Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28626 u jgħid x'kontribut qiegħda tagħti Transport Malta fl-operat tat-trasport pubbliku mill-Arriva? Jista' jgħid kemm hemm persuni ta' Transport Malta nvoluti f'dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ilha mit-3 ta’ Lulju timmoniterja b’mod estensiv is-servizz tat-trasport pubbliku bl-għan prinċipali li timbotta lill-operatur jottjeni livell tas-servizz hekk kif mitlub skont il-kuntratt.
Dan ix-xogħol involva fih riżorsi umani ta’ madwar 1,600 siegħa fil-ġimgħa bejn Lulju u Awissu, u madwar 850 siegħa fil-ġimgħa minn Settembru l’hawn sabiex isir immoniterjar u nfurzar hekk kif ġej:
· Immoniterjar ta’ rotot – 550 siegħa fil-ġimgħa waqt ħinijiet speċifiċi tal-ġurnata, u fuq rotot speċifiċi, sabiex ġew moniterjati l-frekwenzi tal-karozzi u l-ħin ta’ stennija ta’ passiġġieri skont il-kuntratt.
· Nfurzar ġenerali – 300 siegħa fil-ġimgħa li jinkludu seba’
Enforcement Officers
li qegħdin ibbażati fil-venda tal-Belt Valletta, dik ta’ Buġibba, Marsa Park and Ride, Sliema u l-Ajruport, u lokalitajiet oħra skont il-ħtieġa.
Barra minn hekk, hemm seba’ persuni oħra bbażati fl-uffiċċju u fil-
control room
ta’ Transport Malta sabiex jikkordinaw l-immoniterjar fuq is-siti, jimmoniterjaw ir-
real time information
u jgħaddu l-informazzjoni lill-operatur, jiproċessaw l-ilmenti u s-suġġerimenti, jippreparaw rapporti ta’ konformita’ u jgħadduhom lill-operatur, u jaħdmu fuq bdil ta’ rotot u diverżjonijiet ta’ rotot temporanji.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19701 mogħtija mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jikkonsidra li Transport Malta tagħti inċentivi biex kultant żmien xi cruiseliners li jidħlu f'Malta, minflok fil-Port il-Kbir jidħlu fil-Port ta' San Pawl il-Baħar, għalkemm ninsab konxju tal-fatt li l-aġenti jsibu diffikultà biex jorganizzaw dħul ta' tali vapuri f'dan il-port?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f’San Pawl il-Baħar m’hemmx moll adekwat fejn cruise liners jistgħu jsorġu u għalhekk jekk cruise liners iżuru San Pawl il-Baħar ikollhom jibqgħu ankrati f’nofs il-bajja. Transport Malta m’hiex f’pożizzjoni li tagħti inċentivi sabiex cruise liners jankraw f’San Pawl il-Baħar, iżda lesta li tagħti kull għajnuna teknika jekk xi operatur tal-cruise liners ikun jixtieq iżur San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28834 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li hemm fid-daħla ta' San Pawl il-Baħar (Triq il-Mosta), ħdejn l-pompi tal-petrol, u li ġew imkissra b'xi vettura li laqtithom, jiġu msewwija għaliex ilhom 15-il ġurnata li ntlaqtu u dawn qed iservu ta' periklu għas-sewwieqa u dawk li jkunu iridu jaqsmu? Jista' jitlob li ssir ukoll spezzjoni fuq il-pelican lights l-oħra (ta' warajhom iktar 'il ġewwa fl-istess triq) għaliex dawn donnhom li tilfu l-bilanċ tagħhom u qed jaħdmu b'mod żbaljat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tat struzzjonijiet lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa.
San Pawl il-Baħar — Baħar iċ-Ċagħaq - resurfacing tat-triq tal-kosta
Question
Jista' l-Ministru, permezz ta' Trasport Malta, jikkonsidra l-possibiltà li l-partijiet tat-triq tal-kosta bejn Baħar iċ-Ċagħaq u San Pawl il-Baħar li ma kienux ġew resurfaced numru ta' snin ilu, fil-fatt jiġu resurfaced billi partijiet minnhom issa ġratilhom ħafna ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol jagħmel parti mill-pjan ta' manutenzjoni ta’ Transport Malta u dan ix-xogħol se jsir sal-aħħar ta' din is-sena.
Peress li bir-rotot ġodda kif imħaddma mill-Arrriva il-karozza numru 63 li tgħaddi minn quddiem il-Knisja ta' San Gorġ Qormi, tgħaddi kull siegħa, jista' l-Ministru jara li din iżżid il-frekwenza tagħha tal-anqas kull nofs siegħa? Jista' jara dan it-tnaqqis fil-frekwenza qed jikkawża ħafna dewmien speċjalment fis-sigħat tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tat struzzjonijiet lill-Arriva biex fl-iqsar żmien possibli l-ħin massimu ta’ stennija għal rotta 63 jitnaqqas għal 30 minuta. L-operatur ikkonferma li se jottempra ruħu ma’ din l-istruzzjoni.
Infurmat ukoll li preżentament, mil-lokal ta’ Ħal Qormi jgħaddu 7 karozzi fis-siegħa fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta. Dawn huma ir-Rotta 61 li tgħaddi minn Triq il-Vitorja għal Triq San Bastjan bi frekwenza ta’ kull 15 il-minuta, r-rotta 62 li tgħaddi minn Triq l-Imdina għal Triq Manwel Dimech bi frekwenza ta’ 30 minuta u r-rotta 63 li tgħaddi minn ħdejn il-knisja ta’ San Ġorġ bi frekwenza ta’ 60 minuta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li l-biċċa art fi stat ta' abbundun li hemm bejn triq San Ġwakkin u Triq H'Attard Qormi hiex se tiġi żviluppata jew integrata bħala parti mill-infrastruttura ta' toroq konċernati, peress li fil-preżent din qed isservi bħala post fejn jintrema żibel bil-konsegwenza li l-inħawi qed jimtlew bil-ġrieden?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-biċċa art li hemm bejn Triq San Ġwakkin u Triq Ħ'Attard, Qormi mhix qiegħda skemata bħala triq. M' hemmx ħsieb li jsir xi xogħol minn Transport Malta f'din il-biċċa art.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jikkonferma jew jirrevedi l-ispeed limit li ġie deċiż għat-toroq Maltin? Jista' jgħid jekk l-awtorità responsabbli minn dan il-qasam tagħmilx studji biex tara jekk dak li oriġinarjament iddeċidiet huwiex l-aħjar fis-sitwazzjoni tagħna - jiġifieri jsir ongoing evaluation ta' dak li ġie deċiż? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħu, jekk jinżammux minuti tal-meetings li jkollhom u x'ġie deċiż u meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għamlet studju dettaljat, tal-limiti tal-veloċita' fit-toroq arterjali u distributorji. Il-policy li tistabbilixxi dawn il-proċeduri, ta' kif jiġu riveduti limiti ta' veloċità eżistenti jew kif jiġu stabbiliti limiti ta' veloċità ġodda, se tiġi ppublikata bħala dokument fil-ġimgħat li ġejjin.
L-istudji li tagħmel Transport Malta huma dettaljati biżżejjed sabiex tippermetti li jiġu stabbiliti limiti ta’ veloċità korretti. Madanakollu, Transport Malta xorta tagħmel moniteraġġ tas-sistema tat-traffiku u tevalwa kull informazzjoni miġbura sabiex, fl-isfond taċ-ċirkustanzi fiż-żmien partikolari, taddatta s-sistema tat-traffiku għall-bżonnijiet tal-ġurnata.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-linja tat-telefown ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ilha ċċempel biex jirranġawhielha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ inkwistjoni huwa każ purament privat bejn il-persuna konċernata u s-service provider.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-karti tal-identità l-ġodda u meta huwa propost li jitlestew?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li l-iżvilupp tas-sistema jaqa taħt id-dekasteru tiegħi u miexi skont il-pjan, ir-responsabiltà tal-Mass Roll Out tal-karta ta' identità ma taqax taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi imma tal-Uffiċju tal-Prim Ministru. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li matul ir-rush hours, il-pelican lights li hemm fil-Wied ta' Birkirkara, ħdejn il-McDonalds, ma jibqgħux jitħaddmu in demand u jkunu kontrollati bil-ħin peress li f'dan il-ħin jaqsmu ħafna nies b'mod li qegħdin joħolqu traffic jams kbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dak li qed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant , ċioe li pelican crossing tkun attivata b'modi differenti matul il-ġurnata, mhux rakkmandat, minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Madanakollu, Tranpsort Malta se tieħu l-passi neċessarji sabiex il-ħin ta' attivazzjoni ta' tali pelican light jitwal sabiex jitnaqqas l-ammont ta' attivazzjonijiet. Dan mistenni jsir fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid min ġie nkarigat minn Trasport Malta sabiex jesegwixxi xogħol ta’ diving fix-xahar ta’ Diċembru 2010 biex setgħu jsiru d-disa' ċimi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
43rd Cieca Congress — impjegati akkomodat ġo lukanda
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni illi, meta ġiet organizzata l-43rd Cieca Congress kien hemm impjegati li, flimkien mal-PA taċ-Chairman ta' Transport Malta, baqgħu akkomodati fil-lukanda l-lejl ukoll? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Fir-rigward ta' Trasport Malta, jista' l-Ministru jgħid u jagħti tagħrif dwar min kien inkarigat jistalla s-swimmer zones u kemm kien il-valur għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-qagħda finanzjarja preżenti ta' Transport Malta? Jista' l-Ministru jindika min huma l-kredituri ta' Transport Malta u x'inhu l-ammont dovut?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija din hi materja ta’ natura kunfidenzjali għaliex hi nformazzjoni kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Transport Malta taħdem b’erba' kumpaniji tal-cleaning meta l-awtorità għandha l-cleaners tagħha? Jista' jgħid min huma dawn il-kumpaniji u għaliex meta kien hemm konferenza l-Head Office daħlu xogħol cleaners privati u mhux il-cleaners tal-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha sitt cleaners li huma mqassma kif ġej:
- 2 fil-Malta Transport Centre
- 2 fl-uffiċċju tal-
port workers
- 1 fl-uffiċċju ta’ Sa Maison (Land Transport Directorate)
- 1 fl-uffiċċju tal-Imġarr, Għawdex
Dan l-ammont ta’
cleaners
mhux biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-awtorità, għaldaqstant Transport Malta żammet l-istess kuntratti ta’ tindif li kellha fl-entitajiet ta’ qabel (MMA, ADT u Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili).
Dawn il-kuntratturi huma kif ġej:
- Cleanmasters Ltd
- Omajco Cleaners
- Clentec Cleaners Ltd
- Bright Cleaners Ltd
Rigward il-konferenza fil-
Head Office
, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema konferenza qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-kostruzzjoni ta' dawn it-toroq: Triq Porzjunkola, Triq Konventwali u Triq il-Ġdida fi Triq Konventwali, ilkoll f'San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq Porzjunkola tagħmel parti mill-lista ta' toroq imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24717. Ix-xogħol inħareġ u ġie aġġudikat.
Triq Konventwali u Triq il- Ġdida fi Triq Konventwali m'humiex imsemmija fl-istess tweġiba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li Għawdxin impjegati fl-Isptar Mater Dei li suppost jilħqu l-karozza tal-linja tal-Arriva tal-5.10 p.m. għal Għawdex, qegħdin jibqgħu jistennew bir-riżultat li qegħdin jaslu d-dar wara d-9.30 p.m.? Jista' jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex l-Għawdxin ma jibqgħux isofru dan il-hardship kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li diġa saru arranġamenti fl-iskeda sabiex il-bżonnijiet tal-ħaddiema Għawdxin impjegati fl-Isptar Mater Dei kif ukoll ta' persuni oħra jiġu indirizzati.
Ninsab infurmat ukoll li din ir-rotta qegħdha tiġi moniterjata sabiex isiru aktar arranġamenti hekk kif ikun meħtieġ.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Below the line account
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tas-Sliema — Triq San Trofimu - Sinjal ta' No parking expect for loading
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jitpoġġa sinjal ta' no parking except for unloading quddiem żewġ negozji fi Triq San Trofimu tas-Sliema (furnar u tal-ħaxix) meta n-negozju tagħhom jitlob li jinħatt materjal għall-użu tal-intrapriża nnifisha regolarment u allura n-nuqqas ta' faċilità li jsir dan qed ixxekkel lil dawn n-negozji żgħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm furnar kif ukoll ħanut tal-ħaxix m'humiex eliġibbli għal un/loading bay skont policies applikabbli.