Akkademja għal Korpi Dixxiplinati – Ingaġġ ta’ għalliema tal-isparar
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u esperjenza jrid ikollha persuna biex tiġi ingaġġata biex tgħallem l-isparar fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-rekwiżiti huma dawk stabbiliti, jiġifieri r-Range Management Qualification Course (RCO) li jingħata mill-FAM u l-Firearms Instructor Course li jrid ikun ingħata minn entità reġistrata u akkreditata. Infurmat ukoll illi l-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati għandha arranġamenti ma’ skwadri spjeċjalizzati fil-qasam u uffiċjali kwalifikati mill-Korp tal-Pulizija biex jingħata tali taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati u/jew taħt kuntratt ta' servizz mal-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati? Jista' jgħid ukoll kemm hemm minnhom li ġew seconded jew detailed? F’kull każ, jista’ jgħid x’inhi l-funzjoni, ir-responsabbiltà jew il-kariga li għandhom u lil min jirrispondu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mil-Onor. Interpellant, qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt.
ADF - Academy for Disciplinary Forces
1
Commandant
1
Director of Studies
1
Manager ll – Quality Assurance/ Training & Development
1
Assistant Principal – Administration
1
Assistant Manager – Administration
1
Messenger
1
Assistant Clerk - Adminstation
6
Instructors
1
Registrar duties/Administration
2
Maintenance/Technical Officers
16
Total Number of Employees
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fiż-Żejtun fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fiż-Żejtun u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhiex tinfetaħ l-għassa tal-pulizija tax-Xgħajra? Jekk iva, kemm-il darba tinfetaħ din l-għassa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-lokalità tax-Xgħajra hija koperta bis-servizz mill-Pulizija tal-Komunita’ kif ukoll minn Uffiċjali tal-RIU waqt ir-rondi b’vetturi tagħhom fiż-żona, u mill-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar, li jkopru wkoll il-ħtiġijiet fl-istess post. Infurmat li l-għassa prinċipali li tkopri x-Xgħajra hija dik ta’ Ħaż-Żabbar, u li l-għassa tal-Pulizija tax-Xgħajra hija għassa sekondarja li tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fix-Xgħajra hemmx servizz ta’ Community Policing? Jekk iva, fejn hu l-uffiċċju tagħhom? F’liema ġranet jingħata dan is-servizz? Kemm jagħmlu sigħat fil-ġimgħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tal-Komunita’ ilhom joperaw ix-Xgħajra, flimkien ma Haż-Żabbar, għal dawn l-aħħar sena u nofs. Huma joperaw mill-għassa principali f’Haż-Żabbar u hemm uffiċjal mit-taqsima dedikat fil-lokalita’. Il-ħinjiet koperti minn uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunita’mhumiex uniformi u jvarjaw, mhux possibli li jiġi kkalkulat l-ammont ta’ ħin f’servizzi koperti minnhom. Barra mill-Pulizija tal-Komunita’ sorveljanza ssir ukoll waqt rondi minn-uffiċjali tal-RIU bil-vetturi tagħhom, kif ukoll mill-Pulizija ta’ Haż-Żabbar, li jkopru wkoll il-ħtiġijiet fl-istess post. Nitlob lill Onorevoli Membru tirreferi wkoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18050.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il roadblock sar mill-Armata u mill-Pulizija, separatament għal kull distrett f'Malta u f'Għawdex, għal kull xahar minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi f’kull xahar fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u l-aħħar ta’ Marzu 2024, in-numru ta’ roadblocks li saru mill-Pulizija tad-Distrett kien kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra. Ma’ dawn kien hemm mija u tlieta u disgħin roadblock li saru minn taqsimiet oħra tal-Pulizija fl-istess perjodu. 33 roadblock saru konġuntament mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji fl-ewwel xahrejn tas-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel xahrejn tas-sena 2024 ġew irreġistrati erba' (4) każi ta’ suwiċidju mal-Pulizija. Tnejn matul ix-xahar ta' Jannar u tnejn oħra fi Frar. Dawn kollha kienu ta' sess maskil u filwaqt li tliet vittmi kienu ta' nazzjonalità Maltija, wieħed kien ta' nazzjonalità barranija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienx hawn barranin li għamlu suwiċidju hawn Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ barranin li għamlu suwiċidju f’Malta mis-sena 2020 sa l-aħħar ta’ Marzu 2024, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Numru ta’ barranin li għamlu suwiċidju Malta
2020
6
2021
2
2022
8
2023
7
2024 sa Marzu
2
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex — Traffikar ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' persuni intervjeniet fihom l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’dan il-perjodu kien hemm żewġ każi ta’ traffikar ta’ persuni fis-sena 2022, fejn ġew imressqa l-Qorti 6 persuni, li ġew segwiti u proċessati mill-Korp tal-Pulizija u mhux l-intervent ta' Frontex.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16307, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè jaqsam l-ammont ta' 494 persuna li ġew salvati mill-baħar mill-Forzi Armati ta' Malta fis-sena 2023, u jaqsam din l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuni msemmija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi d-data miżmuma hija ta' dawk il-persuni li jkunu waslu f'pajjiżna b'mod irregolari. Infurmat li n-nazzjonalità tagħhom hekk kif magħrufa kienet hekk: Bangladesh, Syrian Arab Republic, Guinea, Egypt, Pakistan, Sudan, Burkina Faso, Cameroon, Eritrea, Guinea-Bissau, Ethiopia, Palestine, Ghana, South Sudan, Congo DC u Gambia.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali sar fil-Barracks tal-Forzi Armati (AFM) fin-Nadur u f'postijiet oħra li l-AFM għandha ġewwa Għawdex matul is-sena 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? F'kull każ kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati fis-siti tal-Forzi Armati f'Għawdex minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena? Minbarra xogħlijiet ta' manutenzjoni, jista’ jgħid jekk inbidlitx l-għamara, tlestietx il-fence tal-perimetru, tkabbritx il-helipad u bdietx tintuża? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' investimenti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu approvazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza Maltija, mis-sena 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu persuni milli jidħlu f'Malta fuq il-border, matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom intbagħtu lura fil-pajjiż li kienu ġejjin minnu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, kien hemm sebgħa u ħamsin (57) persuna minn pajjiżi terzi, li twaqqfu milli jidħlu f'Malta fil-fruntiera. Dawn kollha ġew irritornati fil-pajjiż tal-oriġini.
Ukoll kien hemm 57 persuna ċittadini ta' pajjiżi terzi li nstabu fiż-żona tal-ajruport waqt verifiki tal-Pulizija, wara li jkunu waslu minn pajjiżi oħra taż-żona Schengen.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16401.
Membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu sospiżi b'mod kawtelatorju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu sospiżi b'mod kawtelatorju b'nofs paga fl-1 ta' Jannar 2024 u kemm hu n-numru issa fil-ġurnata li fiha tiġi imwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fl-1 ta' Jannar 2024 kien hemm ħamsin membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu sospiżi b'mod kawtelatorju. Infurmat illi l-istess persuni għadhom sospiżi milli jaqdu dmirhom fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat li fil-konfront ta’ dawn il-persuni japplikaw ir-regoli tal-amministrazzjoni pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintalbu l-fingerprints ta’ min iġedded l-Karta tal-Identità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-obbligu li jintalbu l-marki tas-swaba’ sabiex tinħareġ Karta tal-Identità joħroġ mir-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il suldat għandha l-Forzi Armati ta' Malta li huwa mħarreġ biex jagħti s-servizz tiegħu f'operazzjonijiet ta' search and rescue fuq il-baħar u dana billi jipprovi l-grad u l-livell ta' esperjenza tas-suldati msemmija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-AFM għandha mitejn erbgħa u disgħin (294) suldat imħarreġ sabiex jagħti s-servizz tiegħu f'operazzjonijiet ta' search and rescue fuq il-baħar. Il-gradi tas-suldati huma kif jidher hawn taħt. Il-livell ta’ esperjenza jvarja skont dawn il-gradi.
Rank/Grade
No. of Soldiers
Lieutenant Colonel
3
Major
5
Captain
23
Lieutenant
6
Second Lieutenant
1
Warrant Officer Class I
4
Warrant Officer Class II
11
Staff Sergeant
24
Sergeant
37
Bombardier
59
Lance Bombardier
38
Gunner
83
Total
294
Pajjiżi li mhumiex Stati Membri — Ħidma li qed issir mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu l-Gvern dwar il-ħidma li qed issir mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex mal-pajjiżi li mhumiex Stati Membri fil-Mediterran rigward l-immigrazzjoni irregolari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant jifhem li l-Ministru ma jistax jirrispondi għall-Aġenzija Frontex.
Pajjiżi li mhumiex Stati Membri — Ħidma li qed issir mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu l-Gvern dwar il-ħidma li qed issir mill-Gvern Malti mal-pajjiżi fil-Mediterran li mhumiex Stati Membri rigward l-immigrazzjoni irregolari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern ma kienx kuntent bl-status quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Ma setax ikun hemm strateġija effetti dwar l-immigrazzjoni rregolari mingħajr koperazzjoni mal-pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq. Hawnhekk wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn pajjiżi ta’ transitu, bħal-Libja, u pajjiżi tal-oriġinu.
F’Mejju 2020 ġie ffirmat ftehim mal-awtoritajiet Libjani dwar koperazzjoni fuq l-immigrazzjoni rregolari. Il-Libja huwa l-pajjiż ta’ transitu prinċipali tal-immigranti li jaslu Malta u l-ftehim wassal sabiex pajjiżna rnexxielu jnaqqas il-wasliet irregolari drastikament. F’dan il-perjodu wkoll l-awtoritajiet Maltin ħadmu fuq numru ta’ inizjattivi sabiex il-kontropartijiet tagħhom ikollhom il-ħiliet u l-kapaċitajiet sabiex jiġġieldu t-traffikar tal-bnedmin u jnaqqsu l-imwiet fuq il-baħar.
Il-Gvern Malti impenja ruħu wkoll f’diversi inizjattivi ma’ pajjiżi oħra bħat-Tuneżija, l-Eġittu u l-Marokk, mhux biss dwar l-immigrazzjoni rregolari iżda f’fierxa usa’ ta’ suġġetti. Pajjiżna qed jagħti opportunitajiet ta’ taħriġ, edukazzjoni u xogħol lil nies minn dawn il-pajjiżi ġirien. Din il-koperazzjoni wasslet għal (i) aktar koperazzjoni fuq ir-ritorn ta’ immigranti rregolari minn dawn il-pajjiżi, u (ii) tnaqqis sinifikanti ta’ wasliet illegali minn ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi.
Din il-ħidma tikkumplimenta xogħol ieħor fuq livell Ewropew fejn Malta dejjem tinsisti għal ħidma aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq.
Jista' l-Ministru jgħid u jipprovdi d-dati ta’ liema laqgħat attenda għalihom li kienu organizzati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex f'dawn l-aħħar tliet snin, u jipprovdi x'kienu d-dati tal-laqgħat, fejn u ma' min saru, u x'kien l-eżitu tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Aġenzija Frontex tkun parteċipi fid-diversi laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Intern,fejn bħala Ministru responsabbli nkun mistieden għalihom. Ukoll, id-Direttur Eżekuttiv ta’ Frontex kien mistieden u preżenti f’Malta għal laqgħa tal-Med 5 li saret fl- 4 ta’ Marzu tas-sena 2023.