l-inkonvenjent kbir se jitranġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan illi wara li saret laqgħa fuq is-sit bejn il-Kunsill Lokali u rappreżentanti tal-entitajiet kkonċernati fejn saru xi testijiet meħtieġa, ġie identifikat li x-xogħol kien sar qabel l-imsemmi Flood Relief Project u ma kienx jorbot ma' dak il-proġett. Fid-dawl ta' dak li ħareġ mit-testijiet li saru, infurmat li l-Kunsill Lokali kkonċernat talab l-għajnuna tal-entità kkonċernata sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa b-intiża li t-triq terġa' lura għal stat sigur. Tali tiswijiet, li infurmat li ser iħallas għalihom l-istess Kunsill Lokali, bdew nhar it-Tlieta 7 ta' Marzu 2023.

Gudja – Vjal l-Avjazzjoni – bus stage fil-waqfa 'Tajjara'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6733, li oriġinarjament saret lill-Minisru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitlai u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li jsir bus stage fil-waqfa ‘Tajjara’, il-Gudja, li tħares fuq Vjal l-Avjazzjoni u li tidher fir-ritratt anness ma' din il-mistoqsija parlamentari, peress li m'hemm imkien fejn persuna tista' tistkenn fil-viċinanzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-istess Kunsill wera interess u applika mal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali sabiex isiru bus stages ġodda fil-lokalità tal-Gudja, fosthom dik li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.

Marsaskala — Ħaddiema taħt l-Iskema tal-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ħaddiema taħt l-Iskema tal-Komunità f’Marsaskala? X’tip ta’ xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema f’din il-lokalità? Min hi l-persuna responsabbli minn dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-istess Kunsill għandu 12-il ħaddiem fejn dawn jaghmlu xoghol ta’ manutenzjoni, tindif, zebgħa, patching ta' tarmak kif ukoll tindif ta’ ġonna.

Servizz free-to-air

Question

Fid-dawl li reċentement il-Gvern stqarr li se jżomm is-servizz free-to-air għal trażmissjoni DTV imma fl-aħħar ġranet kien hemm diversi lmenti minn diversi bnadi ta’ Malta li s-sinjali taċ-channels tat-TV Maltin qed jinqatgħu, u minn risposti li ngħataw lil dawk li ċemplu semmew li kienu ntfew repeaters/transmitters, inkluż f’Għawdex u fin-Naxxar, jista’ l-Ministru jispjega s-sitwazzjoni fuq is-servizz free-to-air li għadhom jużawh madwar 18,000 familja f’pajjiżna u li huwa garantit b’obbligu legali fuq il-Gvern skont il-Liġi Nazzjonali u l-Liġi Ewropea?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi b’effett minn l-ewwel ġimgħa ta’ Marzu, ix-xandiriet tal-GIO fl-area ċentrali ta’ Malta jistgħu jinqabdu permess tat-trasmissjonijiet li qed isiru mill-Imtarfa. Intant tajjeb jiġi rrimarkat illi filwaqt li ma kien hemm l-ebda qtugħ fis-servizz tal-GIO u m’hemm l-ebda terminazzjoni ppjanata, kien hemm tibdil fl-infrastruttura minħabba li s-servizz ta’ trasmissjonijiet min-Naxxar kellu jitwaqqaf bħala parti mid-dikummisjoni tas-sit u t-torri li għal snin twal servew għal dan l-iskop. F’dan ir-rigward, infurmat ukoll li t-trasmissjonijiet mill-Imtarfa ssaħħu fil-qawwa tagħhom sabiex ikunu jistgħu jservu ċ-ċentru ta’ Malta. Fil-fatt, dan ix-xogħol huwa parti minn manutenzjoni kontinwa u pjan fit-tul għat-trasmissjonijiet. Fl-istess waqt it-transmitters l-oħra kollha mifruxa ma' Malta kollha baqgħu mhux mittiefsa. Fuq nota finali, nerġa’ ntenni u nikkonferma li s-servizz free-to-air ser jibqa’ garantit lill-familji Maltin u Għawdxin li jużaw l-aerial u dan propju ghaliex dan il-Gvern iħoss il-polz taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – xiri/żvilupp ta’ proprjetà

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6860, dwar liema kunsilli lokali u kumitati reġjonali ngħataw permess dwar xiri u żvilupp ta’ proprjetà fil-lokalità tagħhom, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal kull sena: 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil u li jeħtieġ użu ta' ħafna riżorsi, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq ħidma ħafna aktar produttiva u effettiva b'risq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Għaldaqstant, infurmat li t-tagħrif mitlub ma jistax jiġi kkompilat u jingħata f’dan l-istadju.

San Ġwann – Ġnien George Zarb bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell – xogħlijiet infrastrutturali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6804, fejn il-Ministru stqarr li żewġ siġriet fi Ġnien George Zarb, li jinsab bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell f’San Ġwann, qed jagħmlu ħsara infrastrutturali u għalhekk se jitneħħew, u peress li dawk iż-żewġ siġriet li qed jirreferi għalihom il-Ministru ilhom hemm snin twal u qatt ma kkaġunaw l-ebda ħsara infrastrutturali, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsarat infrastrutturali li qed isiru minn dawn is-siġar, fuq liema proprjetà qed tiġi kkaġunata u ġentilment jippreżenta rapport tal-periti li jikkonferma dan, u dan biex isir minn kollox biex jinżammu s-siġar limitati li għandna, speċjalment dawk li jieħdu ħafna snin biex jimmaturaw?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann illi rigward il-ħsarat infrastrutturali mill-imsemmija siġar tal-ficus fi Triq George Zarb, tali ħsarat infrastrutturali ma kinux fuq proprjetà privata, iżda fuq l-infrastruttura tal-imsemmi ġnien stess. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali illi dawn il-ħsarat kienu evidenti u għalhekk l-istess Kunsill ma ħassx il-ħtieġa tar-rapport tal-Perit. Madankollu, infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, illi ser isiru l-arranġamenti kollha neċessarji biex dawn iż-żewġ siġar jiġu wkoll inkorporati f'dan il-ġnien il-ġdid flimkien mas-siġar l-oħrajn kollha u dan filwaqt li l-ġnien msemmi ser jiġi aċċessibbli għal kullħadd b'faċilitajiet li qabel ma kinux eżistenti.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi. Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu. Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.

Kunsilli Lokali — servizzi fil-qasam tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4247 u jindika s-servizzi li ngħataw is-sena l-oħra mill-kunsilli lokali fil-qasam tal-anzjani?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Kunsill Lokali Servizz fil-qasam tal-Anzjani matul 2022 Il-Belt Valletta (Citta' Umilissima) 1. Influenza vaccine fil-clinic tal-Belt 2. Trasport b'xejn 3. Clinic ġdida u aktar servizzi L-Imdina (Citta' Nobile) NIL RETURN Il-Birgu (Citta` Vittoriosa) 1. Titqiba tal-influwenza 2. Trasport b’xejn b’vettura tal-Kunsill għaċ-Ċentru tas-saħħa, sptar u servizzi oħra bħal banek 3. Ħlas ta’ kera, speċjalment binijiet tal-Gvern L-Isla (Citta' Invicta) Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma ġietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Bormla (Citta Cospicua) 1. Trasport b’xejn lill-anzjani fil-lokalità inkluż policlinic, sigurtà soċjali (Birgu) u biex jagħmlu l-bżonnijiet bħal xiri u appuntamenti Ħal Qormi (Citta' Pinto) 1. Transport b’xejn offrut mill-Kunsill Lokali għas-servizzi bażiċi ta’ kuljum 2. Flimkien ma' Nanniet Malta, twaqqaf il-grupp Nanniet Qriema 3. Sehem fl-attivitajiet tal-Milied 2022 4. Ħarġiet kulturali u soċjali. Ħaż-Żebbuġ (Ċitta Rohan) 1. Attivitajiet kull nhar ta' Ġimgħa għall-anzjani fejn isirutalks, żfin u tombla għalihom. 2. Barra minn hekk isiru ħarġiet għall-anzjani kemm lejn Malta u anke lejn Għawdex. Ħaż-Żabbar (Citta' Hompesch) 1. Tqassim tal-boroż tal-iskart 2. Servizz tas-Silver T Is-Siġġiewi (Citta Ferdinand) 1. Ċentru ta’ matul il-jum 2. Diversi korsijiet miftuħin għal kulħadd 3. Diversi sezzjonijiet informattivi miftuħin għal kulħadd Iż-Żejtun (Citta` Beland) 1. Żjarat fid-Djar tal-Anzjani. 2. Ħarġiet Kulturali. 3. Weekend Breaks. 4. Korsijiet Varji. Ir-Rabat (Għ) (Citta` Victoria) 1. Għajnuna fil-mili t'applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-servizz pubbliku. Ħ'Attard 1. Ħarġiet kull xahar 2. Laqgħa b’attività: diskussjoni, tombla bl-ikel kull xahar 3. Servizz ta’ trasport 4. Festini Okkażjonali Ħal Balzan 1. Trasport lill-anzjani tal-lokalità biex jeħodhom l-isptar, il-Health Centre u l-bank (HSBC) f’Birkirkara Birkirkara 1. Trasport b xejn għall-anzjani li jiġu day centre 2. Courses bħal chair pilates, pilates, fitness mix, make up course, ganutell. Birżebbuġa 1. Trasport b’xejn għaċ-Ċentru tal-Anzjani 2. Foodbank fis-Sala tal-Kunsill Lokali 3. Tilqim fis-Sala tal-Kunsill Lokali 4. Ħarġiet għall-anzjani Ħad-Dingli 1. Trasport għad-Day Centre 2. Testijiet tas-Smigħ 3. Ħarġiet Il-Fgura 1. Formola rikjesti u mogħtija 2. Ħlasijiet ta’ qbiela, ċitazzjonijiet etc 3. Servizz ta’ Aerobics, Line Dancing u Yoga 4. Ħarġiet kulturali u Edukattivi Il-Floriana Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma gietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Il-Fontana 1. Ikla lill-anzjani li jgħixu waħedhom fil-festa tal-lokalità 2022. 2. Ħarġiet Malta u Għawdex. 3. Ikla lill-anzjani li jgħixu waħedhom nhar il-Milied 2022. Il-Gudja 1. Ħarġiet kulturali għall-anzjani 2. Korsijiet tal-Life Long Learning 3. Attivitajiet tal-Milied u ta' Jum il-Gudja 4. Sessjonijiet ta` informazzjoni fuqwell-being. Il-Gżira Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma ġietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Għajnsielem 1. Korsijiet dwar l-użu bażiku tat-Teknoloġija Moderna 2. Korsijiet tal-bizilla u ħjata 3. Trasport bil-van għall-ħtiġijiet personali tagħhom 4. Ħarġiet kulturali 5. Ġiti barra minn Malta 6. Żjarat lill-anzjani li jgħixu waħedhom 7. Talks edukattivi L-Għarb 1. Ikla tal-Milied. 2. Ħarġiet Soċjali. 3. Użu ta’ Transport. Ħal Għargħur 1. Ħarġiet kulturali 2. Attivitajiet soċjali 3. Klassijiet tal-eżerċizzju L-Għasri 1. The Ghasri Local Council has 2 councillors that on a regular basis visit elderly persons of the locality to see to their needs. Ħal Għaxaq 1. Ikla fil-Milied 2. Tqassim ta' boroż tar-riċiklaġġ 3. Għajnuna fl-applikazzjoni tal-Passaport tal-Heritage 4. Għajnuna fil-mili ta' applikazzjonijiet oħra Il-Ħamrun 1. Attivitajiet u Ħarġiet kulturali 2.Fitness Classes 3.Coffee Mornings L-Iklin NIL RETURN Il-Kalkara 1. Pagamenti ta’ kirjiet, ċitazzjonijiet, permessi 2. Ħruġ speċifikament għall-anzjani darba/darbtejn/month 3. Assistenza fil-mili ta' applikazzjonijijiet bħall-Housing Authority u oħrajn 4. Assistenza fi kwalunkwe lmenti / suġġerimenti li wieħed jista' jkollu 5. Introduzzjoni mal-Community Police Ta' Kerċem 1. Ħarġa ta’ kull xahar fejn jiġu organizzati diversi taħditiet ma’ diversi awtoritajiet bħal Pulizija, konsulenza medika, eċċ ... 2. Ħarġiet għal Malta 3. Servizz ta’ tabib mit-Tnejn sal-Ġimgħa 4. Ser jibda s-servizz tal-Community Vanfil-ġimgħat li ġejjin sabiex iwassal lill-anzjani l-isptar, għand it-tabib, spiżerija, jew xi bżonnijet oħra li jista’ jkollhom. 5. Korsijiet tal-Lifelong Learning 6. Ikla b’xejn fil-Milied għal dawk li jgħixu waħedhom. Ħal Kirkop 1.Day Centre 2. Trasport għad-Day Centre Ħal Lija 1. Servizz ta’ vaċċinazzjoni kemm tal-influenza kif ukoll Covid-19. 2. Il-Kunsill għal żmien il-Milied organizza bi ħlas festin fejn kienu mistiedna l-anzjani u nies vulnerabbli kollha b’enfasi speċjali lildawk li jinsabu weħedhom. 3. Ħarġiet lill-anzjani ta’ Ħal Lija u r-residenti :- Visti ta’ Ħamis ix-Xirka, Ħarġa għal Għawdex u Ħarġa kulturali l-Birgu. Ħal Luqa 1. Ħarġiet kulturali u soċjali Il-Marsa 1. Vann għall-anzjani u persuni b’diżabilità Marsaskala NIL RETURN Marsaxlokk Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma ġietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Il-Mellieħa 1. Ħarġiet kulturali kull xahar; 2. Transport għall-anzjani li jattendu ċ-Ċentru Anzjanità Attiva; u 3. Korsijiet varji li jsiru fiċ-Ċentru Anzjanità Attiva. L-Imġarr 1. Servizz ta’ Ċentru ta’ Matul il-Jum, darbtejn fil-ġimgħa, is-sena kollha, fil-bini tal-Kunsill; 2. Faċilitajiet ta’ tilqim tal-vaċċin tal-COVID-19 u tal-influwenza staġonali; 3. Ħarġiet soċjokulturali fosthom fil-Belt Valletta; 4. inkorporazzjoni tal-anzjani f’avvenimenti bħal Festa Frawli, Epifanija fl-Imġarr, etc. Il-Mosta 1. norganizzaw ħarġiet għal anzjani 2. noffru Day Centre għal anzjani. 3. Festin tal-Milied għal anzjani 4. Grupp tislima fejn jżuru anzjani waħedom, u joffru għajnuna. Mqabba NIL RETURN L-Imsida 1. Ġie mġedded il-ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) u l-Kunsill Lokali Msida għas-servizz taċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva li jiftaħ kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa matul il-ġurnata. 2. Matul is-sena 2022 ġie ffirmat MOU ma l-NGO Nanniet Malta fejn qed ikun hemm laqgħat kull nhar ta’ Erbgħa bejn il- 5 u 7 p.m fil-bini tal-kunsilli lokali bħala Hub ġdida fl-Imsida. Nanniet Malta tieħu ħsieb torganizza wkoll programm li jinkludi bosta attivitajiet soċjali jew safar. Il-Munxar 1. Trasport għall-ħarġiet organizzati tad-Day Centre 2. Reġistrazzjonijiet għall-aċċess f’siti ta’ heritage malta 3. Ħarġiet soċjokulturali f’Għawdex u anke f’Malta 4. Tqassima ta’ ikla tal-Milied b’xejn provduta mill-Kunsill Reġjonali Għawdex. In-Nadur 1.Day centrekull nhar ta’ Tlieta u 2. Ħarġiet Kulturali darba f xahar. In-Naxxar 1. Manutenzjoni tas-sala fejn jiltaqa’Day Centre. 2. Trasport għal ħarġiet għall-anzajni darba f’xahar. (organizzati mid-Day Centre) 3. Trasport għal anzjani nhar ta’ Tlieta sabiex jiġu d Day Centre. Ir-Raħal Ġdid (Paola) 1. Ċentru Anzjanità Attiva li jiltaqa’ darbtejn fil-ġimgħa 2. Ħarġiet Soċjali/Kulturali Pembroke NIL RETURN Tal-Pieta' 1. Trasport għal attivitajiet li jsiru minn żmien għal żmien 2. Servizz tat-trasport lejn u minn sptarijiet, polikliniċi u postijiet oħra 3. Servizz ta' berġa mill-premises tal-Kunsill Lokali Il-Qala 1.Day Centregħall-anzjani, 4 days a week. 2. Ħarġiet għall-anzjani. 3. Organizzar ta' Tombla. Il-Qrendi NIL RETURN Ir-Rabat (Mt) 1. Faċilità ta' Day Care Centre b'kirja tal-venue mingħand NGO Ħal Safi 1. Isiru sessjonijiet għal min ibati bil-kundizzjoni tal-Parkinsons kull nhar ta’ Tnejn filghaxija. 2. Fil-Kunsill isiru l-attivitajiet tad-day centre għall-anzjani nhar ta’ Erbgha u nhar ta’ Ġimgħa filgħodu. 3. Jingħata servizz ta’ Podoloġista għall-anzjani darba fix-xahar. 4. F’Ħal Safi għandna wkoll d-Dementia Centre li naħdmu f’kollaborazzjoni flimkien. 5. Isiru sessjonijiet ta’ Oriental Fitness u Aerobics kull nhar ta’ Tnejn filgħodu għall-anzjani. San Ġiljan 1. Servizz sabiex jittieħdu readings tal-pressjoni, zokkor minn nurse – dan reġa’ beda f’Diċembru 2022 għaliex kien waqaf minħabba l-Covid-19 San Ġwann 1.Podologist 2. Nurse għal monitoring taz-zokkor u pressjoni 3. Trasport 4. Vaccine għal kontra l-influenza 5. Ħarġiet kulturali u soċjali San Lawrenz 1. Trasport bl-Electric Van tal-Kunsill għal dawk li kellhom xi appuntament ta' sptar jew simili. San Pawl il-Baħar 1. Trasport provdut lil anzjani lejn u mid-Day Care Centre 2. Trasport provdut lil anzjani għall-ħarġiet organizzati mid-Day Care Centre 3. Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet il-Kunsill reġa' beda jorganizza ħarġiet kif ukoll jipprovdi trasport għalihom. Ta' Sannat 1. Kors bażiku fil-kompjuter 2. Keep fit classes kull nhar ta’ Tlieta b’kollaborazzjoni mal-Active Ageing - MGOZ 3. Ħjata kull nhar ta’ Ġimgħa b’kollaborazzjoni mal-Active Ageing - MGOZ 4. Fis-sajf waqt ir-rinovar ta' Dar Padova f’Għajnsielem, il-Kunsill ospita lil dawn l-anzjani fis-sala għal aktar minn xahrejn Santa Luċija NIL RETURN Santa Venera 1. Attivitajiet Kulturali 2. Servizz ta' transport 3. Post fejn jiltaqghu -Day Centre 4. Kors - Għaqal id-Dar Tas-Sliema 1. Council Cab 2. Day Centre u l-Attivitajiet li jorganizzaw huma 3. Servizzi li jingħataw mill-Kunsill lil kulħadd 4. Korsijiet ta’ Pilates Is-Swieqi 1. Sezzjonijiet ta' Line Dancing, Chair Pilates, Musical Theatre, Dance Fitness b'kolloborazzjoni mal-Active Ageing Dept. Sezzjonijiet oħra ta' Zumba. 2. Talks informattivi (darba fi xahar) dwar suġetti varji (eż: mard kroniku, kundizzjonijiet, tfaddil eċċ) 3. Ħarġiet edukattivi u kulturali (darba fi xahar) madwar Malta u Għawdex 4. Il-Kunsill qed jaħdem ukoll sabiex fil-futur qarib jipprova jipprovdi servizz ta' transport għal anzjani 5. Il-Kunsill kien joffri servizz ta' berġa għal anzjani (darbtejn fil-ġimgħa) imma sfortunatament wara l-COVID ġie mwaqqaf mid-Dipartiment għal Kura u Saħħa. Ta' Xbiex 1. Berġa 2. Inwasslu lill-anzjani b'xejn fejn ikollhom bżonn bil-vann elettriku 3. Korsijiet tal-Lifelong Learning 4. Podoloġista Ħal Tarxien 1. Servizz bil-van għall-anzjani b'xejn biex jagħmlu l-qadi tagħhom il-berġa u Raħal ġdid. 2. Taħdiet ta’ Active ageing dwar is-servizzi li joffru lil anzjani. 3. Laqghat b'xejn ta' Għaqal id-dar biex jieklu aħjar. Ix-Xagħra 1. Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra jamministra Ċentru ta' Matul il-Jum għall-anzjani li jiltaqa' kull nhar ta' Erbgħa bejn id-9.00am u nofsinhar. 2. Minbarra din l-attività regolari, il-Kunsill organizza wkoll diversi attivitajiet soċjokulturali għall-anzjani tal-lokalità tagħna. Ix-Xewkija 1. Reġistrar għal-card tad-dħul f’siti storiċi 2. Ħarġiet matul is-sena mmirati direttament għall-anzjani. 3. Proġett tal-ischool grannies. Proġett bil-kollaborazzjoni tal-Anzjanità Attiva 4. Integrational Project fejn anzjani qed ikollhom l-opportunità li jgħallmu studenti żgħar snajja’ jew xogħol tal-idejn waqt li jieħdu rimunerazzjoni żgħira. – Proġett bil-kollaborazzjoni tal-Anzjanità Attiva 5. Korsijiet tal-IT u bizzilla Ix-Xgħajra 1. Għajnuna inġenerali bħal ġieli nieħdu anke boroz fi djar ta dawk l-anzjani li ma jkunux jifilhu joħorġu. 2. Servizz ta' social workers bi sħubija mal-appoġġ sabiex jitkellmu mal-anzjani u nies fil-bżonn. 3. Applikazzjonijiet ta' Heritage Malta passports. 4. Attivitajiet kulturali. Iż-Żebbuġ (Għ) 1. Kuljum nipprovdu trasport bil-vann tal-komunità lill-anzjani li jeħtieġa jagħmlu qadjiet barra mir-raħal Iż-Żurrieq 1. Għajnuna fi trasport biex tittieħed l-injection tal-influenza 2. Trasport sa Ħaż-Żebbug biex l-anzjani jagħmlu testijiet tas-smigħ. L-Imtarfa NIL RETURN

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5778 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

Ħal Għaxaq – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda – 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Għaxaq116100

Gudja – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Gudja112119

Fgura – librerija pubblika — kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Fgura207303

Bormla – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Bormla96233