Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3994 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ u jkompli jestendi l-għajnuna lill-famlija li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5908 u jara li ssir spezzjoni u tittieħed azzjoni sabiex jinqerdu l-ammonti kbar ta' firien li hemm fl-akkwati tal-Blocks 1A, 1B, 2A, 2B, 3A, 3B f'San Ġwann t'Għuxa Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fil-lokal indikat ġo San Ġwann t’Għuxa Bormla. Fl-inħawi ma’ ġie nnotatat l-ebda akkumulu ta’ skart u lanqas xi drenagg miftuh. L-Aħħar trattament kontra l-ġrieden f’din l-area sar fid-19 ta’ Jannar 2009.
Informat ukoll li fl-4 ta’ Marzu, 2009, ħaddiema mis-sezzjoni għal protezzjoni kontra l-ġrieden, poġġew velenu tal-ġrieden fuq wara ta’ dawn il-
Blocks
li jiġi taħt is-swar. Tpoġġa wkoll velenu fil-manhole tad-drenaġġ tal-gvern quddiem
Block 3B
. L-
Area
indikata ser tibqa tiġi sorveljata u jerġa jsir trattament għal kontra il-ġrieden kif ikun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7270 u jgħid għala t-tobba fl-Isptar Mater Dei qegħdin jippreskrivu l-mediċina Xeralto meta din il-mediċina ma tinstabx fl-isptar u jkun hemm bżonn tinxtara privatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ll-prodott Xeralto huwa ġdid. L-ekwivalenti tiegħu jeżisti fil-formularju tal-Gvern, pero’ jingħata permezz ta’ injezzjoni. Kien hemm xi każi fejn il-pazjent ipprefera jieħu pilloli milli injezzjoni u l-konsulent tiegħu tah l-għażla, pero’ spjegalu li l-pilloli jridu jinxtraw privatament.
Peress li hawn ħafna każijiet ta' eczema li huma severi u kroniċi u dawn il-pazjenti għandhom bżonn ħafna kura, assistenza u mediċini li jridu jieħdu kuljum, u peress li l-eczema mhix inkluża fit-tieni parti tal-ħames skeda tal-Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jara kif is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies tista' tiġi għall-aħjar billi l-eczema tiżdied ma' din il-lista biex dawn il-pazjenti jkunu ntitolati għal għajnuna medika bla ħlas?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li hemm pjan li fil-ġejjieni qarib jiġi evalwat it-trattament mediċinali li l-Gvern qed joffri fis-servizz tas-saħħa b’mod ħolistiku bil-għan li l-Gvern ikun jista joffri servizz aktar aċċessibli, ekwu u sostenibbli li jirrifletti aħjar il-ħtigijiet moderni tas-soċjeta’ Maltija fil-preżent u għall-futur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Occupational Health and Saftey Authority hijiex infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dwar it-talbiet magħmula lil dan id-dipartiment għall-benefiċċji soċjali rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) jipprekludi lid-Direttur Ġenerali tas-Sigurta' Soċjali milli jgħaddi informazzjoni personali dwar individwi li jagħmlu talbiet għal xi beneficcji taħt l-istess Att. Għaldaqstant, l-Awtorita' tirċievi mingħand id-Diviżjoni statistika globali dwar dawn it-talbiet, iżda li ma tkunx ta’ natura personali.
Informat ukoll li l-Awtorita' kienet ipproponiet Memorandum of Understanding li kien ġie iffirmat bejn iż-żewg entitajiet biex l-Awtorita' tkun tista tinvestiga każijiet suspettati dwar talbiet li tkun irċeviet id-Diviżjoni. Barra minn hekk, il-formola li tintuża għal skopijiet ta’ talbiet għal benefiċċji dwar korriment u mard relatati max-xogħol ġiet emendata biex tkun tista taqdi l-ħtigijiet ta’ notifika taħt l-Att dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-xogħol. Iż-żewg entitajiet qegħdin ukoll f’diskussjonijiet mal-Uffiċjju Nazzjonali tal-Istatistika biex tkun tista tinġabar statistika iktar robusta.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess biex il-pazjenti tat-Thalassemia jingħataw il-mediċina bl-isem X jad?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-preżent hemm applikazzjoni pendenti biex il-mediċina Exjade, li fiha l-ingredjent farmaċewtiku Deferasirox, tiġi ikkunsidrata biex tiġi introdotta fil-formularju tal-Gvern. Bħalissa din l-appplikazzjoni qed tiġi evalwata.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li applikat għal akkomodazzjoni alternattiva?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet l-applikazzjoni tal-persuna imsemmija fl-4 ta’ Frar, 2009 u għalhekk qagħda qed tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Pulizija rigward is-sejba ta' mediċini foloz li kienet seħħet xi żmien ilu, b'mod partikolari b'referenza għall-mediċina Plavix? Jekk din tinstab konkluża, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, x'inhu jsir sabiex din l-inkjesta fl-aħħar tingħalaq, aktar u aktar meta wieħed iqis li din hi materja tant serja li tirrigwarda s-saħħa tal-pubbliku in ġenerali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirrerferi l-Mostoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'passi ttieħdu fil-proġett tat-Triq Wied il-Għajn biex jiġi osservat l-avviż legali numru 281/2004? Jista' jgħid ukoll jekk ġiex ukoll appuntat health and safety supervisior fid-design and constructions stages?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Għawdex — San Lawrenz - applikazzjonijiet għal flats u penthouses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu saru applikazzjonijiet għal flats u penthouses f'San Lawrenz Għawdex, liema sejħa ħarġet fil-15 ta' Novembru, 2007? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu għal flats u kemm kienu għal penthouses? Jekk sar l-proċess tal-għażla, kemm min dawn kienu eliġibbli?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li fil-Ħarga 3 Shared Ownership li ħarget f’Novembru 2007, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 19-il applikazzjoni għall-postijiet ġewwa San Lawrenz Għawdex. L-applikanti kellhom il-possibilita’ li fl-għażla tagħhom jinkludu kemm flats, penthouses kif ukoll maisonettes. Għalhekk, bosta applikazzjonijiet kellhom għażliet għal tipi differenti ta’ postijiet. 15-il applikazzjoni ġew allokati post, 13 kienu eligibbli u minn dawn finalment 7 għadhom interessati.
Awtorità tad-djar — lifts go blokk t'appartamenti tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-inkwilini li jgħixu f'din il-blokka t'appartamenti tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba ħsarat kontinwi li qed jirriżultaw fil-lift li stallat l-Awtorità tad-Djar u li kull darba jiswew lil dawn il-famliji bosta spejjeż biex jirranġawh?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-lift ġo Blokk E4, Ta’ Xbiex ġie mogħti lir-residenti fit-3 ta’ Marzu 2005 f’kundizzjoni tajba. Wara li il-lift ġie mogħti, l-Assoċjazzjoni tar-Residenti aċċettat responsabbiltá sħiħa tal-manutenzjoini u tiswijiet tal-lift inklużi l-ispejjeż kollha relatati mat-tħaddim tiegħu. Il-problema li tidher li tfaċċat kienet card fil-control panel li bdiet tmur spiss waqt maltempati bis-sajjetti. L-Awtoritá tad-Djar bla preġudizzju qegħda tassisti biex tinstab soluzjoni aħħarija bejn l-Assoċjazzjoni u l-Kuntrattur, sabiex dan tal-aħħar jipprovdi intervent li jippermetti t-tħaddim kontinwu tal-lift.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom it-tobba li huma mqabbdin biex jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall- pensjoni tal-invalidità?
X'inhi l-proċedura użata?
X'inhuma l-kriterji li qed jintużaw biex persuna tkun eliġibbli għal din il-pensjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur tas-Sigurta’ Soċjali jaġixxi fuq il-parir ta’ persuna waħda jew aktar li jkollhom warrant li jeżerċitaw il-professjoni medika u li jkunu maħturin mill-Ministru għall-fini ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Inżid ukoll illi bħala linji gwida jintużaw regolamenti ta’ indeboliment li kienu ġew ippublikati permezz ta’ Avviż Legali Nr. 170 ta’ 2006 sabiex iservu bħala gwida u sabiex jiġu stabbiliti l-aspetti mediċi għall-eliġibilità jew xort’oħra ta’ applikant li jagħmel talba fir-rigward ta’ benefiċċju,
allowance
jew pensjoni taħt l-Att.
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistosija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Il-Ministeru tiegħi għandu il-kompetenza għall-klassifikazzjoni tal-prodotti mediċinali skond l-Att Dwar il-Mediċini. Skond dan il-Att it-tilqim huma kklassifkati bħala prodotti mediċinali.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-proċedura tax-xiri tal-fond tal-Gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Jaħseb li wara li madwar ħames snin ilu diga' kienu marru l-Periti tal-Gvern biex jagħmlu l-verifiki tagħhom għadda żmien biżżejjed biex tiġi konkluża din il-proċedura?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-iskema msemmija ta’ xiri ta’ appartamenti hija sospiża u għalhekk mhix possibbli li jinxtara dan il-fond.
Liġi biex miżżewġin jaddottaw tfal mingħajr dewmien
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se titressaq l-emenda għal-ligi dwar l-adozzjoni fil-Parlament, biex tagħti l-fakultà lill- miżżewġin li japplikaw biex jaddottaw mingħajr ma jkollhom għalfejn jistennew is-snin u dan wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li ngħatat ricentiment?
Jista' jgħid jekk in vista tas-sentenza indikata, hux se jagħti struzzjonijiet amministrattivi lid-Diviżjoni tal-Adozzjoni fi ħdan l-Appoġġ, biex jaċċettaw b'mod immedjat applikazzjonijiet minn koppji miżżewġa u li qed ikunu diskriminati minħabba provvediment inġust fil-liġi? Jekk se jagħti dawn l-istruzzjonijiet, dan se jkun ifisser li l-proċedura min-naħa tad-Divizjoni se tkun tista' tinbeda?
Jista' jgħid huwiex ippjanat li jsaħħaħ l-istruttura tad-Diviżjoni għall-Adozzjoni biex il-proċedura li l-koppji jkollhom jagħmlu ma tieħux aktar fit-tul bla ħtieġa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament qed isiru diskussjonijiet interni dwar il-Ligi tal-Addozzjoni sabiex isiru l-emendi adatti mill-aktar fis possibli. Ninforma wkoll li l-istruzzjonijiet amministrattivi indikati fil-Mistoqsija Parlamentari numru 7774 diga’ ingħataw. Hemm ukoll il-ħsieb li jsir studju ta’ l-istrutturi tal-FSWS u tad-DSWS bil-għan li jissaħħu.
Jista' l-Minsitru jgħid x'inhuwa l-capping li qed jintuża bħalissa fir-rigward tal-pensjoni ta' l-irtirar u kemm dan il-capping ilu ma jiġi rivedut? Meta huwa maħsub li dan il-capping jiġi rivedut, skond kif kien imwiegħed meta ġiet introdotta r-riforma fil-pensjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-capping li qed jintuża din is-sena fir-rigward tal-pensjonijiet tal-irtirar huwa ta’ € 16,813.
Dan il--
capping
beda jiżdied biż-żidiet li l-Gvern jagħti għall-għoli tal-ħajja b’effett mis-sena 2007 u hu garantit li jibqa jiżdied sa ma jilħaq l-ammont ta’ €17,470 għal dawk il-persuni li twieldu qabel il-31 ta’ Diċembru 1951 u sa ma jilħaq l-ammont ta’ €20,964 għal dawk il-persuni li twieldu qabel il-31 ta’ Diċembru 1961.
Ninsab informat ukoll li mis-sena 2014 il-
capping
imsemmi jibda jiżdied bl-ammont li jikkorrespondi għal 70 fil-mija miż-żieda perċentwali fil-paga medja nazzjonali flimkien ma’ 30 fil-mija tar-rata tal-inflazzjoni ibbażata fuq is-sena ta’qabel għal dawk il-persuni li twieldu wara l-1 ta’ Jannar 1962.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm miftuħa ċentri għal matul il-jum għall-anzjani? F'liema ġranet u ħinijiet dawn ikunu miftuħa? Kemm jattendu anzjani f'kull ċentru?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar il-mewt tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Jikkonferma li fuq dan il-każ minbarra li saret inkjesta interna saret ukoll inkjesta Maġisterjali?
Ftehim bejn il-Gvern u l-Unjoni Ħaddiema Maqugħdin — allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nursing aids, health assistants, care workers u assistant care workers li qed jibbenefikaw mill-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Unjon Ħaddiema Maqugħdin fis-7 ta' Marzu 2008, ġurnata qabel l-elezzjoni ġenerali? Kemm hemm minn dawn l-kategoriji ta' ħaddiema li diġà qed jibbenefikaw minn allowances li laħqet €1150 fis-sena? Kemm fadal ħaddiema f'dawn il-gradi li għadhom ma ħadux dawn l-allowances u għaliex dawn għadhom ma ħadux dawn l-allowances s'issa?